Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22008D0129

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 129/2008 tal- 5 ta' Diċembru 2008 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

OJ L 25, 29.1.2009, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 11 Volume 089 P. 158 - 159

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/129/oj

29.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 25/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 129/2008

tal-5 ta' Diċembru 2008

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ′il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 119/2008 tas-7 ta' Novembru 2008 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/217/KE tal-20 ta’ Diċembru 2007 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà rigward is-subsistema “infrastruttura” tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea b’veloċità għolja (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/231/KE tal-1 ta’ Frar 2008 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-sub-sistema tat-tħaddim tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea b’veloċità għolja adottata, imsemmija fl-Artiklu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE u li tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2002/734/KE tat-30 ta’ Mejju 2002 (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Id-Deċiżjoni 2008/217/KE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/732/KE (4) li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim.

(5)

Id-Deċiżjoni 2008/231/KE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/734/KE (5) li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XIII għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

It-test tal-punt 37ac (id-Deċiżjoni tal Kummissjoni 2002/732/KE) għandha tiġi mibdula b'dan li ġej:

32008 D 0217: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/217/KE tal-20 ta’ Diċembru 2007 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà rigward is-subsistema ‘infrastruttura’ tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea b’veloċità għolja (ĠU L 77, 19.3.2008, p.1).”

(2)

It-test tal-punt 37ae (id-Deċiżjoni tal Kummissjoni 2002/734/KE) għandha tiġi mibdula b'dan li ġej:

32008 D 0231: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/231/KE tal-1 ta’ Frar 2008 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-sub-sistema tat-tħaddim tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea b’veloċità għolja adottata, imsemmija fl-Artiklu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE u li tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2002/734/KE tat- 30 ta’ Mejju 2002 (ĠU L 84, 26.3.2008, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet 2008/217/KE u 2008/231/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar fis-6 ta' Diċembru 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-suppliment ŻEE tiegħu.

Magħmula fi Brussell, 5 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)  ĠU L 339, 18.12.2008, p. 110.

(2)  ĠU L 77, 19.3.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 84, 26.3.2008, p. 1.

(4)  ĠU L 245, 12.9.2002, p. 143.

(5)  ĠU L 245, 12.9.2002, p. 370.

(*)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top