Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document JOL_2008_205_R_0040_01

2008/628/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 25 ta’ Frar 2008 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta’ Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda u r-Repubblika Kirgiża min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea
Protokoll għall-Ftehim ta’ partenarjat u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika Kirgiża, min-naħa l-oħra biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea

OJ L 205, 1.8.2008, p. 40–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 205/40


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Frar 2008

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta’ Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda u r-Repubblika Kirgiża min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea

(2008/628/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 44(2), it-tielet sentenza ta’ l-Artikolu 47(2), u l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133 u 181a, flimkien mat-tieni sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fit-23 ta’ Ottubru 2006, il-Kunsill, f’isem il-Komunità u l-Istati membri tagħha awtorizza lill-Kummissjoni, biex tinnegozja mar-Repubblika Kirgiża Protokoll għall-Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda u r-Repubblika Kirgiża min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea.

(2)

Suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar tard, il-Protokoll għandu jiġi ffirmat f’isem il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom.

(3)

Il-Protokoll għandu jiġi applikat b’ mod provviżorju mill-1 ta’ Jannar 2007, sakemm jintemmu l-proċeduri rilevanti għall-konklużjoni formali tiegħu,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-President tal-Kunsill hu b’din awtorizzat jaħtar il-persuna(i) bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw f’isem il-Komunitajiet Ewropew u l-Istati Membri tagħhom, il-Protokoll għall-Sħubija u l-Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati membri tagħha, min-naħa l-waħda u r-Repubblika Kirgiża min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’ data aktar tard.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni (1).

Artikolu 2

Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja mill-1 ta’ Jannar 2007.

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ Frar 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

A. VIZJAK


(1)  Ara paġna 42 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


PROTOKOLL

għall-Ftehim ta’ partenarjat u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika Kirgiża, min-naħa l-oħra biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

R-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA’ SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA,

IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA,

IR-RENJU TA’ L-OLANDA,

IR-REPUBBLIKA TA’ L-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA TA’ L-ISLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TA’ L-IŻVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ

minn hawn ’il quddiem imsejħa ‘l-Istati Membri’, irrappreżentati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, u

MILL-KOMUNITÀ EWROPEA U MILL-KOMUNITÀ EWROPEA TA’ L-ENERĠIJA ATOMIKA,

minn hawn ’il quddiem imsejħa ‘il-Komunitajiet’ irrappreżentati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u mill-Kummissjoni Ewropea,

min-naħa waħda, u r-

REPUBBLIKA KIRGIŻA

min-naħa l-oħra,

minn hawn ’il quddiem imsejħa l-‘Partijiet’ għall-għanijiet ta’ dan il-Protokoll,

WARA LI KKUNSIDRAW id-dispożizzjonijiet tat-Trattat bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiza, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju ta’ l-Olanda, ir-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta’ l-Iżvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (Stati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea), u bejn ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea, li ġie ffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ April 2005 u li beda japplika mill-1 ta’ Jannar 2007,

WARA LI KKUNSIDRAW is-sitwazzjoni ġdida fir-relazzjonijiet bejn ir-Repubblika Kirgiża u l-Unjoni Ewropea li joħorġu mill-adeżjoni fl-UE ta’ żewġ Stati Membri ġodda, li tiftaħ opportunitajiet u li ġġib magħha sfidi għall-kooperazzjoni bejn ir-Repubblika Kirgiża u l-Unjoni Ewropea,

FILWAQT LI JQISU x-xewqa tal-Partijiet li jiżguraw il-ksib u t-twettiq ta’ l-għanijiet u l-prinċipji tal-FPK,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija għandhom ikunu Partijiet għall-Ftehim ta’ Patenarjat u Kooperazzjoni li jistabbilixxi partenarjat bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika Kirgiża, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fid-9 ta’ Frar 1995 u li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1999 (minn hawn ’il-quddiem ‘il-Ftehim’), u għandhom jadottaw u jieħdu nota bl-istess mod, ta’ l-Istati Membri l-oħra. tat-testi tal-Ftehim, u tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti, Bdil ta’ Ittri u Dikjarazzjonijiet mir-Repubblika Kirgiża annessi ma’ l-Att Finali ffirmat fl-istess data u l-Protokoll ta’ Ftehim tat-30 ta’ April 2004, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2006.

Artikolu 2

Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali mill-Ftehim.

Artikolu 3

1.   Dan il-Protokoll għandu jkun approvat mill-Komunitajiet, mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea f isem l-Istati Membri, u mir-Repubblika Kirgiża skond il-proċeduri tagħhom stess.

2.   Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri msemmija fil-paragrafu preċedenti. L-istrumenti ta’ approvazzjoni għandhom jiġu ddepożitati fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

1.   Dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar wara d-data tad-depożitu ta’ l-aħħar strument ta’ approvazzjoni.

2.   Sakemm tasal id-data li jidħol fis-seħħ, dan il-Protokoll għandu japplika temporanjament b’effet mill-1 ta’ Jannar 2007.

Artikolu 5

1.   It-testi tal-Ftehim, l-Att finali u d-dokumenti kollha annessi miegħu, u l-Protokoll għall-Ftehim tat-30 ta’ April 2004, huma mfassla bil-lingwa Bulgara u dik Rumena.

2.   Dawn jinsabu annessi ma’ dan il-Protokoll u huma awtentiċi daqs it-testi fil-lingwi l-oħra li fihom huma mfassla l-Ftehim, l-Att Finali u d-dokumenti annessi miegħu, u l-Protokoll mal-Ftehim tat-30 ta’ April 2004.

Artikolu 6

Dan il-Ftehim huwa miktub b’żewġ kopji fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Żvediża u Kirgiża, b’kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku.

Съставено в Брюксел на единадесети юни две хиляди и осма година.

Hecho en Bruselas, el once de junio de dosmile ocho.

V Bruselu dne jedenáctého června dva tisíce osm.

Udfærdiget i Bruxelles den ellevte juni to tusind og otte.

Geschehen zu Brüssel am elften Juni zweitausendacht.

Kahe tuhande kaheksanda aasta juunikuu üheteistkümnendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις ένδεκα Ιουνίου δύο χιλιάδες οκτώ.

Done at Brussels on the eleventh day of June in the year two thousand and eight.

Fait à Bruxelles, le onze juin deux mille huit.

Fatto a Bruxelles, addì undici giugno duemilaotto.

Briselé, divtūkstoš astotā gada vienpadsmitajā jūnijā.

Priimta du tūkstančiai aštuntų metų birželio vienuoliktą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-nyolcadik év június tizenegyedik napján.

Maghmul fi Brussell, fil-ħdax-il jum ta' Ġunju tas-sena elfejn u tmienja.

Gedaan te Brussel, de elfde juni tweeduizend acht.

Sporządzono w Brukseli, dnia jedenastego czerwca dwa tysiące ósmego roku.

Feito em Bruxelas, em onze de Junho de dois mil e oito.

Încheiat la Bruxelles, la unsprezece iunie două mii opt.

V Bruseli dňa jedenásteho júna dvetisícosem.

V Bruslju, dne enajstega junija leta dva tisoč osem.

Tehty Brysselissä yhdentenätoista päivänä kesäkuuta vuonna kaksituhattakahdeksan.

Som skedde i Bryssel den elfte juni tjugohundraåtta.

Image

Составлено в Брюсселе одинадцатого июня две тысячи восьмого года.

За дьржавите-членки

Por los Estados miembros

Za členské státy

For medlemsstaterne

Für die Mitgliedstaaten

Liikmesriikide nimel

Για τα κράτη μέλη

For the Member States

Pour les États membres

Per gli Stati membri

Dalīvalstu vārdā

Valstybių narių vardu

A tagállamok részéről

Għall-Istati Membri

Voor de lidstaten

W imieniu państw członkowskich

Pelos Estados-Membros

Pentru statele membre

Za členské štáty

Za države članice

Jäsenvaltioiden puolesta

På medlemsstaternas vägnar

Image

За Государства-Члены

Image

За Европейската общност

Por las Comunidades Europeas

Za Evropská společenství

For De Europæiske Fællesskaber

Für die Europäischen Gemeinschaften

Euroopa ühenduste nimel

Για τις Ευρωπαϊκές Κοινότητες

For the European Communities

Pour les Communautés européennes

Per le Comunità europee

Eiropas Kopienu vārdā

Europos Bendrijų vardu

Az Európai Közösségek részéről

Għall-Komunitajiet Ewropej

Voor de Europese Gemeenschappen

W imieniu Wspólnot Europejskich

Pelas Comunidades Europeias

Pentru Comunitatea Europenă

Za Európske spoločenstvá

Za Evropske skupnosti

Euroopan yhteisöjen puolesta

På Europeiska gemenskapernas vägnar

Image

За Европейские Сообщества

Image

За Киргизката република

Por la República Kirguisa

Za Kyrgyzskou Republiku

For den Kirgisiske Republik

Für die Kirgisische Republik

Kirgiisi Vabariigi nimel

Για τη Δημοκρατία του Κιργιζιστάν

For the Kyrgyz Republic

Pour la République kirghize

Per la Repubblica del Kirghizistan

Kirgizijos Respublikos vardu

Kirgizstānas Republikas vārdā

A Kirgiz Köztársaság részéről

Għar-Repubblika Kirgιża

Voor de Republiek Kirgizstan

W imieniu Republiki Kirgiskiej

Pela República do Quirguizistão

Pentru Republica Kârgâzstan

Za Kirgizskú republiku

Za Kirgiško Republiko

Kirgisian tasavallan puolesta

För Republiken Kirgizistan

Image

Зa Кыргызcкую Республику

Image


Top