Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008H0405

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat- 28 ta' Mejju 2008 dwar il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għas-sustanzi 2-nitrotoluene u 2,4-dinitrotoluene (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2233) Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 141, 31.5.2008, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2008/405/oj

31.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 141/20


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta' Mejju 2008

dwar il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għas-sustanzi 2-nitrotoluene u 2,4-dinitrotoluene

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2233)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/405/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 tat-23 ta’ Marzu 1993 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta’ sustanzi eżistenti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 793/93 is-sustanzi li ġejjin kienu identifikati bħala sustanzi ta’ prijorità li jeħtieġu valutazzjoni skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2364/2000 tal-25 ta' Ottubru 2000 fir-rigward tar-raba’ lista ta’ sustanzi ta’ prijorità kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 (2):

2-nitrotoluene,

2,4-dinitrotoluene.

(2)

L-Istat Membru rapporteur skond dawk ir-Regolamenti lesta l-attivitajiet tal-valutazzjoni ta’ riskju fir-rigward tal-bniedem u l-ambjent għal dawk is-sustanzi, skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 tat-28 ta’ Ġunju 1994 li jistipula l-prinċipji għal studju dwar ir-riskji lill-bniedem u l-ambjent ta’ materjali eżistenti (3) u ssuġġerixxa strateġija biex ir-riskji jkunu limitati skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93.

(3)

Il-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji għas-Saħħa u għall-Ambjent (SCHER) ġie kkonsultat u ħareġ opinjonijiet dwar l-valutazzjonijiet ta’ riskju li saru mir-rapporteurs. L-opinjonijiet ġew ippubblikati fuq il-websajt tal-Kumitat Xjentifiku.

(4)

Ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u aktar riżultati ta’ l-istrateġiji biex ikunu limitati r-riskji huma stipulati fil-Komunikazzjoni korrispondenti tal-Kummissjoni (4).

(5)

Skond il-bażi ta’ dik il-valutazzjoni, huwa xieraq li jkunu rakkomandati ċerti miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għal ċerti sustanzi. Għas-sustanzi li mhumiex speċifikament elenkati, m’hemmx rakkomandazzjonijiet għad-destinatarji ta’ din ir-Rakkomandazzjoni.

(6)

Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju rakkomandati għall-ħaddiema għandhom jiġu kkunsidrati fi ħdan il-qafas tal-leġislazzjoni għall-protezzjoni tal-ħaddiema, li hu meqjus li jipprovdi qafas xieraq biex ikunu limitati r-riskji tas-sustanzi rilevanti safejn meħtieġ.

(7)

Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li għalihom tipprovdi din ir-rakkomandazzjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat li twaqqaf skond l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KEE) Nru 793/93,

B’DAN TIRRAKKOMANDA:

TAQSIMA 1

2,4-DINITROTOLUENE

(CAS NRU 121-14-2; EINECS NRU 204-450-0)

IL-MIŻURI GĦAT-TNAQQIS TAR-RISKJU GĦAL-AMBJENT (1, 2, 3)

1.

L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kkonċernati, fil-permessi maħruġa skond id-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), għandhom jistabbilixxu kundizzjonijiet, valuri ta’ limiti għall-emissjonijiet jew parametri ekwivalenti jew il-miżuri tekniċi dwar it-2,4-dinitrotoluene sabiex joperaw skond l-Aħjar Metodi Disponibbli (minn hawn ’il quddiem “BAT”), waqt li jikkunsidraw il-karatteristiċi tekniċi ta’ l-istallazzjonijiet ikkonċernati, il-pożizzjonijiet ġeografiċi u l-kundizzjonijiet ambjentali lokali tagħhom.

2.

L-Istati Membri għandhom jezaminaw bir-reqqa l-implimentazzjoni tal-BAT rigward it-2,4-dinitrotoluene u jirrapurtaw kwalunkwe żvilupp importanti lill-Kummissjoni fil-qafas ta’ l-iskambju ta’ l-informazzjoni dwar il-BAT.

3.

L-emissjonijiet lokali fl-ambjent akkwatiku u permezz ta’ l-emissjonijiet fl-ajru tat-2,4-DNT għandhom, fejn neċessarju, ikunu kkontrollati minn regoli nazzjonali biex jiżguraw li ma jkun mistenni l-ebda riskju għall-ambjent.

TAQSIMA 2

DESTINATARJI

4.

Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lis-setturi kollha li jimpurtaw, jipproduċu, jittrasportaw, jaħżnu, jifformulaw fi preparazzjoni jew ipproċessar ieħor, jużaw, jarmu jew jirkurpraw is-sustanzi u lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 28 ta’ Mejju 2008.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 84, 5.4.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 273, 26.10.2000, p. 5.

(3)  ĠU L 161, 29.6.1994, p. 3.

(4)  ĠU C 134, 31.5.2008, p. 4.

(5)  ĠU L 24, 29.1.2008, p. 8.


Top