EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R1041

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1041/2008 tat- 23 ta’ Ottubru 2008 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-għoti ta’ l-għajnuna għall-esportazzjoni taċ-ċanga u l-vitella li jistgħu jibbenefikaw minn trattament speċjali ta’ l-importazzjoni fil-Kanada (Verżjoni kodifikata)

OJ L 281, 24.10.2008, p. 3–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 057 P. 127 - 130

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1041/oj

24.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 281/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1041/2008

tat-23 ta’ Ottubru 2008

li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-għoti ta’ l-għajnuna għall-esportazzjoni taċ-ċanga u l-vitella li jistgħu jibbenefikaw minn trattament speċjali ta’ l-importazzjoni fil-Kanada

(Verżjoni kodifikata)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 172, paragrafu 2, meta moqri flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2051/96 tal-25 ta’ Ottubru 1996 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-għoti ta’ l-għajnuna għall-esportazzjoni taċ-ċanga u l-vitella li jistgħu jibbenefikaw minn trattament speċjali ta’ l-importazzjoni fil-Kanada (2) u emendat bir-Regolament (KE) Nru 1445/95, ġie emendat (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

Skond il-Ftehim għall-konklużjoni tan-negozjati bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada skond l-Artikolu XXIV:6 msemmi fl-Anness IV tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/591/KE tat-22 ta’ Diċembru tal-1995 dwar il-konklużjoni tar-riżultati tan-negozjati ma’ ċerti pajjiżi terzi skond l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT u kwistjonijiet oħra relatati magħhom (l-Istati Uniti u l-Kanada) (4), sussidji ta’ l-esportazzjoni fuq ċanga u vitella friska, imkessħa jew iffriżata maħsuba għall-Kanada għandhom jiġu limitati għal 5 000 tunnellata metrika kull sena.

(3)

L-amministrazzjoni ta’ dak il-Ftehim għandha tiġi bbażata fuq applikazzjonijiet għal liċenzi speċifiċi Komunitarji ta’ l-esportazzjoni f’konformità mar-Regolament (KE) 382/2008 tal-Kummissjoni tal-21 ta’ April 2008 fuq ir-regoli ta’ l-applikazzjoni għal liċenzi ta’ l-importazzjoni u l-esportazzjoni fis-settur taċ-ċanga u l-vitella (5). Barra minn hekk, għandhom jiġu ppreżentati ċertifikati ta’ l-identità lill-awtoritajiet doganali Kanadiża. Huwa meħtieġ li tiġi definita n-natura ta’ dawk iċ-ċertifkati ta’ l-identità u l-proċeduri biex wieħed jużahom.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ l-Amministrazzjoni tal-Organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni fir-rigward ta’ l-esportazzjoni lejn il-Kanada ta’ 5 000 tunnellata metrika kull sena kalendarja ta’ laħam taċ-ċanga u l-vitella li joriġina mill-Komunità, frisk, imkessaħ jew iffriżat, li jikkwalifika għal trattament speċjali.

2.   Il-laħam imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jaqbel mar-rekwiżiti dwar il-ħarsien tas-saħħa stabbiliti mill-Kanada u għandu jkun relatat ma’ bhejjem maqtula mhux iżjed minn xahrejn qabel ma dawn jiġu lliberati mid-dwana għall-esportazzjoni.

Artikolu 2

Meta l-laħam ikun qed jiġi lliberat mid-dwana għall-esportazzjoni, iċ-ċertifikat ta’ l-identità definit fl-Artikolu 3 għandu jinħareġ, fuq talba ta’ l-applikant, malli tiġi ppreżentata l-liċenzja ta’ l-esportazzjoni maħruġa skond l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 382/2008 u ta’ ċertifikat veterinarju li juri d-data tal-qatla tal-bhejjem li minnhom ikun ġej il-laħam għall-esportazzjoni.

Artikolu 3

1.   Iċ-ċertifkat ta’ l-identità għandu jsir, talanqas b’kopja waħda, fuq formola li tkun taqbel mal-kampjun fl-Anness I.

Iċ-ċertifikat jiġi stampat bl-Ingliż fuq karta bajda li jkollha l-qies ta’ 210 × 297 mm. Kull ċertifikat għandu jkollu numru individwali tas-serje mogħti mill-uffiċċju doganali msemmi fl-Artikolu 4.

L-Istati Membri li jesportaw jistgħu jeħtieġu li ċertifikat użat fit-territorju tagħhom ikun stampat b’wieħed mill-ilsna uffiċjali tagħhom kif ukoll bl-Ingliż.

2.   Il-kopji għandu jkollhom l-istess numru tas-serje bħall-oriġinal. Kull dettal li jitniżżel fl-oriġinal u fuq il-kopji għandu jiġi ttajpjat, jew, jekk jinkiteb bl-idejn, isir bil-linka b’ittri kbar.

Artikolu 4

1.   Iċ-ċertifikat ta’ l-identità u l-kopji għandhom jinħarġu mill-uffiċċju doganali fejn il-laħam jiġi lliberat mid-dwana għall-esportazzjoni.

2.   L-uffiċċju doganali msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiffirma ċ-ċertifkat oriġinali fit-taqsima approprjata u jibgħat iċ-ċertifikat lill-parti interessata, waqt li jżomm kopja.

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiċċekkjaw l-oriġini u n-natura tal-prodotti li għalihom jinħarġu ċ-ċertifikati ta’ l-identità.

Artikolu 6

Ir-Regolament (KE) Nru 2051/96 hu mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 7

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 274, 26.10.1996, p. 18.

(3)  Ara l-Anness II.

(4)  ĠU L 334, 30.12.1995, p. 25.

(5)  ĠU L 115, 29.4.2008, p. 10.


ANNESS I

Ċertifikat ta’ identifikazzjoni skond l-Artikolu 3

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

Regolament imħassar flimkien ma’ l-emendi tiegħu

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2051/96

(ĠU L 274, 26.10.1996, p. 18).

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2333/96

(ĠU L 317, 6.12.1996, p. 13).

l-Artikolu 1 biss


ANNESS III

Tabella ta’ korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 2051/96

Dan ir-Regolament

Artikoli 1 sa 5

Artikoli 1 sa 5

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 7

Anness

Anness I

Anness II

Anness III


Top