EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0176

Regolament (KE) Nru 176/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 20 ta' Frar 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1059/2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea

OJ L 61, 5.3.2008, p. 1–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 14 Volume 003 P. 83 - 87

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/176/oj

5.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 61/1


REGOLAMENT (KE) Nru 176/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta' l-20 ta' Frar 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1059/2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 285 (1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1059/2003 (3) jikkostitwixxi l-qafas legali għall-klassifikazzjoni reġjonali sabiex jippermetti l-ġbir, il-kumpilazzjoni u t-tqassim ta' l-istatistika reġjonali armonizzata fil-Komunità.

(2)

L-istatistika kollha ta' l-Istati Membri maqsuma f'unitajiet territorjali li tiġi trażmessa lill-Kummissjoni għandha tuża l-klassifikazzjoni tan-NUTS, fejn applikabbli.

(3)

Huwa meħtieġ li l-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 jiġu addattati biex titqies l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea.

(4)

Ladarba l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-ħolqien ta' standards ta' statistika komuni li jippermettu l-produzzjoni ta' data armonizzata, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jista' jinkiseb aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dak il-għan.

(5)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 huwa b'dan emendat kif ġej:

1.

L-Anness I għandu jiġi emendat skond it-test li jidher fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

2.

L-Anness II għandu jiġi emendat skond it-test li jidher fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

3.

L-Anness III għandu jiġi emendat skond it-test li jidher fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, 20 ta' Frar 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J. LENARČIČ


(1)  ĠU C 175, 27.7.2007, p. 13.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-4 ta' Settembru 2007 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Jannar 2008

(3)  ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 105/2007 (ĠU L 39, 10.2.2007, p. 1).


ANNESS I

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 huwa emendat kif ġej:

(1)

it-tabella li ġejja tiddaħħal bejn BE – BELGIQUE/BELGIË u CZ – ČESKÁ REPUBLIKA:

“БЪЛГАРИЯ

KODIĊI

NUTS 1

NUTS 2

NUTS 3

BG

 

 

 

BG3

СЕВЕРНА И ЮГОИЗТОЧНА БЪЛГАРИЯ

 

 

BG31

 

Северозападен

 

BG311

 

 

Видин

BG312

 

 

Монтана

BG313

 

 

Враца

BG314

 

 

Плевен

BG315

 

 

Ловеч

BG32

 

Северен централен

 

BG321

 

 

Велико Търново

BG322

 

 

Габрово

BG323

 

 

Русе

BG324

 

 

Разград

BG325

 

 

Силистра

BG33

 

Североизточен

 

BG331

 

 

Варна

BG332

 

 

Добрич

BG333

 

 

Шумен

BG334

 

 

Търговище

BG34

 

Югоизточен

 

BG341

 

 

Бургас

BG342

 

 

Сливен

BG343

 

 

Ямбол

BG344

 

 

Стара Загора

BG4

ЮГОЗАПАДНА И ЮЖНА ЦЕНТРАЛНА БЪЛГАРИЯ

 

 

BG41

 

Югозападен

 

BG411

 

 

София (столица)

BG412

 

 

София

BG413

 

 

Благоевград

BG414

 

 

Перник

BG415

 

 

Кюстендил

BG42

 

Южен централен

 

BG421

 

 

Пловдив

BG422

 

 

Хасково

BG423

 

 

Пазарджик

BG424

 

 

Смолян

BG425

 

 

Кърджали

BGZ

EXTRA-REGIO

 

 

BGZZ

 

Extra-Regio

 

BGZZZ

 

 

Extra-Regio”

(2)

it-tabella li ġejja tiddaħħal bejn PT – PORTUGAL u SI – SLOVENIJA:

“ROMÂNIA

KODIĊI

NUTS 1

NUTS 2

NUTS 3

RO

 

 

 

RO1

MACROREGIUNEA UNU

 

 

RO11

 

Nord-Vest

 

RO111

 

 

Bihor

RO112

 

 

Bistriţa-Năsăud

RO113

 

 

Cluj

RO114

 

 

Maramureş

RO115

 

 

Satu Mare

RO116

 

 

Sălaj

RO12

 

Centru

 

RO121

 

 

Alba

RO122

 

 

Braşov

RO123

 

 

Covasna

RO124

 

 

Harghita

RO125

 

 

Mureş

RO126

 

 

Sibiu

RO2

MACROREGIUNEA DOI

 

 

RO21

 

Nord-Est

 

RO211

 

 

Bacău

RO212

 

 

Botoşani

RO213

 

 

Iaşi

RO214

 

 

Neamţ

RO215

 

 

Suceava

RO216

 

 

Vaslui

RO22

 

Sud-Est

 

RO221

 

 

Brăila

RO222

 

 

Buzău

RO223

 

 

Constanţa

RO224

 

 

Galaţi

RO225

 

 

Tulcea

RO226

 

 

Vrancea

RO3

MACROREGIUNEA TREI

 

 

RO31

 

Sud – Muntenia

 

RO311

 

 

Argeş

RO312

 

 

Călăraşi

RO313

 

 

Dâmboviţa

RO314

 

 

Giurgiu

RO315

 

 

Ialomiţa

RO316

 

 

Prahova

RO317

 

 

Teleorman

RO32

 

Bucureşti – Ilfov

 

RO321

 

 

Bucureşti

RO322

 

 

Ilfov

RO4

MACROREGIUNEA PATRU

 

 

RO41

 

Sud-Vest Oltenia

 

RO411

 

 

Dolj

RO412

 

 

Gorj

RO413

 

 

Mehedinţi

RO414

 

 

Olt

RO415

 

 

Vâlcea

RO42

 

Vest

 

RO421

 

 

Arad

RO422

 

 

Caraş-Severin

RO423

 

 

Hunedoara

RO424

 

 

Timiş

ROZ

EXTRA-REGIO

 

 

ROZZ

 

Extra-Regio

 

ROZZZ

 

 

Extra-Regio”.


ANNESS II

L-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 huwa emendat kif ġej:

(1)

dan li ġej jiddaħħal fil-paragrafu li jirreferi għal-livell 3 tan-NUTS bejn il-Belġju u r-Repubblika Ċeka:

“għall-Bulgarija ‘Области (Oblasti)’,”;

(2)

dan li ġej jiddaħħal fil-paragrafu li jirreferi għal-livell 3 tan-NUTS bejn l-Ungerija u r-Repubblika Slovakka:

“għar-Rumanija ‘Judeţe’,”.


ANNESS III

L-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 huwa emendat kif ġej:

(1)

dan li ġej jiddaħħal bejn il-Belġju u r-Repubblika Ċeka:

“għall-Bulgarija ‘Общини (Obshtini)’,”;

(2)

dan li ġej jiddaħħal bejn il-Portugall u s-Slovenja:

“għar-Rumanija ‘Municipii, Oraşe, Comune’,”.


Top