Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1455

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1455/2007 ta' l- 10 ta’ Diċembru 2007 li jiftaħ ċerti kwoti ta' l-importazzjoni tal-Komunità għal ross li joriġina fl-Eġittu

OJ L 325, 11.12.2007, p. 74–75 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2010; Imħassar b' 32010R0449

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1455/oj

11.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 325/74


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1455/2007

ta' l-10 ta’ Diċembru 2007

li jiftaħ ċerti kwoti ta' l-importazzjoni tal-Komunità għal ross li joriġina fl-Eġittu

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tas-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 1 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti l-waħda, u r-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu, mill-parti l-oħra (2) (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/635/KE (3), kien emendat bil-Protokoll tal-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti l-waħda, u r-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu, mill-parti l-oħra, b'kunsiderazzjoni ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea (4), anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/774/KE (5). Il-Protokoll 1 emendat jipprovdi għal tliet kwoti tariffarji annwali ġodda għall-importazzjoni fil-Komunità ta' ross li joriġina fl-Eġittu, speċifikament kwota ta' 57 600 tunnellata ross imqaxxar kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 20 bi EUR 11/t, 19 600 tunnellata ross nofs mitħun jew mitħun kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30 bi EUR 33/t u 5 000 tunnellata ross imkisser kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 40 00 bi EUR 13/t.

(2)

Dawn il-kwoti għandhom jiġu ġestiti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (6), b'kunsiderazzjoni tal-kummerċ regolari fir-ross bejn l-Eġittu u l-Komunità u biex jitħalla li jkun hemm aċċess dirett għall-kwoti u ġestjoni sempliċi tagħhom.

(3)

Ir-regoli applikabbli għad-dokument ta' trasport u l-prova ta' l-oriġini preferenzjali fil-waqt tar-rilaxx tal-prodott għall-moviment liberu huma stipulati fil-Protokoll 4 tal-Ftehim (7). Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu stipulati għall-kwota kkonċernata.

(4)

Skond l-Artikolu 9 tal-Protokoll tal-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti l-waħda, u r-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu, mill-parti l-oħra, b'kunsiderazzjoni ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea, il-Protokoll għandu japplika proviżorjament mill-1 ta' Jannar 2007 u għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta' l-ewwel xahar wara d-data tad-depożitu ta' l-aħħar strument ta' approvazzjoni. Għaldaqstant jeħtieġ li tingħata l-possibbiltà li l-kwantitajiet skond il-kwoti kkonċernati mis-sena 2007.

(5)

Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għaċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-kwoti tariffarji annwali li ġejjin għandhom jinfetħu fl-1 ta' Jannar kull sena għal ross li joriġina fl-Eġittu:

(a)

57 600 tunnellata ross imqaxxar kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 20 bi EUR 11/tunnellata, bin-numru tas-serje 09.1780;

(b)

19 600 tunnellata ross nofs mitħun jew mitħun kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30 bi EUR 33/tunnellata, bin-numru tas-serje 09.1781;

(ċ)

5 000 tunnellata ross imkisser kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 40 00 bi EUR 13/tunnellata, bin-numru tas-serje 09.1782.

2.   Dawn il-kwoti għandhom jiġu ġestiti mill-Kummissjoni skond l-Artikoli 308a sa 308ċ tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

3.   B'deroga mill-paragrafu 1, fl-2007 l-kwoti msemmija f'dak il-paragrafu għandhom jinfetħu fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-rilaxx għall-moviment liberu fi ħdan il-kwoti msemmija fl-Artikolu 1(1) ta' dan ir-Regolament għandu jkun suġġett għall-pubblikazzjoni ta' dokument tat-trasport u prova ta' l-oriġini preferenzjali, maħruġ fl-Eġittu u relatat mal-kunsinni kkonċernati, skond il-Protokoll 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti l-waħda, u r-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu, mill-parti l-oħra.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 797/2006 (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 304, 30.9.2004, p. 39.

(3)  ĠU L 304, 30.9.2004, p. 38.

(4)  ĠU L 312, 30.11.2007, p. 33.

(5)  ĠU L 312, 30.11.2007, p. 32.

(6)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).

(7)  ĠU L 304, 30.9.2004, p. 103.


Top