EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009E0405

Azzjoni konġunta tal-Kunsill 2009/405/PESK tat- 18 ta’ Mejju 2009 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/112/PESK dwar il-missjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika tal-Ginea Bissaw (EU SSR GINEA BISSAW)

OJ L 128, 27.5.2009, p. 60–60 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/compos/2009/405/oj

27.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 128/60


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2009/405/PESK

tat-18 ta’ Mejju 2009

li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/112/PESK dwar il-missjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika tal-Ginea Bissaw (EU SSR GINEA BISSAW)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ Frar 2008 l-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/112/PESK (1) dwar il-missjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika tal-Ginea Bissaw (EU SSR GINEA BISSAW). Dik l-Azzjoni Konġunta għandha tapplika sal-31 ta’ Mejju 2009.

(2)

Permezz ta’ ittra datata 14 ta’ April 2009, il-Ginea Bissaw stiednet lill-Unjoni Ewropea biex testendi l-Missjoni għal sitt xhur sat-30 ta’ Novembru 2009.

(3)

L-Azzjoni Konġunta 2008/112/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2008/112/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 1(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Unjoni Ewropea (UE) b’dan tistabbilixxi Missjoni tal-UE b’appoġġ għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika tal-Ginea Bissaw, minn hawn ‘il quddiem imsejħa ‘EU SSR GUINEA BISSAU’ jew il-‘Missjoni’, li tinkludi fażi ta’ tħejjija li tibda fis-26 ta’ Frar 2008 u b’fażi ta’ implimentazzjoni li tibda mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2008. It-tul ta’ żmien tal-Missjoni ser ikun ta’ mhux aktar minn 18-il xahar mid-dikjarazzjoni tal-kapaċità operattiva inizjali.”;

2.

Fl-Artikolu 17, it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Hija għandha tapplika sat-30 ta’ Novembru 2009.”

Artikolu 2

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

J. KOHOUT


(1)  ĠU L 40, 14.2.2008, p. 11


Top