EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0813

2007/813/KE: Deċiżjoni tal-Kumissjoni tat- 28 ta’ Novembru 2007 dwar l-allokazzjoni lil Spanja ta’ jiem addizzjonali fuq il-baħar fit-Taqsimiet VIIIċ u IXa ta’ l-ICES bl-eċċezzjoni tal-Golf ta’ Cadiz (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5719)

OJ L 325, 11.12.2007, p. 92–93 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/813/oj

11.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 325/92


DEĊIŻJONI TAL-KUMISSJONI

tat-28 ta’ Novembru 2007

dwar l-allokazzjoni lil Spanja ta’ jiem addizzjonali fuq il-baħar fit-Taqsimiet VIIIċ u IXa ta’ l-ICES bl-eċċezzjoni tal-Golf ta’ Cadiz

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5719)

(It-test bl-Ispanjol biss huwa awtentiku)

(2007/813/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti stokkijiet [ħażniet] ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta’ qbid (1), u b’mod partikolari l-punt 9 ta’ l-Anness IIB tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Punt 7 ta’ l-Anness IIB għar-Regolament (KE) Nru 41/2007 jispeċifika l-għadd massimu ta’ ġranet li fihom bastimenti tal-Komunità ta’ tul totali ta’ 10 metri jew aktar u li jġorru abbord xbieki tat-tkarkir b’malji ta’ 32 mm jew akbar, xkitti b’malji ta’ 60 mm jew akbar jew konzijiet tal-qiegħ, jistgħu ikunu preżenti fit-taqsimiet VIIIc u IXa ta’ l-ICES, bl-eċċezzjoni tal-Golf ta’ Cadiz, mill-1 ta’ Frar 2007 sal-31 ta’ Jannar 2008.

(2)

Il-punt 9 ta’ l-Anness IIB jippermetti li l-Kummissjoni talloka numru ta’ ġranet addizzjonali fuq il-baħar fejn bastiment jista’ jkun preżenti fiz-zona ġeografika, meta jkun qed iġorr irkaptu bħal dan, abbażi tal-waqfiet permanenti ta’ l-attivitajiet tas-sajd li saru mill-1 ta’ Jannar 2004 ’l hawn.

(3)

Fis-6 ta’ Lulju 2007, Spanja ressqet dejta li turi li bastimenti li waqfu mill-attivitajiet mill-1 ta’ Jannar 2004, għamlu, rispettivament, 4.20 % ta’ l-isforz tas-sajd li sar fl-2003 mill-bastimenti Spanjoli preżenti fiż-żona ġeografika u li ġarrew abbord xbieki tat-tkarkir b’malji ta’ 32 mm jew akbar, 9.55 % tas-sajd li sar fl-2003 mill-bastimenti Spanjoli preżenti fiz-zona ġeografika u li ġarrew abbord xkitti b’malji ta’ 60 mm jew akbar u 20.86 % tas-sajd li sar fl-2003 mill-bastimenti Spanjoli preżenti fiż-żona ġeografika u li ġarrew abbord konzijiet tal-qiegħ.

(4)

Meta titqies id-dejta mressqa u jitqies il-metodu tal-kalkolu mniżżel fil-punt 9.1 ta’ l-Anness IIB, għandhom jiġu allokati lil Spanja disat ijiem addizzjonali fuq il-baħar għal bastimenti li jġorru abbord irkaptu tat-tip 3(a), wieħed u għoxrin jum addizzjonali fuq il-baħar għal bastimenti li jġorru abbord irkaptu tat-tip 3(b) u ħamsa u erbgħin jum addizzjonali fuq il-baħar għal bastimenti li jġorru abbord irkaptu tat-tip 3(ċ) għall-perjodu mill-1 ta’ Frar 2007 sal-31 ta’ Jannar 2008.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

1.   L-għadd massimu ta’ jiem li fihom bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta’ Spanja u li jġorr abbord irkaptu tas-sajd imsemmi fil-punt 3(a) ta’ l-Anness IIB għar-Regolament (KE) Nru 41/2007 u m’hu suġġett għall-ebda waħda mill-kundizzjonijiet speċjali elenkati fil-punt 7.1 ta’ dak l-Anness jista’ jkun preżenti fit-Taqsimiet VIIIċ u IXa ta’ l-ICES, bl-eċċezzjoni tal-Golf ta’ Cadiz, kif stipulat fit-Tabella I ta’ dak l-Anness, għandhom jiġu emendati għal 225 jum fis-sena.

2.   L-għadd massimu ta’ jiem li fihom bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta’ Spanja u li jġorr abbord irkaptu tas-sajd imsemmi fil-punt 3(b) ta’ l-Anness IIB għar-Regolament (KE) Nru 41/2007 u m’hu soġġett għall-ebda waħda mill-kundizzjonijiet speċjali elenkati fil-punt 7.1 ta’ dak l-Anness jista’ jkun preżenti fit-Taqsimiet VIIIċ u IXa ta’ l-ICES, bl-eċċezzjoni tal-Golf ta’ Cadiz, kif stipulat fit-Tabella I ta’ dak l-Anness, għandhom jiġu emendati għal 237 jum fis-sena.

3.   L-għadd massimu ta’ jiem li fihom bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta’ Spanja u li jġorr abbord irkaptu tas-sajd imsemmi fil-punt 3(ċ) ta’ l-Anness IIB għar-Regolament (KE) Nru 41/2007 u m’hu soġġett għall-ebda waħda mill-kundizzjonijiet speċjali elenkati fil-punt 7.1 ta’ dak l-Anness jista’ jkun preżenti fit-Taqsimiet VIIIċ u IXa ta’ l-ICES, bl-eċċezzjoni tal-Golf ta’ Cadiz, kif stipulat fit-Tabella I ta’ dak l-anness, għandhom jiġu emendati għal 261 jum fis-sena.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja.

Magħmula fi Brussell, 28 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 898/2007 (ĠU L 196, 28.7.2007, p. 22).


Top