Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1520

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1520/2007 tad- 19 ta’ Diċembru 2007 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ ċerti addittivi fl-għalf tal-bhejjem (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

OJ L 335, 20.12.2007, p. 17–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 034 P. 134 - 140

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1520/oj

20.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 335/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1520/2007

tad-19 ta’ Diċembru 2007

dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ ċerti addittivi fl-għalf tal-bhejjem

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem (1), u partikolarment l-Artikoli 3 u 9d(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprovdi għall-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali.

(2)

L-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistabbilixxi l-miżuri tranżizzjonali għall-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ addittivi fl-għalf imressqa skond id-Direttiva 70/524/KEE qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ l-addittivi elenkati fl-Annessi ta’ dan ir-Regolament tressqu qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Kummenti tal-bidu dwar dawk l-applikazzjonijiet, kif ipprovdut fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/524/KEE, tressqu lill-Kummissjoni qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Dawk l-applikazzjonijiet għalhekk għandhom jibqgħu jitqiesu skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 70/524/KEE.

(5)

L-użu tal-preparazzjoni tal-mikroorganiżmu Saccharomyces cerevisiae (MUCL 39885) ġie awtorizzat provviżorjament, għall-ewwel darba, għall-baqar imrobbija għall-ħalib, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 879/2004 (3). Tressqet informazzjoni ġdida b’appoġġ għal applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ dik il-preparazzjoni tal-mikroorganiżmu għal baqar imrobbija għall-ħalib. Il-valutazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ din il-preparazzjoni tal-mikroorganiżmu, kif speċifikat fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien.

(6)

L-użu tal-preparazzjoni tal-mikroorganiżmu Enterococcus faecium (DSM 10663/NCIMB 10415) ġie awtorizzat provviżorjament, għall-ewwel darba, għad-dundjani għat-tismin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1801/2003 (4). Tressqet informazzjoni ġdida b’appoġġ għal applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ dik il-preparazzjoni tal-mikroorganiżmu. Il-valutazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ din il-preparazzjoni tal-mikro-organiżmu, kif speċifikat fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien.

(7)

L-użu tal-preparazzjoni tal-mikroorganiżmu Enterococcus faecium (DSM 10663/NCIMB 10415) ġie awtorizzat provviżorjament, għall-ewwel darba, għall-klieb mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1288/2004 (5). Tressqet informazzjoni ġdida b’appoġġ għal applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ dik il-preparazzjoni tal-mikroorganiżmu. Il-valutazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ din il-preparazzjoni tal-mikroorganiżmu, kif speċifikat fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien.

(8)

L-użu tal-preparazzjoni tal-mikroorganiżmu Lactobacillus acidophilus (D2/CSL CECT 4529) ġie awtorizzat provviżorjament għat-tiġieġ għall-bajd, għall-ewwel darba, mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2154/2003 (6). Tressqet informazzjoni ġdida b’appoġġ għal applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ dik il-preparazzjoni tal-mikroorganiżmu. Il-valutazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ din il-preparazzjoni tal-mikroorganiżmu, kif speċifikat fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien.

(9)

L-użu tal-preparazzjoni ta’ enżimi ta’ endo-1,4-beta-glucanase, EC 3.2.1.4 prodotta minn Trichoderma longibrachiatum (IMI SD 142) ġie awtorizzat provviżorjament, għall-ewwel darba, għall-ħnienes, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1436/98 (7). Tressqet informazzjoni ġdida b’appoġġ għal applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enżimi. Il-valutazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enżimi, kif speċifikat fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien.

(10)

Il-valutazzjoni ta’ dawn l-applikazzjonijiet turi li ċerti proċeduri għandhom jiġu rikjesti sabiex il-ħaddiema jkunu mħarsa mill-espożizzjoni għall-addittivi stipulati fl-Annessi. Din il-protezzjoni għandha tiġi assigurata permezz ta’ l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (8).

(11)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni li tagħmel parti mill-grupp “Mikroorganiżmi”, kif speċifikat fl-Anness I hija awtorizzata għall-użu mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittiv fl-għalf ta’ l-annimali bil-kundizzjonijiet stipulati f’ dak l-Anness.

Artikolu 2

Il-preparazzjoni li tagħmel parti mill-grupp “Mikroorganiżmi”, kif speċifikat fl-Anness II hija awtorizzata għall-użu mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittiv fl-għalf ta’ l-annimali bil-kundizzjonijiet stipulati f’ dak l-Anness.

Artikolu 3

Il-preparazzjoni li tagħmel parti mill-grupp “Mikroorganiżmi”, kif speċifikat fl-Anness III hija awtorizzata għall-użu mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittiv fl-għalf ta’ l-annimali bil-kundizzjonijiet stipulati f’ dak l-Anness.

Artikolu 4

Il-preparazzjoni li tagħmel parti mill-grupp “Mikroorganiżmi”, kif speċifikat fl-Anness IV hija awtorizzata għall-użu mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittiv fl-għalf ta’ l-annimali bil-kundizzjonijiet stipulati f’ dak l-Anness.

Artikolu 5

Il-preparazzjoni li tagħmel parti mill-grupp “Enzimi”, kif speċifikat fl-Anness V, hija awtorizzata mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittiv fl-għalf ta’ l-annimali bil-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1800/2004 (ĠU L 317, 16.10.2004, p. 37).

(2)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

(3)  ĠU L 162, 30.4.2004, p. 65.

(4)  ĠU L 264, 15.10.2003, p. 16.

(5)  ĠU L 243, 15.7.2004, p. 10. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1812/2005 (ĠU L 291, 5.11.2005, p. 18).

(6)  ĠU L 324, 11.12.2003, p. 11.

(7)  ĠU L 191, 7.7.1998, p. 15.

(8)  ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, 27.6.2007, p. 21).


ANNESS I

Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ l-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ għalf sħiħ

Mikroorganiżmi

E 1710

Saccharomyces cerevisiae

MUCL 39885

Preparazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae li fiha minimu ta’:

Fl-għamla granulata ta’ trab, sferi u ovali:

1 × 109 CFU/g addittiv

Baqar għall-ħalib

1,23 × 109

2,33 × 109

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li fiha għandhom jinħażnu, kemm jistgħu jdumu maħżuna u l-istabbilità għall-pelleting.

2.

Il-kwantità ta’ Saccharomyces cerevisiae fir-razzjon ta’ kuljum ma tistax tkun aktar minn 8,4 × 109 CFU għal kull 100 kg ta’ piż tal-ġisem sa 600 kg. Iktar minn 600 kg, żid 0,9 × 109 CFU għal kull 100 kg addizzjonali ta’ piż tal-ġisem.

Mingħajr limitu ta’ żmien


ANNESS II

Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ l-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ għalf sħiħ

Mikroorganiżmi

E 1707

Enterococcus faecium

DSM 10663/NCIMB 10415

Preparazzjoni ta’ Enterococcus faecium li fiha minimu ta’:

 

Forma ta’ trab u għamla granulari:

3,5 × 1010 CFU/g addittiv

 

Għamla miksija:

2,0 × 1010 CFU/g addittiv

 

Għamla likwida:

1 × 1010 CFU/ml addittiv

Dundjani għat-tismin

1 × 107

1,0 × 109

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura għall-ħżin, il-perjodu tal-ħżin, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Jista’ jintuża f’għalf kompost li fih il-coccidiostats permessi: diclazuril, halofuginone, lasalocid sodium, maduramicin ammonium monensin sodium, robenidine.

Mingħajr limitu ta’ żmien


ANNESS III

Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ l-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ għalf sħiħ

Mikroorganiżmi

E 1707

Enterococcus faecium

DSM 10663/NCIMB 10415

Preparazzjoni ta’ Enterococcus faecium li fiha minimu ta’:

 

Forma ta’ trab u għamla granulari:

3,5 × 1010 CFU/g addittiv

 

Għamla miksija:

2,0 × 1010 CFU/g addittiv

 

Għamla likwida:

1 × 1010 CFU/g addittiv

Klieb

1 × 109

3,5 × 1010

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura għall-ħżin, il-perjodu tal-ħżin, u l-istabbilità għall-pelleting.

Mingħajr limitu ta’ żmien


ANNESS IV

Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ l-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ għalf sħiħ

Mikroorganiżmi

E 1715

Lactobacillus acidophilus

D2/CSL

CECT 4529

Preparazzjoni ta’ Lactobacillus farciminis li fiha minimu ta’:

50 × 109 CFU/g addittiv

Tiġieġ li jbidu

1 × 109

1 × 109

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li fiha għandhom jinħażnu, kemm jistgħu jdumu maħżuna u l-istabbilità għall-pelleting.

Mingħajr limitu ta’ żmien


ANNESS V

Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ l-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ

Enzimi

E 1616

Endo-1,4-beta-glucanase

EC 3.2.1.4

Preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-glucanase prodott minn Trichoderma longibrachiatum (IMI SD 142) li għandha attività minima ta’:

 

Għamla solida: 2 000 CU (1)/g

 

Għamla likwida: 2 000 CU/ml

Ħnienes (miftuma)

350 CU

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li fiha għandhom jinħażnu, kemm jistgħu jdumu maħżuna u l-istabbilità għall-pelleting.

2.

Doża rakkomandata għal kull kilogramma ta’ għalf sħiħ: 350-1 000 CU.

3.

Għall-użu f’għalf kompost li fih ħafna polysaccharides li mhumiex tal-lamtu (fil-biċċa l-kbira betaglucans), eż. li fihom aktar minn 40 % xgħir.

4.

Għall-ħnienes miftuma sa piż approssimattiv ta’ 35 kg.

Mingħajr limitu ta’ żmien


(1)  1 CU huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 0 128 mikromoli ta’ zokkor riduttiv (ekwivalenti ta’ glukożju) minn beta-glucan tax-xgħir fil-minuta f’pH ta’ 4,5 u 30 °C.


Top