Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1234

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat- 22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS)

OJ L 299, 16.11.2007, p. 1–149 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 009 P. 61 - 209

No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013R1308

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1234/oj

16.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 299/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1234/2007

tat-22 ta' Ottubru 2007

li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 36 u 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi

(1)

Il-funzjonament u l-iżvilupp tas-suq komuni għall-prodotti agrikoli għandhom ikunu akkumpanjati mill-istabbiliment ta' politika agrikola komuni (minn hawn 'il quddiem imsejħa “PAK”) sabiex tinkludi, b'mod partikolari, organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli (minn hawn 'il quddiem imsejħa “OKS”) li skond l-Artikolu 34 tat-Trattat, jista' jkollha diversi forom skond il-prodott.

(2)

Sa mill-introduzzjoni tal-PAK, il-Kunsill adotta 21 organizzazzjoni komuni ta' swieq għal kull prodott jew grupp ta' prodotti, kull waħda rregolata minn regolament bażiku tal-Kunsill separat:

Ir-Regolament (KEE) Nru 234/68 tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 1968 dwar l-istabbiliment ta' organizzazzjoni komuni tas-suq fis-siġar ħajjin u pjanti oħra, basal, għeruq u simili, fjuri maqtugħa u weraq għat-tiżjin (2);

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 827/68 tat-28 ta' Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq f'ċerti prodotti elenkati fl-Anness II għat-Trattat (3);

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal (4);

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd (5);

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tat-tjur (6);

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tat-tabakk mhux ipproċessat (7);

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 404/93 tat-13 ta' Frar 1993 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-banana (8);

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u l-ħxejjex (9);

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (10);

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (11);

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (12);

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid (13);

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1673/2000 tas-27 ta' Lulju 2000 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-kittien u tal-qanneb imkabbra għall-ħjut (14);

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2529/2001 tad-19 ta' Diċembru 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż (15);

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali (16);

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (17);

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1786/2003 tad- 29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-għalf niexef (18);

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 865/2004 tad-29 ta' April 2004 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-mejda (19);

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1947/2005 tat-23 ta' Novembru 2005 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żrieragħ (20);

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1952/2005 tat-23 ta' Novembru 2005 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħops (21);

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tas-settur taz-zokkor (22).

(3)

Barra minn hekk, il-Kunsill adotta tliet regolamenti b'regoli speċifiċi għal ċerti prodotti, iżda mingħajr ma stabbilixxa OKS għal dawn il-prodotti:

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 670/2003 tat-8 ta' April 2003 li jistabbilixxi l-miżuri speċifiċi dwar it-tpoġġija fis-suq ta' alkoħol ta' l-ethyl ta' oriġini agrikola (23);

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 797/2004 tas-26 ta' April 2004 dwar miżuri li jtejbu l-kondizzjonijiet ġenerali għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti ta' l-apikultura (24);

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1544/2006 tal-5 ta' Ottubru 2006 li jistabbilixxi miżuri speċjali li jinkoraġġixxu t-trobbija tad-dud tal-ħarir (25).

(4)

Ir-Regolamenti msemmija hawn fuq (minn issa 'l quddiem “regolamenti bażiċi”) ikunu spiss akkumpanjati minn sett kollaterali ta' regolamenti ulterjuri tal-Kunsill. Il-parti l-kbira tar-regolamenti bażiċi jsegwu l-istess struttura u għandhom ħafna dispożizzjonijiet komuni. Dan huwa l-każ b'mod partikolari fir-rigward tar-regoli dwar il-kummerċ ma' pajjiżi terzi u d-dispożizzjonijiet ġenerali, iżda wkoll, sa ċertu limitu għar-regoli relatati mas-suq intern. Ir-regolamenti bażiċi spiss ikun fihom soluzzjonijiet differenti għal problemi identiċi jew simili.

(5)

Għal xi żmien, il-Komunità kienet qed issegwi l-għan li tissemplifika l-ambjent regolatorju tal-PAK. Għaldaqstant, ġie stabbilit qafas ġuridiku orizzontali għall-pagamenti diretti kollha li jamalgama sensiela ta' sistemi ta' appoġġ fi skema ta' pagament uniku permezz ta' l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta' appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa (26). Dan l-approċċ għandu jiġi applikat ukoll għar-regolamenti bażiċi. F'dan il-kuntest ir-regoli li jinsabu f'dawn għandhom jiġu amalgamati f'qafas ġuridiku uniku u l-approċċi settorali jiġu sostitwiti b'dawk orizzontali fejn dan ikun possibbli.

(6)

Fid-dawl tal-konsiderazzjonijiet imsemmija qabel, ir-Regolamenti bażiċi għandhom jitħassru u jiġu sostitwiti b'Regolament waħdieni.

(7)

Is-simplifikazzjoni m'għandhiex twassal għal dubji dwar deċiżjonijiet politiċi li ttieħdu matul is-snin fil-PAK. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jkun essenzjalment att ta' simplifikazzjoni teknika. Għaldaqstant huwa m'għandux iħassar jew jibdel strumenti eżistenti ħlief meta dawn ikun għadda żmienhom, meta jsiru bla bżonn jew meta minħabba n-natura tagħhom, ma jkollhomx jiġu ttrattati fil-livell tal-Kunsill, u lanqas m'għandu jipprevedi strumenti jew miżuri ġodda.

(8)

F'dan l-isfond, dan ir-Regolament m'għandux jinkludi dawk il-partijiet ta' l-OKS li huma suġġetti għal reviżjonijiet ta' politika. Dan huwa l-każ fir-rigward ta' bosta partijiet tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex, tal-frott u l-ħxejjex proċessati u ta' l-inbid. Ir-regoli li jinsabu rispettivament fir-Regolamenti (KEE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96, u (KE) Nru 1493/1999 għandhom, għalhekk, jiġu inkorporati biss f'dan ir-Regolament safejn huma stess m'humiex suġġetti għal kwalunkwe riforma ta' politika. Id-dispożizzjonijiet sostantivi ta' dawn l-OKSs, madankollu, għandhom ikunu inkorporati biss ladarba jitwettqu r-riformi rispettivi jiġu mwettqa.

(9)

Is-OKS għaċ-ċereali, ross, zokkor, għalf imnixxef, żrieragħ, żejt taż-żebbuġ u żebbuġ tal-mejda, kittien u qanneb, banana, inbid, ħalib u prodotti tal-ħalib u dud tal-ħarir jipprovdu għal snin ta' kummerċjalizzazzjoni prinċipalment adatti għaċ-ċikli ta' produzzjoni bijoloġika ta' kull wieħed minn dawn il-prodotti. Is-snin ta' kummerċjalizzazzjoni kif ġew stabbiliti f'dawn is-setturi għandhom, għalhekk, jiġu inkorporati f'dan ir-Regolament.

(10)

Sabiex jiġu stabbilizzati s-swieq u jiġi żgurat standard ta' għajxien ġust għall-komunità agrikola, ġiet żviluppata sistema differenzjata ta' appoġġ tal-prezzijiet għas-setturi differenti, f'parallel ma' l-introduzzjoni ta' skemi ta' appoġġ dirett, b'kont meħud tal-ħtiġijiet differenti f'kull wieħed minn dawn is-setturi minn naħa waħda u l-interdipendenzi bejn is-setturi differenti min-naħa l-oħra. Dawn il-miżuri jieħdu l-forma ta' intervent pubbliku jew il-ħlas ta' għajnuna għall-ħażna privata ta' prodotti tas-setturi taċ-ċereali, ir-ross, iz-zokkor, iż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda, iċ-ċanga u l-vitella, il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, il-laħam tal-majjal u l-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż. Fid-dawl ta' l-objettivi tar-Regolament preżenti, jenħtieġ, għalhekk, li jinżammu l-miżuri ta' appoġġ tal-prezzijiet fejn dawn huma previsti fl-istrumenti kif kienu żviluppati fil-passat, mingħajr ma jsir kwalunkwe bdil sostanzjali meta mqabbel mas-sitwazzjoni ġuridika preċedenti.

(11)

Għall-finijiet ta' kjarezza u trasparenza, id-dispożizzjonijiet li jirregolaw dawn il-miżuri għandhom ikunu suġġetti għal struttura komuni, filwaqt li tinżamm il-politika segwita f'kull settur. Għal dak il-fini huwa xieraq li jkun hemm distinzjoni bejn prezzijiet ta' referenza u prezzijiet ta' intervent.

(12)

L-OKS għaċ-ċereali, ċanga u vitella u ħalib u prodotti tal-ħalib kienu jinkludu dispożizzjonijiet skond liema l-Kunsill jista' jibdel il-livelli tal-prezzijiet, filwaqt li jaġixxi f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 37(2) tat-Trattat. Minħabba s-sensitività tas-sistemi tal-prezzijiet, għandu jiġi ċċarat li teżisti l-possibbiltà taħt l-Artikolu 37(2), fir-rigward tas-setturi koperti b'dan ir-Regolament, li jinbidlu l-livelli tal-prezzijiet.

(13)

Barra minn dan, fl-OKS taz-zokkor kienet prevista l-possibbiltà li jiġu riveduti l-kwalitajiet standard taz-zokkor, kif definiti ulterjorment fir-Regolament (KE) Nru 318/2006, sabiex jittieħed kont, b'mod partikolar, ta' rekwiżiti kummerċjali u żviluppi f'analiżi teknika. Għaldaqstant, dak ir-Regolament ipprovda għal setgħa tal-Kummissjoni sabiex temenda l-Anness relevanti. Hemm bżonn partikolari li tinżamm il-possibbiltà sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tieħu azzjoni rapida jekk meħtieġ.

(14)

Sabiex tkun żgurata l-informazzjoni affidabbli dwar prezzijiet tas-suq tal-Komunità għaz-zokkor, is-sistema ta' rappurtar ta' prezzijiet kif prevista fl-OKS taz-zokkor, għandha tiġi inkorporata f'dan ir-Regolament, li abbażi tagħha għandhom jiġu determinati l-livelli ta' prezzijiet tas-suq għaz-zokkor abjad.

(15)

Għall-prevenzjoni tas-sistema ta' intervent milli ssir ftuħ fiha nfisha, fir-rigward taċ-ċereali, ir-ross, il-butir u t-trab tal-ħalib xkumat, għandha tinżamm il-possibbiltà li jiġi previst il-ftuħ għal intervent pubbliku matul ċerti perijodi tas-sena biss. Fir-rigward tal-prodotti taċ-ċanga u l-vitella, tal-laħam tal-majjal u tal-butir, il-ftuħ u l-għeluq ta' intervent pubbliku għandhom jiddipendu mil-livelli ta' prezzijiet tas-suq matul ċertu perijodu. Fir-rigward tal-qamħirrun, tar-ross u taz-zokkor, għandha tinżamm il-limitazzjoni tal-kwantitajiet sa liema jista' jsir xiri taħt intervent pubbliku. Fir-rigward tal-butir u t-trab tal-ħalib xkumat, jeħtieġ li jinżamm il-poter tal-Kummissjoni sabiex tissospendi x-xiri normali ladarba tintlaħaq ċerta kwantità jew sabiex tissostitwixxiha b'xiri taħt proċedura ta' offerti.

(16)

Il-livell tal-prezz li bih għandu jitwettaq xiri taħt intervent pubbliku (“prezz ta' intervent”) fil-passat ġie mnaqqas fl-OKS għaċ-ċereali, ir-ross u ċ-ċanga u l-vitella u ffissat ma' l-introduzzjoni ta' l-iskemi ta' appoġġ dirett f'dawn is-setturi. Għalhekk l-għajnuna taħt dawk l-iskemi min-naħa waħda u l-prezzijiet ta' intervent nin-naħa l-oħra huma marbutin mill-qrib. Għall-prodotti tas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib ġie ffissat livell ta' prezzijiet bil-ħsieb li jiġi promoss il-konsum tal-prodotti konċernati u tiġi mtejba l-kompetittività tagħhom. Fis-setturi tar-ross u z-zokkor, il-prezzijiet ġew stabbiliti sabiex jikkontribwixxu għall-istabbilizzazzjoni tas-suq f'mumenti fejn il-prezz tas-suq f'sena ta' kummerċjalizzazzjoni partikolari jaqa' taħt il-prezz ta' referenza ffissat għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni ta' wara. Dawn id-deċiżjonijiet ta' politika tal-Kunsill jibqgħu validi.

(17)

Bħal f'OKS preċedenti, dan ir-Regolament għandu jipprovdi għall-possibbiltà ta' disponiment ta' prodotti mixtrija f'intervent pubbliku. Tali miżuri għandhom jittieħdu b'mod li jiġu evitati disturbi fis-suq u li jiġi żgurat aċċess ugwali għall-oġġetti u trattament ugwali tax-xerrejja.

(18)

Minħabba l-ħażniet ta' intervent tagħha ta' diversi prodotti agrikoli, il-Komunità għandha l-mezzi potenzjali sabiex tagħmel kontribut sinifikanti lejn il-benesseri ta' ċittadini tagħha li huma l-aktar fil-bżonn. Huwa fl-interess Komunitarju li dan il-potenzjal jiġi sfruttat fuq bażi dejjiemi sakemm il-ħażniet ikunu tnaqqsu għal livell normali bl-introduzzjoni ta' miżuri xierqa. Fid-dawl ta' dawn il-konsiderazzjonijiet, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3730/87 ta' l-10 ta' Diċembru 1987 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-provvista ta' l-ikel minn stokkijiet ta' l-intervent lil organizzazzjonijiet indikati għad-distribuzzjoni lil persuni li huma l-iżjed fil-bżonn fil-Komunità (27), s'issa ppreveda d-distribuzzjoni ta' ikel minn organizzazzjonijiet karitatevoli. Din il-miżura soċjali importanti, li tista' tkun ta' valur konsiderevoli għall-persuni l-aktar deprivati, għandha tinżamm u tiġi inkorporata fil-qafas ta' dan ir-Regolament.

(19)

Sabiex tikkontribwixxi għall-ibbilanċjar tas-suq tal-ħalib u għall-istabbilizzazzjoni tal-prezzijiet tas-suq, l-OKS għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib ipprevediet l-għoti ta' għajnuna għall-ħażna privata fir-rigward tal-krema, ta' ċerti prodotti tal-butir u ċerti prodotti tal-ġobon. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ngħatat il-poter li tiddeċiedi li tagħti għajnuna għal ħażna privata ta' ċerti prodotti oħra tal-ġobon kif ukoll għaz-zokkor abjad, ċerti tipi ta' żejt taż-żebbuġa u ta' ċerti prodotti taċ-ċanga u l-vitella, tat-trab tal-ħalib xkumat, tal-majjal u tal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż. Minħabba l-iskop ta' dan ir-Regolament, dawn il-miżuri għandhom jinżammu.

(20)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2006 ta' l-24 ta' Lulju 2006 dwar l-iskala Komunitarja għall-klassifikazzjoni ta' karkassi ta' annimali bovini adulti (28), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1186/90 tas-7 ta' Mejju 1990 li jestendi l-kamp ta' applikazzjoni ta' l-iskala Komunitarja għall-klassifikazzjoni ta' karkassi ta' annimali bovini adulti (29), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3220/84 tat-13 ta' Novembru 1984 li jiddetermina l-iskala tal-Komunità għall-gradazzjoni tal-karkassi tal-ħnieżer (30) u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2137/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar l-iskala tal-Komunità għall-klassifikazzjoni ta' karkassi ta' annimali ovini u li jiddetermina l-kwalità standard tal-Komunità ta' karkassi friski jew imkessħa tan-nagħaġ (31) jipprovdu għal skali Komunitarji għall-klassifikazzjoni ta' karkassi fis-setturi taċ-ċanga u l-vitella, il-laħam tal-majjal u l-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż. Dawn l-iskemi huma essenzjali għall-iskopijiet ta' reġistrar ta' prezzijiet u l-applikazzjoni ta' l-arranġamenti ta' intervent f'dawk is-setturi. Barra minn hekk, huma jsegwu l-objettiv li titjieb it-trasparenza tas-suq. Tali skemi ta' klassifikazzjoni ta' karkassi għandhom jinżammu. Huwa għalhekk xieraq li l-elementi essenzjali tagħhom ikunu inkorporati f'dan ir-Regolament, filwaqt li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tirregola ċerti kwistjonijiet ta' karattru kemmxejn tekniku permezz tar-regoli implimentattivi.

(21)

Restrizzjonijiet fuq ċirkolazzjoni libera li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' miżuri maħsuba għal kontra l-firxa ta' mard ta' l-annimali, jistgħu joħolqu diffikultajiet għas-suq ta' ċerti prodotti f'wieħed jew aktar mill-Istati Membri. L-esperjenza turi li disturbi serji tas-suq bħal tnaqqis sinifikanti fil-konsum jew fil-prezzijiet jistgħu jiġu attribwiti għal telf ta' kunfidenza tal-konsumatur minħabba riskji għas-saħħa pubblika, jew għas-saħħa ta' l-annimali.

(22)

Il-miżuri eċċezzjonali ta' l-appoġġ tas-suq sabiex jiġu remedjati tali sitwazzjonijiet previsti fl-OKS rispettivi għaċ-ċanga u l-vitella, il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, il-laħam tal-majjal, il-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż, il-bajd u t-tjur, għandhom għalhekk, jiġu inkorporati f'dan ir-Regolament taħt l-istess kondizzjonijiet kif applikaw s'issa. Tali miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ tas-suq għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni u għandhom ikunu relatati direttament ma' jew ikunu konsegwenza ta' miżuri tas-saħħa u veterinarji adottati sabiex tiġi evitata l-firxa ta' mard. Dawn għandhom jittieħdu fuq talba ta' l-Istati Membri sabiex jiġu evitati problemi serji fis-swieq konċernati.

(23)

Il-possibbiltà għall-Kummissjoni li tadotta miżuri ta' intervent speċjali fejn jirriżulta li jkunu meħtieġa għal reazzjoni effiċjenti u effettiva kontra theddid ta' disturbi tas-suq fis-settur taċ-ċereali u għall-prevenzjoni ta' l-applikazzjoni ta' intervent pubbliku fuq skala kbira f'ċerti reġjuni tal-Komunità fis-settur tar-ross jew għal rimedju ta' nuqqas ta' ross li jkun għadu fil-ħliefa wara diżastri naturali, kif dawn ġew previsti fl-OKS għaċ-ċereali u r-ross rispettivament, għandhom jinżammu f'dan ir-Regolament.

(24)

Għandu jiġi ffissat prezz minimu għall-pitravi ta' kwota korrispondenti għall-kwalità standard li għandha tiġi definita, sabiex jiġi żgurat standard ta' għajxien ġust għal dawk li jkabbru l-pitravi u l-kannamieli.

(25)

Jenħtieġu strumenti speċifiċi sabiex jiġi żgurat bilanċ ġust ta' drittijiet u obbligi bejn impriżi taz-zokkor u dawk li jkabbru l-pitravi. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet standard li jirregolaw ir-relazzjonijiet interprofessjonali miftiehma li preċedentement kienu jinsabu fl-OKS taz-zokkor għandhom jinżammu.

(26)

Id-diversità ta' sitwazzjonijiet naturali, ekonomiċi u tekniċi tagħmilha diffiċli li jiġu previsti kondizzjonijiet ta' xiri uniformi għall-pitravi madwar il-Komunità. Diġà jeżistu ftehim f'dan il-kummerċ bejn assoċjazzjonijiet ta' dawk li jkabbru l-pitravi u impriżi taz-zokkor. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet ta' qafas għandhom jiddefinixxu biss il-garanziji minimi meħtieġa kemm minn dawk li jkabbru l-pitravi kif ukoll mill-industrija taz-zokkor sabiex jiġi żgurat tħaddim bla xkiel tas-suq taz-zokkor bil-possibbiltà ta' derogi minn xi regoli fil-kuntest ta' ftehim fi ħdan il-kummerċ. Preċedentement kienu ġew previsti aktar termini dettaljati fl-OKS taz-zokkor fl-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 318/2006. Fid-dawl tal-karattru ferm tekniku ta' dawn it-termini, ikun aktar kunsiljabbli li dawn il-kwistjonijiet jiġu indirizzati fil-livell tal-Kummissjoni.

(27)

L-imposta ta' produzzjoni prevista taħt l-OKS taz-zokkor bħala kontribut għall-finanzjament ta' l-infiq li jsir taħt dik l-OKS għandha tiġi inkorporata f'dan ir-Regolament.

(28)

Sabiex jinżamm bilanċ strutturali tas-swieq fiz-zokkor f'livell ta' prezz qrib il-prezz ta' referenza, għandha tinżamm il-possibbiltà li l-Kummissjoni tiddeċiedi li tirtira mis-suq iz-zokkor sa meta jkun meħtieġ sabiex is-suq jerġa' jibbilanċja ruħu.

(29)

L-OKS għall-pjanti ħajjin, iċ-ċanga u l-vitella, il-majjal, il-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż, il-bajd u t-tjur ipprevediet il-possibbiltà għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri sabiex jiffaċilitaw l-aġġustament ta' provvista għall-ħtiġijiet tas-suq. Tali miżuri jistgħu jikkontribwixxu għall-istabbilizzazzjoni tas-swieq u għall-iżgurar ta' standard ta' għajxien ġust għall-komunità agrikola konċernata. Minħabba l-objettivi ta' dan ir-Regolament, din il-possibbiltà għandha tinżamm. Skond dawk id-dispożizzjonijiet, il-Kunsill jista' jadotta r-regoli ġenerali rigward tali miżuri skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 37 tat-Trattat. L-għanijiet li għandhom jiġu segwiti b'tali miżuri huma limitati b'mod ċar u jillimitaw in-natura tal-miżuri li jistgħu jiġu adottati. Għalhekk, l-adozzjoni ta' regoli ġenerali addizzjonali mill-Kunsill f'dawk is-setturi mhix meħtieġa u m'għandhiex tiġi iżjed prevista.

(30)

Fis-setturi taz-zokkor u tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib il-limitazzjoni kwantitattiva tal-produzzjoni kif stabbilita fir-Regolamenti (KE) Nru 318/2006 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi taxxa fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib (32) kienet strument essenzjali tal-politika tas-suq għal ħafna snin. Jibqgħu validi dawk ir-raġunijiet li fil-passat wasslu lill-Komunità sabiex tadotta sistemi ta' kwota tal-produzzjoni fiż-żewġ setturi.

(31)

Filwaqt li s-sistema tal-kwota taz-zokkor kienet prevista fl-OKS taz-zokkor, is-sistema korrispondenti fis-settur tal-prodotti tal-ħalib s'issa kienet irregolata f'att ġuridiku separat mill-OKS tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, jiġifieri r-Regolament (KE) Nru 1788/2003. Minħabba l-importanza kruċjali ta' dawn l-iskemi u l-objettivi segwiti fir-Regolament, huwa għalhekk xieraq li d-dispożizzjonijiet relevanti jiġu inkorporati għaż-żewġ setturi f'dan ir-Regolament mingħajr ma jsir kwalunkwe bdil sostanzjali għall-iskemi u l-modi ta' tħaddim tagħhom kif imqabbla mas-sitwazzjoni ġuridika preċedenti.

(32)

L-iskema tal-kwota taz-zokkor taħt dan ir-Regolament għalhekk għandha tirrifletti l-arranġamenti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 318/2006 u, b'mod partikolari, iżżomm l-istatus ġuridiku tal-kwoti safejn, skond il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, is-sistema tal-kwoti tkun tikkostitwixxi mekkaniżmu għar-regolar tas-suq fis-settur taz-zokkor li jkollu l-għan li jiżgura li jintlaħqu l-objettivi ta' l-interess pubbliku.

(33)

Dan ir-Regolament għalhekk għandu jagħmilha possibbli wkoll li l-Kummissjoni taġġusta l-kwoti għal livell sostenibbli wara t-tmiem, fl-2010, tal-fond ta' ristrutturazzjoni stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 li jistabbilixxi skema temporanja għall-istrutturar mill-ġdid ta' l-industrija taz-zokkor fil-Komunità (33).

(34)

Fid-dawl tal-ħtieġa li tkun permessa ċerta miżura ta' flessibbiltà nazzjonali fir-rigward ta' l-aġġustament strutturali ta' l-industrija ta' proċessar u tat-tkabbir tal-pitravi u l-kannamieli li jikbru matul il-perijodu li fih il-kwoti għandhom jiġu applikati, għandha tinżamm il-possibbiltà li l-Istati Membri ikunu permessi jibdlu l-kwoti ta' l-impriżi fi ħdan ċerti limiti filwaqt li ma jirristrinġux l-operazzjoni tal-fond ta' ristrutturazzjoni bħala strument.

(35)

L-OKS taz-zokkor ippreveda li, sabiex jiġi evitat li z-zokkor żejjed joħloq distorsjoni fis-suq taz-zokkor, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tipprevedi, skond ċerti kriterji, sabiex iz-zokkor, l-isoglukosju jew il-ġulepp ta' l-inulina żejda, jiġu avvanzati sabiex jiġu ttrattati bħala produzzjoni ta' kwota għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni ta' wara. Barra minn hekk, jekk, għal ċerti kwantitajiet, il-kondizzjonijiet applikabbli ma jintlaħqux, huwa previst ukoll li jiġi impost ħlas fuq iż-żejjed sabiex tiġi evitata l-akkumulazzjoni ta' dawn il-kwantitajiet li jheddu s-sitwazzjoni tas-suq. Dawn id-dipożizzjonijiet għandhom jinżammu.

(36)

L-iskop prinċipali tas-sistema tal-kwota tal-ħalib, jiġifieri li jitnaqqas l-iżbilanċ bejn il-forniment u d-domanda fis-suq rispettiv u l-eċċessi strutturali li jirriżultaw, sabiex b'hekk jinkiseb ekwilibriju aħjar tas-suq, għadu prevalenti. l-applikazzjoni ta' dazju għal kwantitajiet ta' ħalib m iġbur jew mibjugħ għal konsum dirett 'il fuq minn limitu ta' garanzija ċert għandha, għalhekk, tinżamm. Skond l-iskop ta' dan ir-Regolament, hemm, sa ċertu punt, ħtieġa partikolari għal armonizzazzjoni teknoloġika bejn l-iskemi tal-kwota taz-zokkor u tal-ħalib, filwaqt li jkun preservat bis-sħiħ l-istatus quo legali tagħhom. Għaldaqstant jidher xieraq li tiġi armonizzata t-terminoloġija fis-settur tal-ħalib ma' dik tas-settur taz-zokkor. It-termini “kwantità ta' referenza nazzjonali” u “kwantità ta' referenza individwali” fir-Regolament (KE) Nru 1788/2003 għandhom, għalhekk, jiġu sostitwiti bit-termini “kwota nazzjonali” u “kwota individwali” filwaqt li jinżamm il-kunċett legali li qed jiġi definit.

(37)

Sostanzjalment, l-iskema tal-kwota tal-ħalib f'dan ir-Regolament għandha tkun imfassla skond ir-Regolament (KE) Nru 1788/2003. B'mod partikolari, id-distinzjoni bejn il-kunsinni u l-bejgħ dirett għandhom jinżammu u l-iskema għandha tiġi applikata abbażi ta' kontenut ta' xaħam rappreżentattiv individwali u kontenut ta' xaħam ta' referenza nazzjonali. Il-bdiewa għandhom jiġu awtorizzati taħt ċerti kondizzjonijiet sabiex jittrasferixxu il-kwota individwali tagħhom temporanjament. Addizzjonalment, għandu jinżamm il-prinċipju li meta razzett jinbigħ, jinkera jew jiġi trasferit b'wirt, il-kwota korrispondenti tiġi trasferita lix-xerrej, il-kerrej jew il-werriet flimkien ma' l-art relevanti, filwaqt li għandhom jinżammu l-eċċezzjonijiet għall-prinċipju li l-kwoti ikunu marbutin ma' l-irziezet sabiex titkompla r-ristrutturazzjoni tal-produzzjoni tal-ħalib u jitjieb l-ambjent. F'konformità mad-diversi tipi ta' trasferiment ta' kwoti u l-użu ta' kriterji oġġettivi, għandhom jinżammu d-dipożizzjonijiet li jawtorizzaw lill-Istati Membri sabiex iqiegħdu parti mill-kwantitajiet trasferiti fir-riserva nazzjonali.

(38)

L-imposta għaż-żejjed għandha tiġi ffissata f'livell dissważiv u għandha titħallas mill-Istati Membri hekk kif tinqabeż il-kwota kwantità nazzjonali. L-Istat Membru imbagħad għandu jaqsam il-piż tal-ħlas fost il-produtturi li jkunu kkontribixxew għall-ammont żejjed. Dawk il-produtturi għandhom ikunu responsabbli vis-à-vis l-Istat Membru għall-ħlas tal-kontribut tagħhom għall-imposta minħabba l-fatt li jkunu qabżu l-ammont disponibbli tagħhom. L-Istati Membri għandhom iħallsu lill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) l-imposta li tikkorrispondi għall-ammont żejjed tal-kwota nazzjonali tagħhom, imnaqqsa b'ammont ta' rata fissa ta' 1 % sabiex jittieħed kont ta' każijiet ta' falliment jew ta' inabbiltà definittiva ta' ċerti produtturi li jagħmlu l-kontribut tagħhom għall-ħlas ta' l-imposta dovuta.

(39)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru) 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (34) jikkwalifika d-dħul li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' l-imposta addizzjonali fir-settur tal-prodotti tal-ħalib bħala “qligħ assenjat” li għandu jitħallas lill-baġit Komunitarju u, fil-każ ta' użu mill-ġdid, għandu jintuża esklussivament għall-finanzjament ta' nfiq taħt il-FEAG jew il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR). L-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1788/2003 skond liema d-dħul ta' l-imposti huma kkunsidrati bħala intervent sabiex jiġu stabbilizzati s-swieq agrikoli u għandhom jiġu applikati għall-finanzjament ta' nefqa fis-settur tal-ħalib, għalhekk m'għadux ta' użu u m'għandux jiġi inkorporat f'dan ir-Regolament.

(40)

Diversi OKS ipprevedu tipi differenti ta' skemi ta' għajnuna.

(41)

L-OKS għall-għalf niexef u għall-kittien u l-qanneb ipprevediet għajnuniet ta' proċessar għal dawn is-setturi bħala mezz li jirregola s-suq intern fir-rigward tas-setturi konċernati. Dawn id-dipożizzjonijiet għandhom jinżammu.

(42)

Bil-ħsieb tas-sitwazzjoni speċjali tas-suq għaċ-ċereali u l-lamtu tal-patata, l-OKS għaċ-ċereali kien fiha dispożizzjonijiet li ppermettew l-għoti ta' rifużjoni tal-produzzjoni jekk jirriżulta li jkun meħtieġ. Ir-rifużjoni tal-produzzjoni għandha tkun ta' tali natura li l-prodotti bażiċi użati mill-industrija konċernata jkunu jistgħu jitwettqu disponibbli għaliha bi prezz aktar baxx milli dak li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-prezzijiet komuni. L-OKS għaz-zokkor stabbilixxiet il-possibbiltà ta' l-għoti ta' rifużjoni tal-produzzjoni f'każijiet fejn, fir-rigward tal-manifatturar ta' ċerti prodotti industrijali, kemikali jew farmatewtiċi, tinqala' l-ħtieġa li jittieħdu miżuri bl-għan li ċerti prodotti taz-zokkor isiru disponibbli. Dawn id-dipożizzjonijiet għandhom jinżammu.

(43)

Sabiex jikkontribwixxu għall-ibbilanċjar tas-suq tal-ħalib u l-istabbilizzazzjoni tal-prezzijiet tas-suq għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, jenħtieġu miżuri li jżidu l-possibbiltà tad-disponiment ta' prodotti tal-ħalib. L-OKS għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib għalhekk ipprevediet l-għoti ta' għajnuniet għall-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti tal-ħalib bil-ħsieb ta' użijiet u destinazzjonijiet speċifiċi. Barra minn hekk, dik l-OKS ipprevediet sabiex, bl-iskop li jiġi stimulat il-konsum tal-ħalib mit-tfal u ż-żgħażagħ, il-Komunità għandha tħalli parti mill-infiq li jsir għall-għoti ta' għajnuna għall-provvista ta' ħalib għall-istudenti fl-iskejjel. Dawn id-dipożizzjonijiet għandhom jinżammu.

(44)

Il-finanzjament Komunitarju, li jikkonsisti mill-perċentwali ta' għajnuna diretta li l-Istati Membri huma permessi jżommu skond l-Artikolu 110i(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, huwa meħtieġ biex jinkoraġġixxi organizzazzjonijiet ta' operaturi approvati biex ifasslu programmi ta' ħidma bl-iskop li tittejjeb il-kwalità tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda. F'dak il-kuntest, l-OKS għaż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda ipprevediet li jingħata appoġġ Komunitarju skond il-prijoritajiet mogħtija lill-attivitajiet li jitwettqu fi ħdan il-programmi ta' ħidma konċernati. Dawn id-dipożizzjonijiet għandhom jinżammu.

(45)

Taħt ir-Regolament (KEE) Nru 2075/92 ġie stabbilit fond Komunitarju tat-tabakk iffinanzjat minn ċertu tnaqqis minn skemi ta' għajnuna f'dak is-settur, bil-ħsieb li jittieħdu diversi miżuri fir-rigward ta' dak is-settur. Is-sena 2007 hija l-aħħar waħda li fiha t-tnaqqis mill-iskema ta' għajnuna prevista fil-Kapitolu 10ċ tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 ikun disponibbli għall-Fond Komunitarju tat-Tabakk. Filwaqt li l-finanzjament tal-fond ser jiskadi qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92 madankollu għandu jinżamm sabiex iservi bħala bażi legali għall-programmi pluriennali li jistgħu jiġu ffinanzjati mill-Fond Komunitarju tat-Tabakk.

(46)

It-trobbija tan-naħal, peress li hija settur ta' l-agrikoltura, hija kkaratterizzata mid-diversità ta' kondizzjonijiet u ammonti tal-produzzjoni u tifrix u varjetà ta' operaturi ekonomiċi, fl-istadji kemm ta' produzzjoni kif ukoll ta' kummerċjalizzazzjoni. Barra minn hekk, bil-ħsieb tal-firxa tal-varroasis f'diversi Stati Membri fi snin reċenti u l-problemi li din il-marda tikkaġuna għall-produzzjoni ta' l-għasel, l-azzjoni mill-Komunità tkompli tkun meħtieġa billi l-varroasis ma tistax tinqered kompletament u għandha tiġi ttrattata bi prodotti approvati. Minħabba tali ċirkostanzi u sabiex jiġu mtejba l-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti ta' l-apikoltura fil-Komunità, għandhom jitfasslu programmi nazzjonali kull tliet snin, li jkunu jkopru assistenza teknika, kontroll tal-varroasis, razzjonalizzazzjoni tat-transumanza, ġestjoni ta' ħżin mill-ġdid ta' ġarer tan-naħal fil-Komunità, u koperazzjoni dwar programmi ta' riċerka dwar it-trobbija tan-naħal u l-prodotti ta' l-apikoltura bil-ħsieb tat-titjib tal-kondizzjonijiet ġenerali għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti ta' l-apikoltura. Dawk il-programmi nazzjonali għandhom jiġu ffinanzjati parzjalment mill-Komunità.

(47)

Ir-Regolament (KE) Nru 1544/2006 ssostitwixxa l-għajnuniet nazzjonali kollha tad-dud tal-ħarir bi skema ta' għajnuna Komunitarja għat-trobbija tad-dud tal-ħarir li hija forma ta' somma fissa għal kull kaxxa ta' bajd ta' dud tal-ħarir li tintuża.

(48)

Billi għadhom jitqiesu validi l-konsiderazzjonijiet ta' politika li wasslu għall-introduzzjoni ta' l-iskemi, imsemmija hawn fuq, ta' għajnuna għat-trobbija tan-naħal u għat-trobbija tad-dud tal-ħarir, dawn l-iskemi ta' għajnuna kollha għandhom jiġu inkorporati fil-qafas ta' dan ir-Regolament.

(49)

L-applikazzjoni ta' standards għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli tista' tikkontribwixxi għat-titjib ta' kondizzjonijiet eknomiċi għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni kif ukoll għall-kwalità ta' tali prodotti. L-applikazzjoni ta' tali standards hija għalhekk fl-interess tal-produtturi, il-kummerċanti u l-konsumaturi. Għaldaqstant, fl-OKS tal-banana, żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-mejda, pjanti ħajjin, bajd u laħam tat-tjur ġew stabbiliti standards tal-kummerċjalizzazzjoni li jirrelataw, b'mod partikolari, mal-kwalità, il-livell, il-piż, id-daqs, l-ippakkjar, it-tgeżwir, il-ħażna, it-transport, il-preżentazzjoni, l-oriġini u t-tikkettar. Huwa xieraq li jinżamm dak l-approċċ taħt dan ir-Regolament.

(50)

Taħt l-OKS għaż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda u għall-banana, s'issa l-Kummissjoni kienet fdata bl-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni. Minħabba l-karattru tekniku dettaljat tagħhom u l-ħtieġa li kontinwament tiġi mtejba l-effettività tagħhom u jiġu adattati għall-prattika kummerċjali li tkun qed tevolvi, huwa xieraq li dan l-approċċ jiġi estiż għas-setturi tal-pjanti ħajjin filwaqt li jiġu speċifikati l-kriterji li għandhom jiġu kkunsidrati mill-Kummissjoni meta tfassal ir-regoli relevanti. Barra minn hekk, jista' jkun meħtieġ li jiġu adottati miżuri speċjali, b'mod partikolari metodi aġġornati ta' analiżi u miżuri oħra sabiex jiġu determinati l-karatteristiċi ta' l-istandards konċernati, sabiex jiġu evitati abbużi fir-rigward tal-kwalità u l-awtentiċità tal-prodotti li jiġu ppreżentati lill-konsumaturi u d-disturbi importanti fuq is-swieq li dawn jistgħu joħolqu.

(51)

Ġew stabbiliti diversi strumenti ġuridiċi sabiex jiġu regolati l-kummerċjalizzazzjoni u d-denominazzjoni tal-ħalib, il-prodotti tal-ħalib u xaħmijiet. Dawn isegwu l-objettiv li jtejbu l-pożizzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib fuq is-suq min-naħa l-waħda u li tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta bejn xaħmijiet li jistgħu jiddelku tal-ħalib u dawk li ma joriġinawx mill-ħalib min-naħa l-oħra, it-tnejn li huma għall-benefiċċju tal-produtturi u l-konsumaturi. Ir-regoli li jinsabu fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1898/87 tat-2 ta' Lulju 1987 dwar il-protezzjoni ta' l-ismijiet użati fil-marketing tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (35) huma mmirati lejn il-protezzjoni tal-konsumatur u l-istabbiliment ta' kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni bejn il-prodotti tal-ħalib u prodotti f'kompetizzjoni fil-qasam tad-denominazzjoni, tikkettar u reklamar ta' prodotti sabiex tiġi evitata kwalunkwe distorsjoni. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2597/97 tat-18 ta' Diċembru 1997 li jiddetta regoli addizzjonali dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib għall-ħalib tax-xorb (36) jipprevedi regoli mmirati lejn il-garanzija ta' kwalità għolja ta' ħalib tax-xorb u prodotti li jissodisfaw il-ħtiġijiet u x-xewqat tal-konsumaturi, u b'hekk jistabbilizza s-suq konċernat u jipprovdi lill-konsumatur bi kwalità għolja ta' ħalib tax-xorb. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2991/94 tal-5 ta' Diċembru 1994 li jistabbilixxi standards għal xaħmijiet li jistgħu jiddelku (37) jniżżel l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għall-prodotti tal-ħalib u dawk li ma joriġinawx mill-ħalib konċernati bi klassifikazzjoni ċara u distinta akkumpanjata minn regoli dwar id-denominazzjoni. F'konformità ma' l-objettivi ta' dan ir-Regolament, dawn ir-regoli għandhom jinżammu.

(52)

Dwar is-setturi tal-bajd u tat-tjur jeżistu dispożizzjonijiet rigward standards ta' kummerċjalizzazzjoni u, f'ċerti każijiet, tal-produzzjoni. Dawn id-dispożizzjonijiet jinsabu fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1028/2006 tad-19 ta' Ġunju 2006 dwar standards ta' kummerċjalizzazzjoi għall-bajd (38), fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1906/90 tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar ċerti standards ta' kummerċjalizzazzjoni għal-laħam tat-tjur (39) u fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2782/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' bajd għat-tfaqais u għall-flieles tat-tjur tar-razzett (40). Ir-regoli essenzjali li jinsabu f'dawn ir-Regolamenti għandhom ikunu inkorporati f'dan ir-Regolament.

(53)

Ir-Regolament (KE) Nru 1028/2006 jipprevedi li l-istandards ta' kummerċjalizzazzjoni għall-bajd għandhom, fil-prinċipju, japplikaw għall-bajd kollu tat-tiġieġ ta' l-ispeċi Gallus gallus, kummerċjalizzati fil-Komunità u, bħala regola ġenerali, ukoll għal dawk intiżi għall-esportazzjoni għal pajjiżi terzi. Huwa jiddistingwi wkoll bejn bajd tajjeb u bajd mhux tajjeb għall-konsum dirett mill-bniedem bil-ħolqien ta' żewġ klassijiet ta' kwalità ta' bajd u jistabbilixxi dispożizzjoni sabiex jiżgura informazzjoni xierqa lill-konsumatur rigward kwalità u gradi ta' piż u l-identifikazzjoni tal-metodu ta' trobbija użat. Fl-aħħar, dak ir-Regolament jipprevedi għal regoli speċjali rigward bajd impurtat minn pajjiżi terzi li skondhom dispożizzjonijiet speċjali fis-seħħ f'ċerti pajjiżi terzi jistgħu jiġġustifikaw derogi mill-istandards ta' kummerċjalizzazzjoni jekk l-ekwivalenza tagħhom fil-leġislazzjoni Komunitarja tkun garantita.

(54)

Rigward il-laħam tat-tjur, ir-Regolament (KEE) Nru 1906/90 jiddetermina li l-istandards ta' kummerċjalizzazzjoni għandhom, fil-prinċipju, japplikaw għal ċerti tipi ta' laħam tat-tjur tajjeb għall-konsum mill-bniedem ikkummerċjalizzat fil-Komunità u dak il-laħam tat-tjur intiż għall-esportazzjoni għal pajjiżi terzi għandu, madankollu, jiġi eskluż mill-applikazzjoni ta' l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni. Dak ir-Regolament jipprovdi għall-gradazzjoni tal-laħam tat-tjur f'żewġ kategoriji skond il-konformità u l-apparenza u l-kondizzjonijiet li taħthom il-laħam għandu jkun offrut għall-bejgħ.

(55)

Skond dawk ir-Regolamenti, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jeżentaw mill-applikazzjoni ta' dawk l-istandards ta' kummerċjalizzazzjoni bajd u laħam tat-tjur rispettivament, mibjugħa permezz ta' ċerti forom ta' bejgħ dirett mill-produttur għall-konsumatur finali fejn huma involuti kwantitajiet żgħar.

(56)

Ir-Regolament (KE) Nru 2781/74 jistabbilixxi regoli speċjali dwar il-kummerċjalizzazzjoni u t-trasport ta' bajd għat-tifqis u ta' flieles tat-tjur tar-razzett kif ukoll għall-inkubazzjoni ta' bajd għat-tfaqqis. Dak ir-Regolament jipprovdi, b'mod partikolari, għall-immarkar individwali ta' bajd għat-tfaqqis, użat għall-produzzjoni tal-flieles, għall-mod ta' ippakkjar u t-tip ta' materjal ta' ippakkjar għat-trasport. Madankollu, huwa jeskludi mill-applikazzjoni obbligatorja ta' l-istandards stabbiliti fih it-tnissil ta' razza pura ta' daqs żgħir u stabbilimenti oħrajn ta' tnissil.

(57)

Skond l-objettivi ta' dan ir-Regolament, dawk ir-regoli għandhom jinżammu mingħajr ma tintmiss is-sustanza tagħhom. Madankollu, aktar dispożizzjonijiet li jinsabu f'dawk ir-Regolamenti li huma ta' karattru tekniku għandhom jiġu trattati f'regoli implimentattivi li għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni.

(58)

Kif kien il-każ s'issa taħt l-OKS għall-ħops, għandha tiġi segwita politika ta' kwalità madwar il-Komunità permezz ta' l-implimentazzjoni ta' dispożizzjonijiet dwar iċ-ċertifika flimkien ma' regoli li bħala regola ġenerali, jipprojbixxu l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti li ma nħariġx ċertifikat għalihom, jew, fil-każ ta' prodotti importati, dawk li ma jikkonformawx mal-karatteristiċi ta' kwalità ekwivalenti.

(59)

Id-deskrizzjonijiet u d-definizzjonijiet taż-żejt taż-żebbuġa u d-denominazzjoni huma element essenzjali ta' l-ordni tas-suq fir-rigward ta' l-istabbiliment ta' standards ta' kwalità u fl-għoti lill-konsumaturi ta' informazzjoni adegwata dwar il-prodott u għandhom jinżammu f'dan ir-Regolament.

(60)

Waħda mill-iskemi ta' għajnuna msemmijin qabel li jikkontribwixxu għall-ibbilanċjar tas-suq tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib u għall-istabbilizzazzjoni tal-prezzijiet tas-suq f'dak is-settur tikkonsisti minn skema ta' għajnuna, stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1255/1999, għall-ipproċessar ta' trab ta' ħalib xkumat f'kaseina jew kaseinati. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2204/90 ta' l-24 ta' Lulju 1990 li jistabbilixxi regoli ġenerali addizzjonali dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u l-prodotti mill-ħalib fir-rigward tal-ġobon (41) ippreveda regoli dwar l-użu ta' kaseina u kaseinati fil-manifattura tal-ġobon sabiex ipatti għall-effetti negattivi li jistgħu jirriżultaw minn dik l-iskema ta' għajnuna, b'kont meħud tal-vulnerabbiltà tal-ġobon għal operazzjonijiet ta' sostituzzjoni ma' kaseina u kaseinati, b'hekk jimmira lejn l-istabbilizzazzjoni tas-suq. Dawn ir-regoli għandhom jiġu inkorporati f'dan ir-Regolament.

(61)

L-ipproċessar ta' ċerti materjali agrikoli mhux ipproċessati f'alkoħol etiliku huwa marbut mill-qrib ma' l-ekonomija ta' dawk il-materjali mhux ipproċessati. Dan jista' jikkontribwixxi ħafna lejn it-tisħiħ tal-valur tagħhom u jista' jkun ta' importanza ekonomika u soċjali partikolari għall-ekonomija ta' ċerti reġjuni tal-Komunità jew jista' jkun sors ta' dħul sinifikanti għall-produtturi tal-materjali mhux ipproċessati konċernati. Huwa jippermetti wkoll r-rimi ta' prodotti ta' kwalità mhux sodisfaċenti u ammonti żejda ta' perijodu qasir li jistgħu jikkawżaw problemi temporanji f'ċerti setturi.

(62)

Fis-setturi tal-ħops, iż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda, it-tabakk u d-dud tal-ħarir, il-leġislazzjoni tiffoka fuq diversi tipi ta' organizzazzjonijiet sabiex jitwettqu linji politiċi, b'mod partikolari bil-ħsieb ta' l-istabbilizzazzjoni tas-swieq fi, u tat-titjib u l-garanzija tal-kwalità tal-prodotti konċernati permezz ta' azzjoni konġunta. Id-dispożizzjonijiet li rregolaw dik is-sistema ta' organizzazzjonijiet s'issa huma bbażati fuq organizzazzjonijiet li huma rikonoxxuti mill-Istati Membri jew, taħt ċerti kondizzjonijiet, mill-Kummissjoni, skond id-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Dik is-sistema għandha tinżamm u d-dispożizzjonijiet kif kienu stabbiliti s'issa għandhom jiġu armonizzati.

(63)

Għall-appoġġ ta' ċerti attivitajiet ta' organizzazzjonijiet ta' bejn fergħat li huma ta' interess partikolari fid-dawl tar-regoli attwali dwar l-OKS għat-tabakk, għandu jsir provvediment sabiex ir-regoli adottati minn organizzazzjoni ta' bejn fergħat għall-membri tagħha jiġu estiżi, suġġetti għal ċerti kondizzjonijiet, għall-produtturi u l-gruppi mhux membri kollha f'reġjun wieħed jew aktar. L-istess għandu japplika wkoll fir-rigward ta' attivitajiet oħra ta' l-organizzazzjonijiet ta' bejn fergħat li huma ta' interess ekonomiku u tekniku ġenerali għas-settur tat-tabakk sabiex b'hekk ikun ta' benefiċċju għall-persuni kollha attivi fil-fergħat konċernati. Għandu jkun hemm koperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandu jkollha poteri ta' monitoraġġ permanenti, b'mod partikolari fir-rigward tal-ftehim u prattika konċertati adottati minn tali organizzazzjonijiet.

(64)

F'ċerti setturi barra minn dawk li għalihom regoli attwali jipprevedu għar-rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi jew ta' bejn dergħat, l-Istati Membri jistgħu jixtiequ li jirrikonoxxu tali tipi ta' organizzazzjonijiet ibbażati fuq il-liġi nazzjonali sakemm dan huwa kompatibbli mal-liġi Komunitarja. Din il-possibbiltà għandha, għaldaqstant, tiġi ċċarata. Barra minn dan, għandhom jiġu adottati regoli li jiddikjaraw li r-rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi u ta' bejn il-ergħat skond ir-Regolamenti attwali jibqgħu validi wara l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament.

(65)

Suq Komunitarju wieħed jinvolvi sistema ta' kummerċ mal-fruntieri esterni tal-Komunità. Dik is-sistema ta' negozjar għandha tinkludi dazji ta' importazzjoni u rifużjonijiet ta' esportazzjoni u għandha, fil-prinċipju, tistabbilizza s-suq Komunitarju. Is-sistema ta' negozjar għandha tkun ibbażata fuq l-impriżi aċċettati taħt iċ-Ċiklu ta' l-Urugwaj ta' negozjati ta' kummerċ multilaterali.

(66)

S'issa, il-monitoraġġ tal-volum ta' kummerċ fi prodotti agrikoli ma' pajjiżi terzi fl-OKS għas-setturi taċ-ċereali, ir-ross, iz-zokkor, iż-żrieragħ, iż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda, il-kittien u l-qanneb, iċ-ċanga u l-vitella, il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, il-laħam tal-majjal, il-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż, il-bajd, il-laħam tat-tjur, il-pjanti ħajjin u l-alkoħol etiliku agrikolu kien, kemm għall-importazzjonijiet kif ukoll għall-esportazzjonijiet, suġġett għal jew sistemi ta' liċenzja obbligatorja jew sistemi fejn il-Kummissjoni kellha l-poter tipprevedi rekwiżiti għall-għoti ta' liċenzja.

(67)

Il-monitoraġġ tal-flussi ta' kummerċ huwa qabel kollox kwistjoni ta' ġestjoni li għandha tiġi indirizzata b'mod flessibbli. F'dan l-isfond u fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba mill-OKS fejn il-ġestjoni ta' liċenzji diġà ġiet konferita fuq il-Kummissjoni, jidher xieraq li dan l-approċċ jiġi estiż għas-setturi kollha fejn qed jintużaw liċenzji ta' importazzjoni u esportazzjoni. Id-deċiżjoni dwar l-introduzzjoni ta' rekwiżiti għall-għoti ta' liċenzji għandha tittieħed mill-Kummissjoni b'kont meħud tal-ħtieġa għal liċenzji ta' importazzjoni għall-ġestjoni tas-swieq konċernati u, b'mod partikolari, għall-monitoraġġ ta' l-importazzjonijiet tal-prodotti in kwistjoni.

(68)

Fil-parti l-kbira, id-dazji doganali applikabbli għall-prodotti agrikoli taħt il-ftehim ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) huma stabbiliti fit-Tariffa Doganali Komuni. Madankollu, għal xi prodotti tas-setturi taċ-ċereali u r-ross, l-introduzzjoni ta' mekkaniżmi addizzjonali toħloq il-ħtieġa li tiġi prevista l-possibbiltà li jiġu adottati derogi.

(69)

Għall-prevenzjoni u l-ibbilanċjar ta' effetti negattivi fuq is-suq Komunitarju li jistgħu jirriżultaw minn importazzjonijiet ta' ċerti prodotti agrikoli, l-importazzjonijiet ta' tali prodotti għandhom ikunu suġġetti għal ħlas ta' dazju addizzjonali, jekk jiġu sodisfatti ċerti kondizzjonijiet.

(70)

Huwa xieraq, taħt ċerti kondizzjonijiet, li l-Kummissjoni tiġi konferita l-poter li tiftaħ u tamministra kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni li jirriżultaw minn ftehim internazzjonali konklużi skond it-Trattat jew minn atti oħra tal-Kunsill.

(71)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2729/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar imposti fuq l- importazzjoni ta' taħlit ta' ċereali, ross u ross imfarrak (42) għandu l-għan li jiżgura t-tħaddim xieraq tas-sistema ta' dazju għall-importazzjonijiet ta' taħlitiet ta' ċereal, ross u ross imfarrak. Dawn ir-regoli għandhom jiġu inklużi f'dan ir-Regolament.

(72)

Il-Komunità kkonkludiet diversi ftehim preferenzjali ta' aċċess għas-suq ma' pajjiżi terzi li jippermettu lil dawk il-pajjiżi jesportaw zokkor tal-kannamieli lejn il-Komunità taħt kondizzjonijiet favorevoli. L-OKS taz-zokkor ipprevediet l-istima tal-ħtieġa tar-raffinaturi għal zokkor għar-raffinar u, taħt ċerti kondizzjonijiet, li liċenzji ta' importazzjoni jiġu riservati għal utenti speċjalizzati ta' kwantitajiet sinifikanti ta' zokkor tal-kannamieli mhux raffinat, li huma kkunsidrati bħala raffinaturi full-time fil-Komunità. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jinżammu.

(73)

Għall-prevenzjoni ta' uċuħ illeċiti milli jiddisturbaw l-OKS għall-qanneb għall-fibra, ir-Regolament rispettiv ippreveda verifiki fuq importazzjonijiet ta' qanneb u żerriegħa tal-qanneb sabiex jiġi żgurat li tali prodotti joffru ċerti garanziji fir-rigward tal-kontenut ta' tetraidrokannabinol. Barra minn hekk, importazzjonijiet ta' żrieragħ tal-qanneb maħsubin għal użi oħra minbarra għaż-żriegħ kienu suġġetti għal sistema ta' kontroll li tipprevedi sistema ta' awtorizzazzjoni ta' l-importaturi konċernati. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jinżammu.

(74)

Madwar il-Komunità qed tiġi segwita politika ta' kwalità fir-rigward ta' prodotti tas-settur tal-ħops. Fil-każ ta' prodotti importati, jeħtieġ li jiġu inkorporati f'dan ir-Regolament id-dispożizzjonijiet li jiżguraw li jiġu importati biss prodotti li jikkonformaw ma' karatteristiċi minimi ta' kwalità ekwivalenti.

(75)

Is-sistema ta' dazju doganali tagħmilha possibbli li jitwarrbu l-miżuri protettivi l-oħra kollha mal-fruntieri esterni tal-Komunità. Is-suq intern u l-mekkaniżmu tad-dazju jistgħu, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, juru li m'humiex adegwati. F'tali każijiet, sabiex is-suq Komunitarju ma jitħalliex mingħajr difiża kontra disturbi li jistgħu jinħolqu, il-Komunità għandha tkun tista' tieħu l-miżuri kollha meħtieġa mingħajr dewmien. Tali miżuri għandhom jikkonformaw ma' l-impenji internazzjonali tal-Komunità.

(76)

Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament korrett ta' l-OKS u, b'mod partikolari, sabiex jiġu evitati disturbi tas-swieq, l-OKS ipprevedu l-possibbiltà li jiġi projbit l-użu ta' ftehim ta' pproċessar intern u estern għal numru ta' prodotti. Din il-possibbiltà għandha tinżamm. Barra minn dan, l-esperjenza turi li fejn is-swieq huma disturbati jew mheddin li jiġu disturbati bl-użu ta' dawn l-arranġamenti, teħtieġ li tittieħed azzjoni mingħajr dewmien kbir. Il-Kummissjoni għandha, għaldaqstant, tiġi fdata bis-setgħat relevanti. Huwa għalhekk xieraq li l-Kummissjoni tkun tista' tissospendi l-użu ta' arranġament ta' pproċessar attiv u passiv f'tali sitwazzjonijiet.

(77)

Id-dispożizzjonijiet għall-għoti ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjonijiet għal pajjiżi terzi, ibbażati fuq id-differenza bejn il-prezzijiet fil-Komunità u dawk fis-suq dinji, u li jaqgħu fil-limiti stabbiliti mill-impenji tal-Komunità fid-WTO, għandhom iservu sabiex jissalvagwardjaw il-parteċipazzjoni tal-Komunità fil-kummerċ internazzjonali ta' ċerti prodotti li jaqgħu taħt dan ir-Regolament. L-esportazzjonijiet sussidjati għandhom ikunu suġġetti għal limiti f'termini ta' valur u kwantità.

(78)

Għandha tiġi żgurata konformità mal-limiti f'termini ta' valur fiż-żmien li fih jiġu ffissati r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjonijiet permezz tal-monitoraġġ ta' ħlasijiet taħt ir-regoli relatati mal-FAEG. Il-monitoraġġ jista' jiġi ffaċilitat billi b'mod obbligatorju jiġu ffissati bil-quddiem ir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjonijiet, filwaqt li tkun permessa l-possibbiltà, fil-każ ta' rifużjonijiet differenzjati, li d-destinazzjoni speċifikata tinbidel f'żona ġeografika li għaliha tapplika rata waħda ta' rifużjoni fuq l-esportazzjoni. Fil-każ ta' bdil tad-destinazzjoni, għandha titħallas ir-rifużjoni fuq l-esportazzjoni applikabbli għad-destinazzjoni reali, b'limitu fuq l-ammont applikabbli għad-destinazzjoni ffissat bil-quddiem.

(79)

Għandha tiġi żgurata konformità mal-limiti tal-kwantità permezz ta' sistema ta' monitoraġġ affidabbli u effettiva. Għal dak il-għan, l-għoti ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għandha tkun suġġetta għal liċenzja għall-esportazzjoni. Rifużjonijiet ta' esportazzjoni għandhom jingħataw sal-limiti disponibbli, skond is-sitwazzjoni partikolari ta' kull prodott konċernat. Għandhom ikunu permessi eċċezzjonijiet għal dik ir-regola biss għal prodotti proċessati li m'humiex elenkati fl-Anness I għat-Trattat, li għalihom il-limiti ta' volum ma japplikawx. Għandu jsir provvediment għal deroga minn konformità stretta mar-regoli ta' ġestjoni fejn esportazzjonijiet li jibbenefikaw minn rifużjoniiet fuq l-esportazzjoni probabbilment ma jaqbżux il-kwantità stabbilita.

(80)

Fil-każ ta' l-esportazzjoni ta' annimali bovini ħajjin, għandha ssir dispożizzjoni sabiex ir-rifużjonijiet ta' esportazzjoni jingħataw u jitħallsu biss jekk jiġu rispettati d-dispożizzjonijiet stabbiliti mil-leġislazzjoni Komunitarja dwar il-benesseri ta' l-annimali, b'mod partikolari dawk rigward il-protezzjoni ta' l-annimali waqt it-trasport.

(81)

F'ċerti każijiet il-prodotti agrikoli jistgħu jibbenefikaw minn trattament speċjali fuq l-importazzjoni f'pajjiżi terzi jekk il-prodotti jikkonformaw ma' ċerti speċifikazzjonijiet u/jew kondizzjonijiet ta' prezz. Tenħtieġ koperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet fil-pajjiż terz ta' importazzjoni u l-Komunità sabiex tiġi żgurata applikazzjoni korretta ta' tali sistema. Għal dak il-għan il-prodotti għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat maħruġ mill-Komunità.

(82)

L-esportazzjonijiet ta' basal li jagħmlu l-fjuri għal pajjiżi terzi huma ta' importanza ekonomika konsiderabbli għall-Komunità. Il-kontinwazzjoni u l-iżvilupp ta' tali esportazzjonijiet tista' tiġi żgurata bl-istabbilizzazzjoni ta' prezzijiet f'dan il-kummerċ. Għalhekk għandu jsir provvediment għal prezzijiet ta' esportazzjoni minimi għall-prodotti in kwistjoni.

(83)

Skond l-Artikolu 36 tat-Trattat id-dispożizzjonijiet tal-kapitolu tat-Trattat relatat mar-regoli dwar il-kompetizzjoni għandhom japplikaw biss għall-produzzjoni u l-kummerċ ta' prodotti agrikoli safejn ikun determinat mill-Kunsill fl-ambitu ta' l-Artikolu 37(2) u (3) tat-Trattat u skond il-proċedura stabbilita fih. Fid-diversi OKS id-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna mill-istat kienu ġeneralment iddikjarati applikabbli. B'mod partikolari l-applikazzjoni tar-regoli tat-Trattat li japplikaw għal impriżi ġiet definita ulterjorament fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 ta' l-24 ta' Lulju 2006 li japplika ċerti regoli dwar il-kompetizzjoni għall-produzzjoni u l-kummerċ ta' prodotti agrikoli (43). F'konformità ma' l-objettiv li jinħoloq sett komprensiv wieħed ta' regoli ta' politika tas-suq huwa xieraq li d-dispożizzjonijiet konċernati jiġu inkorporati f'dan ir-Regolament.

(84)

Ir-regoli dwar il-kompetizzjoni relatati mal-ftehim, mad-deċiżjonijiet u prattika msemmijin fl-Artikolu 81 tat-Trattat u ma' l-abbuż ta' pożizzjonijiet dominanti għandhom jiġu applikati għall-produzzjoni u l-kummerċ ta' prodotti agrikoli, sakemm l-applikazzjoni tagħhom ma tfixkilx il-funzjonament ta' organizzazzjonijiet nazzjonali ta' swieq agrikoli jew ma theddidx il-kisba ta' l-objettivi tal-PAK.

(85)

Għandu jsir approċċ partikolari fil-każ ta' organizzazzjonijiet ta' bdiewa li għandhom l-objettiv partikolari ta' produzzjoni jew kummerċjalizzazzjoni konġunta ta' prodotti agrikoli jew l-użu ta' faċilitajiet konġunti, sakemm tali azzjoni konġunta teskludi l-kompetizzjoni jew thedded il-ksib ta' l-objettivi ta' l-Artikolu 33 tat-Trattat.

(86)

Sabiex jiġi evitat li jiġi kompromess l-iżvilupp ta' PAK kif ukoll sabiex jiġu żgurati ċertezza ġuridika u trattament mhux diskriminatorju ta' l-impriżi konċernati, il-Kummissjoni għandu jkollha l-poter uniku, suġġett għal reviżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja, li tiddetermina jekk ftehim, deċiżjonijiet u prattika msemmijin fl-Artikolu 81 tat-Trattat ikunux kompatibbli ma' l-objettivi tal-PAK.

(87)

Il-funzjonament korrett ta' suq wieħed ibbażat fuq prezzijiet komuni jkun mhedded bl-għoti ta' għajnuna nazzjonali. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jirregolaw l-għajnuna mill-Istat għandhom, bħala regola ġenerali, japplikaw għall-prodotti koperti b'dan ir-Regolament. F'ċerti sitwazzjonijiet għandhom ikunu permessi eċċezzjonijiet. Madankollu, fejn tali eċċezzjonijiet ikunu japplikaw, il-Kummissjoni għandha tkun f'pożizzjoni li tfassal lista ta' għajnuniet nazzjonali eżistenti, ġodda jew proposti, sabiex tagħmel osservazzjonijiet xierqa lill-Istati Membri u tipproponilhom miżuri adattati għalihom.

(88)

Sa mill-adeżjoni, il-Finlandja u l-Isvezja jistgħu, minħabba s-sitwazzjoni ekonomika speċifika tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tar-renna u l-prodotti tar-renna, jagħtu għajnuniet f'dan ir-rigward. Barra minn hekk, il-Finlandja tista', suġġetta għal awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni, tagħti għajnuna rispettivament għal ċerti kwantitajiet ta' żrieragħ u għal ċerti kwantitajiet ta' żerriegħa ta' ċereali li huma prodotti biss fil-Finalandja, minħabba l-kondizzjonijiet klimatiċi speċifiċi tagħha. Dawn l-eċċezzjonijiet jeħtieġ li jinżammu.

(89)

Fi Stati Membri bi tnaqqis sinifikanti ta' kwota taz-zokkor, dawk li jkabbru l-pitravi ser jiffaċċjaw problemi ta' adattament partikolarment severi. F'tali każijiet l-għajnuna Komunitarja transitorja għal dawk li jkabbru l-pitravi prevista fil-Kapitolu 10f tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003ma tkunx biżżejjed sabiex jiġu indirizzati bis-sħiħ id-diffikultajiet ta' dawk li jkabbru l-pitravi. Għaldaqstant, l-Istati Membri li jkunu naqqsu l-kwota tagħhom b'aktar minn 50 % tal-kwota taz-zokkor stabbilta fl-20 ta' Frar 2006 fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 għandhom ikunu awtorizzati jagħtu għajnuna lill-Istat lil dawk li jkabbru l-pitravi waqt il-perijodu ta' applikazzjoni ta' l-għajnuna Komunitarja transitorja. Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri ma jagħtux għajnuna Statali li taqbeż il-ħtiġijiet ta' dawk li jkabbru l-pitravi, id-determinazzjoni ta' l-ammont totali ta' l-għajnuna mill-Istat konċernata għandha tibqa' suġġetta għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni, ħlief fil-każ ta' l-Italja fejn jista' jiġi stmat li l-produtturi tal-pitravi li jipproduċu l-aktar ser ikollhom bżonn jadattaw għall-kondizzjonijiet tas-suq wara r-riforma, ta' EUR 11 għal kull tunnellata ta' pitravi prodotta. Barra minn hekk, minħabba l-problemi partikolari li mistennija jinħolqu fl-Italja, għandha tinżamm id-dispożizzjoni dwar arranġamenti li jippermettu lil dawk li jkabbru l-pitravi sabiex jibbenefikaw direttament jew indirettament mill-għajnuna mogħtija mill-Istat.

(90)

Fil-Finlandja t-tkabbir tal-pitravi huwa suġġett għal kondizzjonijiet ġeografiċi u klimatiċi partikolari li jaffettwaw b'mod negattiv is-settur lil hinn mill-effetti ġenerali tar-riforma taz-zokkor. Għal din ir-raġuni għandha tinżamm id-dispożizzjoni fl-OKS taz-zokkor sabiex dak l-Istat Membru jiġi awtorizzat, fuq bażi permanenti, sabiex jagħti lil dawk li jkabbru l-pitravi ammont adegwat ta' għajnuna mill-Istat.

(91)

Minħabba s-sitwazzjoni partikolari fil-Ġermanja, fejn attwalment qed jingħata appoġġ nazzjonali lil numru kbir ta' produtturi iżgħar ta' l-alkoħol taħt kondizzjonijiet speċifiċi tal-monopolju ta' l-alkoħol Ġermaniż, huwa meħtieġ li, matul perijodu ta' żmien limitat, tkun permessa l-kontinwazzjoni ta' l-għoti ta' tali appoġġ. Huwa meħtieġ ukoll li tiġi prevista l-preżentazzjoni ta' rapport mill-Kummissjoni dwar l-operazzjoni ta' dik id-deroga, fi tmiem dak il-perijodu, akkumpanjat minn kwalunkwe proposta xierqa.

(92)

Jekk Stat Membru jkun jixtieq jappoġġa, fit-territorju tiegħu, miżuri li jippromwovu l-konsum tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib fil-Komunità, għandu jsir provvediment għall-possibbiltà ta' finanzjament ta' tali miżuri permezz ta' imposta promozjonali fuq il-produtturi tal-ħalib fil-livell nazzjonali.

(93)

Sabiex jittieħed kont ta' żviluppi possibbli fill-produzzjoni ta' l-għalf imnixxef, il-Kummissjoni għandha, qabel it-30 ta' Settembru 2008, tippreżenta, abbażi ta' evalwazzjoni ta' l-OKS għall-għalf imnixxef, rapport lill-Kunsill dwar dak is-settur. Fejn ikun meħtieġ, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti xierqa. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tirrapporta f'intervalli regolari lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-iskema ta' l-għajnuna applikata fir-rigward tas-settur ta' l-apikoltura.

(94)

Tenħtieġ informazzjoni adegwata dwar is-sitwazzjoni attwali tas-suq tal-ħops fil-Komunità u l-prospetti għall-iżvilupp tiegħu. Għalhekk għandu jsir provvediment għar-reġistrazzjoni tal-kuntratti kollha ta' provvista fir-rigward tal-ħops prodott fil-Komunità.

(95)

Taħt ċerti kondizzjonijiet u għal ċerti prodotti, huwa xieraq li jiġu previsti miżuri li għandhom jittieħdu f'każijiet fejn ikunu qed iseħħu disturbi jew fejn x'aktarx li jseħħu minħabba bidliet sinifikanti fil-prezzijiet tas-suq intern jew fir-rigward ta' kwotazzjonijiet jew prezzijiet fis-suq dinji.

(96)

Jeħtieġ li jiġi stabbilit qafas ta' miżuri speċifiċi għall-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola sabiex tkun tista' tinġabar data ekonomika u tiġi analizzata informazzjoni ta' statistika għall-fini tal-monitoraġġ tas-suq. Safejn is-suq ta' l-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jkun marbut mas-suq ta' alkoħol etiliku ġenerali, jeħtieġ ukoll li tkun disponibbli informazzjoni dwar is-suq ta' alkoħol etiliku ta' oriġini mhux agrikola.

(97)

L-infiq imġarrab mill-Istati Membri bħala riżultat ta' l-obbligi li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu ffinanzjati mill-Komunità skond ir-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

(98)

Il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata tadotta l-miżuri meħtieġa sabiex jissolvew problemi prattiċi speċifiċi f'każ ta' emerġenza.

(99)

Billi s-swieq komuni ta' prodotti agrikoli qed jevolvu kontinwament, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iżommu lil xulxin infurmati dwar żviluppi relevanti.

(100)

Sabiex jiġi evitat abbuż ta' kwalunkwe wieħed mill-vantaġġi previsti f'dan ir-Regolament, tali vantaġġi m'għandhomx jingħataw jew, skond il-każ, għandhom jiġu rtirati, f'każijiet fejn jinstab li l-kondizzjonijiet għall-ksib ta' kwalunkwe wieħed minn dawk il-vantaġġi nħolqu artifiċjalment b'mod kuntrarju għall-objettivi ta' dan ir-Regolament.

(101)

Sabiex tiġi garantita konformità ma' l-obbligi stabbiliti b'dan ir-Regolament, jenħtieġu kontrolli u l-applikazzjoni ta' miżuri amministrattivi u pieni amministrattivi f'każ ta' nuqqas ta' konformità. Għalhekk għandha tiġi konferita s-setgħa lill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi r-regoli korrispondenti, inklużi dawk dwar l-irkupru ta' ħlas mhux dovut u dwar l-obbligi ta' rappurtar ta' l-Istati Membri li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(102)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom, bħala regola ġenerali, ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (44). Madankollu, fir-rigward ta' ċerti miżuri taħt dan ir-Regolament li jirrelataw ma' poteri tal-Kummissjoni, li jeħtieġu azzjoni rapida jew li huma ta' natura purament amministrattiva, il-Kummissjoni għandu jkollha l-poter taġixxi waħedha.

(103)

Minħabba l-inkorporazzjoni f'dan ir-Regolament ta' ċerti elementi ta' l-OKS għall-frott u ħxejjex, prodotti proċessati ta' frott u ħxejjex u inbid, jeħtieġ li jiġu jsiru ċerti emendi għal dawn l-OKS.

(104)

Dan ir-Regolament jinkorpora dispożizzjonijiet dwar l-applikabbiltà tar-regoli ta' kompetizzjoni taħt it-Trattat. S'issa tali dispożizzjonijiet ġew ittrattati fir-Regolament (KE) Nru 1184/2006. Il-kamp ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament jeħtieġ li jiġi emendat sabiex id-dispożizzjonijiet tiegħu japplikaw biss għall-prodotti elenkati fl-Anness I mat-Trattat li m'humiex koperti b'dan ir-Regolament.

(105)

Dan ir-Regolament jinkorpora d-dispożizzjonijiet li jinsabu fir-regolamenti bażiċi elenkati fil-premessi (2) u (3) bl-eċċezzjoni ta' dawk li jinsabu fir-Regolamenti (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1493/1999. Barra minn hekk, dan ir-Regolament jinkorpora d-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti li ġejjin:

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2729/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar id-dazji ta' l-importazzjoni fuq taħlitiet ta' ċereali, ross u ross imfarrak;

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2763/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 li jistabbilixi regoli ġenerali għall-għoti ta' għajnuna għall-ħażna privata għal-laħam tal-majjal (45);

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2782/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' bajd għat-tfaqqis u ta' flieles tat-tjur tar-razzett;

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 707/76 tal-25 ta' Marzu 1976 dwar ir-rikonoxximent ta' gruppi tal-produtturi ta' dawk li jrabbu d-dud tal-ħarir (46);

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1055/77 tas-17 ta' Mejju 1977 dwar il-ħażna u l-moviment ta' prodotti mixtrija minn aġenzija ta' intervent (47);

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2931/79 ta' l-20 ta' Diċembru 1979 fuq l-għotja ta' assistenza għall-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli li jistgħu jibbenefikaw minn trattament speċjali ta' importazzjoni f'pajjiż terz (48);

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3220/84 tat-13 ta' Novembru 1984 li jiddetermina l-iskala Komunitarja għal gradazzjoni tal-karkassi tal-ħnieżer;

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1898/87 tat-2 ta' Lulju 1987 dwar il-protezzjoni ta' desinjazzjonijiet użati fil-kummerċjalizzazzjoni tal-ħalib u prodotti tal-ħalib;

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3730/87 ta' l-10 ta' Diċembru 1987 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-forniment ta' ikel minn ħażniet ta' intervent għall-organizzazzjonijiet magħżula għad-distribuzzjoni lill-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità;

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 386/90 tat-12 ta' Frar 1990 dwar is-sorveljanza mwettqa fiż-żmien ta' l-esportazzjoni tal-prodotti agrikoli li jirċievu rifużjonijiet jew ammonti oħra (49);

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1186/90 tas-7 ta' Mejju 1990 li jestendi l-iskop ta' l-iskala Komunitarja għall-klassifikazzjoni tal-karkassi ta' l-annimali bovini adulti;

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1906/90 tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar ċerti standards ta' kummerċjalizzazzjoni għal-laħam tat-tjur;

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2204/90 ta' l-24 ta' Lulju 1990 li jistabbilixxi regoli ġenerali addizzjonali dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib rigward il-ġobon;

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2077/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 rigward l-organizzazzjonijiet bejn il-fergħat u l-ftehim fil-qasam tat-tabakk (50);

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2137/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar l-iskala tal-Komunità għall-klassifikazzjoni ta' karkassi ta' annimali ovini u li jiddetermina l-istandard tal-kwalità Komunitarja ta' karkassi tan-nagħaġ friski jew imkessħa u li jestendi r-Regolament (KEE) Nru 338/91;

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2991/94 tal-5 ta' Diċembru 1994 li jistabbilixxi l-istandards għal xaħmijiet li tad-tidlik;

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2597/97 tat-18 ta' Diċembru 1997 li jistabbilixxi regoli addizzjonali dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib għal ħalib tax-xorb;

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2250/1999 tat-22 ta' Ottubru 1999 dwar il-kwota tat-tariffa tal-butir ta' oriġini minn New Zealand (51);

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nr 1788/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi imposta fis-setturi tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib;

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1028/2006 tad-19 ta' Ġunju 2006 dwar ċerti standards ta' kummerċjalizzazzjoni għall-bajd;

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1183/2006 ta' l-24 ta' Lulju 2006 rigward l-iskala Komunitarja għall-klassifikazzjoni ta' karkassi ta' annimali bovini adulti;

(106)

Dawn ir-Regolamenti għandhom għalhekk jitħassru. Fl-interess taċ-ċarezza legali u minħabba n-numru ta' atti li għandhom jitħassru b'dan ir-Regolament u n-numru ta' atti adottati skond għal jew emendati b'dawk l-atti, huwa xieraq li jiġi kkjarifikat li tħassir ma jaffettwax il-validità ta' kwalunkwe atti legali abbażi ta' l-att imħassar jew ta' kwalunkwe emendi lill-atti legali oħrajn magħmula bih.

(107)

Dan ir-Regolament għandu, bħala regola ġenerali, jibda japplika fl-1 ta' Jannar 2008. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet il-ġodda ta' dan ir-Regolament ma jfixklux is-sena kurrenti ta' kummerċjalizzazzjoni 2007-2008, għandha tiġi stabbilita data ta' applikazzjoni aktar tard fir-rigward ta' dawk is-setturi li għalihom hemm previsti snin kummerċjali. Dan ir-Regolament għandu għalhekk japplika biss mill-bidu tas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2008-2009 għas-setturi konċernati. B'hekk, ir-Regolamenti rispettivi li jirregolaw dawn is-setturi għandhom jibqgħu japplikaw sa tmiem is-sena ta' kummerċjalizzazzjoni korrispondenti 2007/2008.

(108)

Addizzjonalment, fir-rigward ta' ċerti setturi oħra li għalihom m'hemm prevista l-ebda sena ta' kummerċjalizzazzjoni, għandha tiġi wkoll stabbilita data ta' applikazzjoni aktar tard sabiex tiġi żgurata transizzjoni bla xkiel mill-OKS eżistenti għal dan ir-Regolament. Konsegwentement, ir-Regolamenti li jirregolaw l-OKS eżistenti għal dawk is-setturi għandhom jibqgħu japplikaw sad-data ta' applikazzjoni aktar avvanzata prevista f'dan ir-Regolament.

(109)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) 386/90, il-kompetenza għall-adozzjoni tas-sostanza ttrattata minn dak ir-Regolament qed tiġi trasferita lill-Kummissjoni b'dan ir-Regolament. Addizzjonalment, ir-Regolamenti (KEE) Nru 3220/84, (KEE) Nru 1186/90, (KEE) Nru 2137/92 u (KE) Nru 1183/2006 qed jitħassru b'dan ir-Regolament filwaqt li biss ċerti dispożizzjonijiet ta' dawk ir-Regolamenti qed jiġu inkorporati f'dan ir-Regolament. Għaldaqstant, aktar dettalji li jinsabu f'dawk ir-Regolamenti ser ikollhom jiġu trattati fir-regoli implimentattivi li għad iridu jiġu adottat mill-Kummissjoni. Għandu jkun permess xi żmien aktar sabiex il-Kummissjoni tistabbilixxi r-regoli rispettivi. Ir-Regolamenti msemmijin għandhom għalhekk ikomplu japplikaw sal-31 ta' Diċembru 2008.

(110)

L-atti tal-Kunsill li ġejjin m'għadhomx meħtieġa u għandhom jitħassru:

Ir-Regolament (KEE) Nru 315/68 tat-12 ta' Marzu 1968 li jistabbilixxi l-istandards tal-kwalità għall-basal tal-fjuri, basal tal-qasab u tuberi (52);

Ir-Regolament (KEE) Nru 316/68 tat-12 ta' Marzu 1968 li jiffissa l-istandards ta' kwalità għall-fjuri maqtugħa friski u weraq frisk ornamentali (53);

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2517/69 tad-9 ta' Diċembru 1969 li jistabbilixxi ċerti miżuri għar-riorganizzazzjoni tal-produzzjoni tal-frott tal-Komunità (54);

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2728/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar għajnuniet għall-produzzjoni ta' u kummerċ fil-lamtu tal-patata u fil-patata użata għall-manifatturar tal-lamtu (55);

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1358/80 tal-5 ta' Ġunju 1980 li jiffissa l-prezz gwida u l-prezz ta' intervent għall-annimali bovini adulti għas-sena ta' suq 1980/81 u li jintroduċi skala ta' gradi Komunitarja għall-karkassi ta' annimali bovini adulti (56);

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4088/87 tal-21 ta' Diċembru 1987 li jiffissa l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' rati ta' dazju preferenzjali fuq l-importazzjoni ta' ċertu fjuri li ġejjin minn Ċipru, l-Israel u l-Ġordan (57);

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 74/583/KEE ta' l-20 ta' Novembru 1974 dwar is-sorveljanza tal-movimenti taz-zokkor (58).

(111)

It-transizzjoni mill-arranġamenti previsti fid-dispożizzjonijiet u r-Regolamenti imħassra minn dan ir-Regolament tista' toħloq diffikultajiet li m'humiex trattati f'dan ir-Regolament. Sabiex dawn id-diffikultajiet jiġu trattati, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta miżuri transizzjonali,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

WERREJ

PARTI I

DISPOŻIZZJONIJIET INTRODUTTORJI 20

PARTI II

SUQ INTERN 21

TITOLU I

INTERVENT TAS-SUQ 21

KAPITOLU I

Intervent pubbliku u ħażna privata 21

Taqsima I

Dispożizzjonijiet Ġenerali 21

Taqsima II

Intervent pubbliku 22

Sub-taqsima I

Dispożizzjonijiet ġenerali 22

Sub-taqsima II

Ftuħ u suspensjoni ta' xiri 23

Sub-taqsima III

Prezz ta' intervent 24

Sub-taqsima IV

Rimi minn intervent 24

Taqsima III

Ħażna privata 25

Sub-taqsima I

Għajnuna mandatorja 25

Sub-taqsima II

Għajnuna fakultattiva 26

Taqsima IV

Dispożizzjonijiet komuni 27

KAPITOLU II

Miżuri ta' intervent speċjali 29

Taqsima I

Miżuri ta' appoġġ għas-suq eċċezzjonali 29

Taqsima II

Miżuri fis-setturi taċ-ċereali u r-ross 30

Taqsima III

Miżuri fis-settur taz-zokkor 30

Taqsima IV

Aġġustament ta' provvista 31

KAPITOLU III

Sistemi ta' limitazzjoni tal-produzzjoni 32

Taqsima I

Dispożizzjonijiet ġenerali 32

Taqsima II

Zokkor 32

Sub-taqsima I

Allokazzjoni u ġestjoni ta' kwoti 32

Sub-taqsima II

Kwota maqbuża 33

Taqsima III

Ħalib 34

Sub-taqsima I

Dispożizzjonijiet ġenerali 34

Sub-taqsima II

Allokazzjoni u ġestjoni ta' kwoti 35

Sub-taqsima III

Kwota maqbuża 38

Taqsima IV

Dispożizzjonijiet proċedurali 39

KAPITOLU IV

Skemi ta' għajnuna 40

Taqsima I

Għajnuna għall-ipproċessar 40

Sub-taqsima I

Għalf imnixxef 40

Sub-taqsima II

Kittien imkabbar għall-fibra 41

Taqsima II

Rifużjoni ta' produzzjoni 42

Taqsima III

Għajnuniet fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib 42

Taqsima IV

Għajnuniet fis-settur taż-żebbuġ 43

Taqsima V

Fond komunitarju tat-tabakk 44

Taqsima VI

Dispożizzjonijiet speċjali għas-settur ta' l-apikoltura 44

Taqsima VII

Għajnuniet fis-settur tad-dud tal-ħarir 45

TITOLU II

REGOLI DWAR KUMMERĊJALIZZAZZJONI U PRODUZZJONI 45

KAPITOLU I

Standards ta' kummerċjalizzazzjoni u kondizzjonijiet għall-produzzjoni 45

Taqsima I

Standards tal-kummerċjalizzazzjoni 45

Taqsima II

Kondizzjonijiet għall-produzzjoni 46

Taqsima III

Regoli proċedurali 47

KAPITOLU II

Organizzazzjonijiet ta' produtturi, organizzazzjonijiet ta' bejn fergħat, organizzazzjonijiet ta' operaturi 48

Taqsima I

Prinċipji ġenerali 48

Taqsima II

Regoli dwar organizzazzjonijiet ta' bejn fergħat fis-settur tat-tabakk 49

Taqsima III

Regoli proċedurali 49

PARTI III

KUMMERĊ MA' PAJJIŻI TERZI 50

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali 50

KAPITOLU II

Importazzjonijiet 50

Taqsima I

Liċenzji ta' importazzjoni 50

Taqsima II

Dazji u imposti ta' importazzjoni 51

Taqsima III

Ġestjoni tal-kwota ta' importazzjoni 52

Taqsima IV

Dispożizzjonijiet speċjali għal ċerti prodotti 53

Sub-taqsima I

Dispożizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni fir-rigward tas-setturi taċ-ċereali u r-ross 53

Sub-taqsima II

Arranġamenti preferenzjali ta' importazzjoni għaz-zokkor 54

Sub-taqsima III

Dispożizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni tal-qanneb 55

Sub-taqsima IV

Dispożizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni tal-ħops 55

Taqsima V

Salvagwardja u proċessar attiv 55

KAPITOLU III

Esportazzjonijiet 56

Taqsima I

Liċenzji ta' esportazzjoni 56

Taqsima II

Rifużjonijiet ta' esportazzjoni 56

Taqsima III

Ġestjoni tal-kwota ta' esportazzjoni fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib 59

Taqsima IV

Trattament speċjali għall-importazzjoni għal pajjiżi terzi 59

Taqsima V

Dispożizzjonijiet speċjali għall-pjanti ħajjin 59

Taqsima VI

Proċessar passiv 60

PARTI IV

REGOLI TA' KOMPETIZZJONI 60

KAPITOLU I

Regoli li japplikaw għall-impriżi 60

KAPITOLU II

Regoli ta' għajnuna statali 61

PARTI V

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAL SETTURI INDIVIDWALI 62

PARTI VI

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI 64

PARTI VII

REGOLI IMPLIMENTATTIVI, TRANSITORJI U FINALI 64

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet implimentattivi 64

KAPITOLU II

Dispożizzjonijiet transitorji u finali 65

ANNESS I

LISTA TA' PRODOTTI MSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 1(1) 67

Parti I:

Ċereali 67

Parti II:

Ross 69

Parti III:

Zokkor 69

Parti IV:

Għalf imnixxef 70

Parti V:

Żrieragħ 70

Parti VI:

Ħops 71

Parti VII:

Żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-mejda 71

Parti VIII:

Kittien u qanneb imkabbra għall-fibra 72

Parti IX:

Frott u ħxejjex 72

Parti X:

Prodotti ta' frott u ħxejjex proċessati 73

Parti XI:

Banana 75

Parti XII:

Inbid 75

Parti XIII:

Siġar ħajjin u pjanti oħrajn; basal, għeruq u simili, fjuri maqtugħin u weraq ornamentali 76

Parti XIV:

Tabakk mhux maħdum 76

Parti XV:

Ċanga u vitella 76

Parti XVI:

Ħalib u prodotti tal-ħalib 76

Parti XVII:

Laħam tal-majjal 77

Parti XVIII:

Laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż 78

Parti XIX:

Bajd 78

Parti XX:

Laħam tat-tjur 78

Parti XXI:

Prodotti oħra 79

ANNESS II

LISTA TA' PRODOTTI MSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 1(3) 87

Parti I:

Alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola 87

Parti II:

Prodotti ta' l-apikoltura 87

Parti III:

Dud tal-ħarir 87

ANNESS III

DEFINIZZJONIJIET IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 2(1) 88

Parti I:

Definizzjonijiet dwar is-settur tar-ross 88

Parti II:

Definizzjonijiet dwar is-settur taz-zokkor 89

Parti III:

Definizzjonijiet dwar is-settur tal-ħops 90

Parti IV:

Definizzjonijiet dwar is-settur taċ-ċanga u l-vitella 90

Parti V:

Definizzjonijiet dwar is-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib 91

Parti VI:

Definizzjonijiet dwar is-settur tal-bajd 91

Parti VII:

Definizzjonijiet dwar is-settur tal-laħam tat-tjur 91

Parti VIII:

Definizzjonijiet dwar is-settur ta' l-apikultura 91

ANNESS IV

KWALITÀ STANDARD TAR-ROSS U TAZ-ZOKKOR 93

A.

Kwalità standard għar-ross li jkun għadu fil-ħliefa 93

B.

Kwalitajiet standard għaz-zokkor 93

ANNESS V

SKALI KOMUNITARJI GĦALL-KLASSIFIKAZZJONI TA' KARKASSI MSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 42 95

A.

Skala Komunitarja għall-klassifikazzjoni ta' karkassi ta' annimali bovini adulti 95

B.

Skala Komunitarja għall-klassifikazzjoni ta' karkassi tal-ħnieżer 96

Ċ.

Skala Komunitarja għall-klassifikazzjoni ta' karkassi tan-nagħaġ 97

ANNESS VI

KWOTI NAZZJONALI U REĠJONALI MSEMMIJIN FL-ARTIKOLI 56 U 59 99

ANNESS VII

KWOTI SUPPLEMENTARI GĦALL-ISOGLUWKOSJU MSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 58(2) 99

ANNESS VIII

REGOLI DETTALJATI DWAR TRASFERIMENTI TA' KWOTI TA' ZOKKOR JEW ISOGLUKOSJU SKOND L-ARTIKOLU 60 100

ANNESS IX

KWOTI NAZZJONALI U KWANTITAJIET TAR-RIŻERVA GĦAR-RISTRUTTURAZZJONI MSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 66 102

ANNESS X

KONTENUT TA' XAĦAM TA' REFERENZA MSEMMI FL-ARTIKOLU 70 103

ANNESS XI

 

104

A.

Tqassim tal-kwantità massima garantita fost l-Istati Membri msemmija l-Artikolu 94(1): 104

B.

Tqassim tal-kwantità massima garantita fost l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 89 104

ANNESS XII

DEFINIZZJONIJIET U DESINJAZZJONIJIET FIR-RIGWARD TAL-ĦALIB U PRODOTTI TAL-ĦALIB MSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 114(1) 105

ANNESS XIII

KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAL-ĦALIB GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 114(2) 107

ANNESS XIV

STANDARDS TA' KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦALL-PRODOTTI TAS-SETTURI TAL-BAJD U TJUR MARKETING IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 116 109

A.

Standards ta' kummerċjalizzazzjoni għall-bajd 109

B.

Standards ta' kummerċjalizzazzjoni għal-laħam tat-tjur 110

Ċ.

Standards għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' bajd għat-tifqis u ta' flieles tat-tjur tar-razzett 111

ANNESS XV

STANDARDS LI JAPPLIKAW GĦAL XAĦMIJIET LI JISTGĦU JINFIRXU MSEMMIJI FL-ARTIKOLU 115 112

Appendix għall-Anness XV

 

114

ANNESS XVI

DESKRIZZJONIJIET U DEFINIZZJONIJIET TAŻ-ŻEJT TAŻ-ŻEBBUĠ U ŻJUT MIR-RESIDWI TAŻ-ŻEBBUĠ IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 118 115

ANNESS XVII

DAZJI TA' IMPORTAZZJONI GĦAR-ROSS IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLI 137 U 139 116

ANNESS XVIII

VARJETAJIET TAR-ROSS BASMATI MSEMMI FL-ARTIKOLU 138 117

ANNESS XIX

STATI MSEMMIJIN FL-ARTIKOLI 153(3) U 154(1)(b) U FIL-PUNT 12 TAL-PARTI II TA' L-ANNESS III 118

ANNESS XX

LISTA TA' OĠĠETTI TAS-SETTURI TAĊ-ĊEREALI, IR-ROSS, IZ-ZOKKOR, IL-ĦALIB U L-BAJD GĦALL-FINI TA' L-ARTIKOLU 26(a)(ii) U GĦALL-GĦOTI TA' RIFUŻJONIJIET TA' ESPORTAZZJONI IMSEMMIJIN FIT-TAQSIMA II TAL-KAPITOLU III TAL-PARTI III 119

Parti I:

Ċereali 119

Parti II:

Ross 122

Parti III:

Zokkor 123

Parti IV:

Ħalib 125

Parti V:

Bajd 127

ANNESS XXI

LISTA TA' ĊERTI PRODOTTI LI FIHOM IZ-ZOKKOR GĦALL-FINI TA' L-GĦOTI TA' RIFUŻJONIJIET TA' ESPORTAZZJONI MSEMMIJIN FIT-TAQSIMA II TAL-KAPITOLU III TAL-PARTI III 128

ANNESS XXII

TABELLI TA' KORRELAZZJONI MSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 202 129

PARTI I

DISPOŻIZZJONIJIET INTRODUTTORJI

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq għall-prodotti tas-setturi li ġejjin, kif previst ulterjorament fl-Anness I:

(a)

ċereali, Parti I ta' l-Anness I;

(b)

ross, Parti II ta' l-Anness I;

(ċ)

zokkor, Parti III ta' l-Anness I;

(d)

għalf imnixxef, Parti IV ta' l-Anness I;

(e)

żrieragħ, Parti V ta' l-Anness I;

(f)

ħops, Parti VI ta' l-Anness I;

(ġ)

żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-mejda, Parti VII ta' l-Anness I;

(h)

kittien u qanneb, Parti VIII ta' l-Anness I;

(i)

frott u veġetali, Parti IX ta' l-Anness I;

(j)

frott u ħxejjex ipproċessati, Parti X ta' l-Anness I;

(k)

banana, Parti XI ta' l-Anness I;

(l)

inbid, Parti XII ta' l-Anness I;

(m)

pjanti ħajjin u prodotti tal-florikoltura, Parti XIII ta' l-Anness I (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “is-settur tal-pjanti ħajjin”);

(n)

tabakk mhux maħdum, Parti XIV ta' l-Anness I;

(o)

ċanga u vitella, Parti XV ta' l-Anness I;

(p)

ħalib u prodotti tal-ħalib, Parti XVI ta' l-Anness I;

(q)

laħam tal-majjal, Parti XVII ta' l-Anness I;

(r)

laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż, Parti XVIII ta' l-Anness I;

(s)

bajd, Parti XIX ta' l-Anness I;

(t)

laħam tat-tjur, Parti XX ta' l-Anness I;

(u)

prodotti oħra, Parti XXI ta' l-Anness I.

2.   Fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex, tal-frott u l-ħxejjex proċessati, u ta' l-inbid, għandu japplika biss l-Artikolu 195 ta' dan ir-Regolament.

3.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri speċifiċi għas-setturi li ġejjin kif inhuma elenkati u, skond il-każ, kif definit aktar fl-Anness II:

(a)

alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, Parti I ta' l-Anness II (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “is-settur ta' l-alkoħol etiliku agrikolu”);

(b)

prodotti ta' l-apikoltura, Parti II ta' l-Anness II (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “is-settur ta' l-apikoltura”);

(ċ)

dud tal-ħarir, Parti III ta' l-Anness II;

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, għal ċerti setturi għandhom japplikaw id-definizzjonijiet kif imnizzlin fl-Anness III.

2.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:

(a)

“bidwi” għandha tfisser bidwi kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(b)

“aġenzija li tħallas” għandha tfisser il-korp jew il-korpi assenjati minn Stat Membru skond ir-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

(ċ)

“prezz ta' intervent” għandha tfisser il-prezz li fih prodotti għandhom jinxtraw fil-qafas pubbliku.

Artikolu 3

Snin ta' kummerċjalizzazzjoni

Għandhom jiġu stabbiliti s-snin ta' suq li ġejjin:

(a)

mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru ta' sena partikolari għas-settur tal-banana;

(b)

mill-1 ta' April sal-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara għas-:

(i)

is-settur ta' l-għalf imnixxef,

(ii)

is-settur tad-dud tal-ħarir;

(ċ)

mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara:

(i)

is-settur taċ-ċereali,

(ii)

is-settur taż-żrieragħ,

(iii)

is-settur taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda,

(iv)

is-settur tal-kittien u l-qanneb,

(v)

is-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib;

(d)

mill-1 ta' Settembru sal-31 ta' Awissu tas-sena ta' wara għas-settur tar-ross;

(e)

mill-1 ta' Ottubru sat-30 ta' Settembru tas-sena ta' wara għas-settur taz-zokkor.

Artikolu 4

Setgħat tal-Kummissjoni

Għajr fejn huwa previst mod ieħor f'dan ir-Regolament, meta jiġu konferiti setgħat lill-Kummissjoni, din għandha taġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2).

Artikolu 5

Regoli implimentattivi

Il-Kummissjoni tista' tadotta r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 2.

Il-Kummissjoni tista' temenda d-definizzjonijiet rigward ir-ross stabbiliti fil-Parti I ta' l-Anness III u d-definizzjoni ta' “zokkor AKP/Indjan” stabbilita fil-punt 12 tal-Parti II ta' dak l-Anness.

Il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi wkoll ir-rati ta' konverżjoni għar-ross f'diversi stadji ta' l-ipproċessar, l-ispejjeż ta' l-ipproċessar u l-valur ta' prodotti sekondarji.

PARTI II

SUQ INTERN

TITOLU I

INTERVENT FIS-SUQ

KAPITOLU I

Intervent pubbliku u ħażna privata

Taqsima I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 6

Kamp ta' Applikazzjoni

1.   Dan il-Kapitolu jistabbilixxi r-regoli rigward, fejn applikabbli, xiri taħt intervent pubbliku u l-għoti ta' għajnuniet għal ħażna privata fir-rigward tas-setturi li ġejjin:

(a)

ċereali;

(b)

ross;

(ċ)

zokkor;

(d)

żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-mejda;

(e)

ċanga u vitella;

(f)

ħalib u prodotti tal-ħalib;

(g)

laħam tal-majjal;

(h)

laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż;

2.   Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu:

(a)

“ċereali” għandha tfisser ċereali maħsudin fil-Komunità,

(b)

“ħalib” għandha tfisser ħalib tal-baqra li jiġi prodott fil-Komunità,

(ċ)

“ħalib xkumat” għandha tfisser ħalib xkumat li jinkiseb direttament u esklussivament mill-ħalib tal-baqra li jkun prodott fil-Komunità,

(d)

“krema” għandha tfisser krema li tinkiseb direttament u esklussivament mill-ħalib.

Artikolu 7

Oriġini Komunitarja

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(2) il-prodotti li joriġinaw fil-Komunità biss għandhom ikunu eliġibbli għal xiri taħt intervent pubbliku jew għall-għoti ta' għajnuna għall-ħażna privata tagħhom.

Artikolu 8

Prezzijiet ta' referenza

1.   Għal prodotti suġġetti għall-miżuri ta' intervent imsemmijin fl-Artikolu 6(1) għandhom jiġu ffissati l-prezzijiet ta' referenza li ġejjin:

(a)

fir-rigward tas-settur taċ-ċereali:

EUR 101,31 it-tunnellata, jiżdied kull xahar kif ġej:

Novembru: b'EUR 0,46 it-tunnellata,

Diċembru: b'EUR 0,92 it-tunnellata,

Jannar: b'EUR 1,38 it-tunnellata,

Frar: b'EUR 1,84 it-tunnellata,

Marzu: b'EUR 2,30 it-tunnellata,

April: b'EUR 2,76 it-tunnellata,

Mejju: b'EUR 3,22 it-tunnellata,

Ġunju: b'EUR 3,22 it-tunnellata.

Il-prezz ta' referenza validu għas-sorgu tal-qamħirrun u l-qamħ f'Ġunju għandu jibqa' validu f'Lulju, Awissu u Settembru ta' l-istess sena;

(b)

fir-rigward tar-ross fil-ħliefa, EUR 150 it-tunnellata għal kwalità standard kif definita fil-punt A ta' l-Anness IV.

(ċ)

fir-rigward taz-zokkor:

(i)

għaz-zokkor abjad:

EUR 541,5 it-tunnellata għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2008/2009,

EUR 404,4 it-tunnellata mis-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2009/2010;

(ii)

għaz-zokkor mhux raffinat:

EUR 448,8 it-tunnellata għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2008/2009,

EUR 335,2 it-tunnellata mis-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2009/2010.

Il-prezzijiet ta' referenza stabbiliti fil-punti (i) u (ii) għandhom japplikaw għaz-zokkor mhux ippakkjat, ex fabbrika ta' kwalità standard kif definit fil-punt B ta' l-Anness IV;

(d)

fir-rigward tas-settur taċ-ċanga u l-vitella, EUR 2 224 it-tunnellata għal karkassi ta' annimali maskili bovini ta' grad R3 kif stabbilit fl-iskala Komunitarja għall-klassifikazzjoni ta' karkassi ta' annimali bovini adulti previsti fl-Artikolu 42(1)(a);

(e)

fir-rigward tas-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib:

(i)

EUR 246,39 il-100 kg għall-butir;

(ii)

EUR 174,69 il-100 kg għat-trab tal-ħalib xkumat;

(f)

fir-rigward tas-settur tal-laħam tal-majjal, EUR 1 509,39 it-tunnellata għal karkassi ta' ħnieżer ta' kwalità standard definiti f'termini ta' piż u kontenut ta' laħam dgħif skond l-iskala Komunitarja għall-klassifikazzjoni ta' karkassi tal-ħnieżer, prevista fl-Artikolu 42(1)(b) kif ġej:

(i)

karkassi li jiżnu minn 60 sa mhux aktar minn 120 kg: grad E kif stabbilit fil-punt B I ta' l-Anness V;

(ii)

karkassi li jiżnu minn 120 sa mhux aktar minn 180 kg: grad R kif stabbilit fil-punt B I ta' l-Anness V.

2.   Il-prezzijiet ta' referenza għaċ-ċereali u r-ross stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 rispettivament, għandhom jirrelataw għall-istadju ta' bejgħ bl-imnut għal merkanzija kunsinjata għal maħżen, qabel tinħatt.Il-prezzijiet ta' referenza għandhom ikunu validi għaċ-ċentri kollha ta' intervent tal-Komunità magħżulin skond l-Artikolu 41.

3.   Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 37(2) tat-Trattat, jista' jibdel il-prezzijiet ta' referenza ffissati fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fid-dawl ta' żviluppi fil-produzzjoni u s-swieq.

Artikolu 9

Rapportar ta' prezzijiet fis-suq taz-zokkor

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sistema ta' informazzjoni dwar il-prezzijiet fis-suq taz-zokkor, inkluż sistema għall-publikazzjoni ta' livelli ta' prezzijiet għas-suq taz-zokkor.

Is-sistema għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni ppreżentata minn impriżi li jipproduċu zokkor abjad jew minn operaturi oħra involuti fil-kummerċ taz-zokkor. Din l-informazzjoni għandha tiġi ttrattata b'mod kunfidenzjali.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni ppubblikata ma tippermettix l-identifikazzjoni tal-prezzijiet ta' impriżi jew operaturi individwali.

Taqsima II

Intervent pubbliku

Subtaqsima I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 10

Prodotti eliġibbli għal intervent pubbliku

1.   L-intervent pubbliku għandu jkun applikabbli fir-rigward tal-prodotti li ġejjin suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'din it-Taqsima u rekwiżiti u kondizzjonijiet ulterjuri li għandhom jiġu determinati mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 43:

(a)

qamħ komuni, qamħ durum, xgħir, qamħirrun u sorgu;

(b)

ross li jkun għadu bil-ħliefa;

(ċ)

kwalunkwe zokkor abjad jew mhux raffinat sakemm iz-zokkor konċernat ikun ġie prodott taħt kwota u manifatturat minn pitravi jew kannamieli maħsudin fil-Komunità;

(d)

laħam frisk jew imkessaħ tas-settur taċ-ċanga u l-vitella li jaqa' fl-ambitu tal-Kodiċi NM 0201 10 00 u 0201 20 20 sa 0201 20 50 tan-NM;

(e)

butir prodott direttament u esklussivament minn krema pasturizzata f'impriża approvata tal-Komunità ta' kontenut ta' xaħam tal-butir minimu, skond il-piż, ta' 82 % u kontenut ta' ilma massimu, skond il-piż, ta' 16 %;

(f)

trab tal-ħalib xkumat ta' l-ogħla kwalità magħmul mill-proċess ta' spray u li nkiseb f'impriża approvata tal-Komunità, direttament u esklussivament minn ħalib xkumat, b'kontenut minimu fi proteini ta' 35,6 % skond il-piż ta' l-estratt niexef mhux xaħmi.

2.   Jista' jiġi applikat intervent pubbliku fis-settur tal-laħam tal-majjal, suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'din it-Taqsima u rekwiżiti u kondizzjonijiet ulterjuri li għandhom jiġu determinati mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 40, fir-rigward ta' karkassi jew nofs karkassi, friski jew imkessħa, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0203 11 10, żquq (streaky), friski jew imkessħa, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 0203 19 15, u xaħam tal-laħam tal-majjal, frisk jew imkessaħ, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 0209 00 11.

Subtaqsima II

Ftuħ u Suspensjoni ta' Xiri

Artikolu 11

Ċereali

1.   Għaċ-ċereali l-intervent pubbliku għandu jkun miftuħ:

(a)

mill-1 ta' Awissu sat-30 ta' April fil-każ tal-Greċja, Spanja, l-Italja u l-Portugal;

(b)

mill-1 ta' Diċembru sat-30 ta' Ġunju fil-każ ta' l-Isvezja;

(ċ)

mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Mejju fil-każ ta' l-Istati Membri l-oħra.

Madankollu, ix-xiri f'intervent pubbliku ta' qamħirrun għandu jitwettaq biss fil-limiti li ġejjin:

(a)

700 000 tunnellata għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2008/2009

(b)

0 tunnellata mis-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2009/2010

2.   Fil-każ li l-perijodu ta' intervent fl-Isvezja jwassal għad-devjazzjoni ta' tali ċereali minn Stati Membri oħra f'intervent fl-Isvezja, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri sabiex tirrettifika l-pożizzjoni.

Artikolu 12

Ross

Għar-ross li jkun għadu fil-ħliefa l-intervent pubbliku għandu jkun miftuħ matul il-perijodu mill-1 ta' April sal-31 ta' Lulju. Madankollu, ix-xiri f'intervent pubbliku għandu jsir biss fil-limiti ta' 75 000 tunnellata f'kull perijodu.

Artikolu 13

Zokkor

1.   Għaz-zokkor l-intervent pubbliku għandu jkun miftuħ matul is-snin ta' kummerċjalizzazzjoni 2008/2009 u 2009/2010. Madankollu, l-intervent pubbliku għandu jsir biss fil-limiti ta' 600 000 tunnellata, espressi f'zokkor abjad, kull sena ta' kummerċjalizzazzjoni.

2.   Zokkor maħżun skond il-paragrafu 1 matul sena ta' kummerċjalizzazzjoni ma jista' jkun suġġett għall-ebda miżura oħra ta' ħażna prevista fl-Artikoli 32, 52 jew 63.

Artikolu 14

Ċanga u vitella

1.   Il-Kummissjoni, mingħajr l-assistenza tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 195(1), għandha tiftaħ intervent pubbliku għaċ-ċanga u l-vitella jekk, għal perijodu ta' ġimgħatejn konsekuttivi, il-prezz medju tas-suq fi Stat Membru jew f'reġjun ta' Stat Membru reġistrat abbażi ta' l-iskala Komunitarja għall-klassifikazzjoni ta' karkassi kif previst fl-Artikolu 42(1) ikun inqas minn EUR 1 560 it-tunnellata.

2.   Il-Kummissjoni, mingħajr l-assistenza tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 195(1), għandha tagħlaq l-intervent pubbliku jekk, għal perjodu ta' mhux inqas minn ġimgħa, il-kondizzjoni prevista fil-paragrafu 1 ma tibqax tiġi sodisfatta.

Artikolu 15

Butir

1.   Il-Kummissjoni, mingħajr l-assistenza tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 195(1), għandha tiftaħ intervent pubbliku għall-butir fl-Istati Membru jew l-Istati Membri kkonċernati matul il-perijodu mill-1 ta' Marzu sal-31 ta' Awissu jekk, fuq perijodu rappreżentattiv, preżżijiet tas-suq għall-butir fi Stat Membru wieħed jew aktar, huma anqas minn 92 % tal-prezz ta' referenza.

2.   Kif il-prezzijiet tas-suq tal-butir fl-Istat Membru jew fl-Istati Membri konċernati, matul perijodu rappreżentattiv, ikunu 92 % jew iżjed tal-prezz ta' referenza, il-Kummissjoni għandha, mingħajr l-assistenza tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 195(1), tissospendi x-xiri b'intervent pubbliku.

Barra minn hekk, fejn il-kwantitajiet offruti għall-intervent matul il-perijodu stabbilit fil-paragrafu 1 jeċċedu t-30 000 tunnellata, il-Kummissjoni tista' tissospendi x-xiri b'intervent pubbliku. F'dak il-każ, ix-xiri jista' jsir abbażi ta' proċedura ta' offerti skond speċifikazzjonjiiet li għandhom jiġu determinati mill-Kummissjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-istabbiliment tal-prezzijiet tas-suq għall-butir.

Artikolu 16

Trab tal-ħalib xkumat

Għat-trab tal-ħalib xkumat l-intervent pubbliku għandu jkun miftuħ matul il-perijodu mill-1 ta' Marzu sal-31 ta' Awissu.

Madankollu, il-Kummissjoni tista' tissospendi l-intervent pubbliku hekk kif il-kwantitajiet offruti għal intervent f'dak il-perijodu jaqbżu 109 000 tunnellata. F'dak il-każ ix-xiri jista' jsir abbażi ta' proċedura ta' offerti skond speċifikazzjonjiiet li għandhom jiġu determinati mill-Kummissjoni.

Artikolu 17

Laħam tal-majjal

Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tippermetti l-intervent pubbliku fis-settur tal-laħam tal-majjal meta l-prezz medju tas-suq Komunitarju għall-karkassi tal-majjal kif stabbilit b'referenza għall-prezzijiet reġistrati f'kull Stat Membru fuq is-swieq rappreżentattivi tal-Komunità u ppeżati permezz ta' koeffiċjenzi li jirriflettu d-daqs relattiv tal-merħla tal-majjali f'kull Stat Membru, ikun, u x'aktarx jibqa', inqas minn 103 % tal-prezz ta' referenza.

Subtaqsima III

Prezz ta' Intervent

Artikolu 18

Ċereali

Il-prezz ta' intervent għaċ-ċereali għandu jkun daqs il-prezz ta' referenza mingħajr preġudizzju għal żidiet jew tnaqqis għal raġunijiet ta' kwalità.

Artikolu 19

Ross

Il-prezz ta' interventi għar-ross għandu jkun daqs il-prezz ta' referenza.

Madankollu, jekk il-kwalità tal-prodotti offruti lill-aġenzija li tħallas tkun differenti mill-kwalità standard, definit fil-punt A ta' l-Anness IV, il-prezz ta' intervent għandu jiġi miżjud jew imnaqqas skond il-każ.

Barra minn hekk, iż-żidiet u t-tnaqqis tal-prezz ta' l-intervent jistgħu jiġu ffissati mill-Kummissjoni sabiex jiġi żgurat li l-produzzjoni tkun orjentata lejn ċerti varjetajiet.

Artikolu 20

Zokkor

Il-prezz ta' l-interventi għaz-zokkor [...] għandu jkun 80 % tal-prezz ta' referenza ffissat għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni wara s-sena ta' kummerċjalizzazzjoni li matulha tkun ġiet ippreżentata l-offerta

Madankollu, jekk il-kwalità taz-zokkor offrut lill-aġenzija li tħallas tkun differenti mill-kwalità standard definita fil-punt B ta' l-Anness IV li għaliha jkun stabbilit il-prezz ta' referenza, il-prezz ta' intervent għandu jiżdied jew jitnaqqas kif meħtieġ.

Artikolu 21

Ċanga u vitella

1.   Il-prezzijiet ta' intervent għaċ-ċanga u l-vitella [...] u l-kwantitajiet aċċettati għall-intervent għandhom ikunu determinati mill-Kummissjoni permezz ta' proċeduri ta' offerti. F'ċirkostanzi speċjali, dawn jistgħu jiġu ffissati għal kull Stat Membru jew għal kull reġjun ta' Stat Membru abbażi ta' prezzijiet medji tas-suq reġistrati.

2.   Jistgħu jiġu aċċettati biss offerti li jkunu daqs jew inqas mill-prezz medju tas-suq reġistrat fi Stat Membru jew reġjun ta' Stat Membru u miżjud b'ammont li għandu jiġi determinat mill-Kummissjoni abbażi ta' kriterji oġġettivi.

Artikolu 22

Butir

Mingħajr preġudizzju għall-iffissar tal-prezz ta' intervent permezz ta' proċedura ta' offerti fil-każ imsemmi fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 15(2), il-prezz ta' intervent għall-butir [...] għandu jkun 90 % tal-prezz ta' referenza.

Artikolu 23

Trab tal-ħalib xkumat

Mingħajr preġudizzju għall-iffissar tal-prezz ta' intervent permezz ta' proċedura ta' offerti fil-każ imsemmi fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 16, il-prezz ta' intervent għat-trab tal-ħalib xkumat għandu jkun daqs il-prezz ta' referenza.

Madankollu, jekk il-kontenut reali fi proteini jkun inqas mill-kontenut minimu fi proteini ta' 35,6 % fil-piż iffissat fil-punt (f) ta' l-Artikolu 10 iżda mhux inqas minn 31,4 % fil-piż ta' l-estratt niexef mhux imxaħħam, il-prezz ta' intervent għandu jkun daqs il-prezz ta' referenza bi tnaqqis ta' 1,75 % għal kull punt perċentwali li bih il-kontenut fi proteini jkun inqas minn 35,6 % fil-piż.

Artikolu 24

Laħam tal-majjal

1.   Il-prezz ta' intervent fis-settur tal-laħam tal-majjal għandu jiġi ffissat mill-Kummissjoni għall-karkassi tal-majjal ta' kwalità standard. Il-prezz ta' intervent ma jistax ikun aktar minn 92 % jew inqas minn 78 % tal-prezz ta' referenza.

2.   Għal prodotti ta' kwalità standard li mhumiex karkassi tal-majjal, il-prezzijiet ta' intervent għandhom jittieħdu mill-prezz ta' intervent għall-karkassi tal-majjal abbażi tal-proporzjon eżistenti bejn il-valur kummerċjali ta' dawn il-prodotti għall-valur kummerċjali tal-karkassi tal-majjal.

3.   Għal prodotti li mhumiex ta' kwalità standard, il-prezz ta' intervent għandu jittieħed minn dawk fis-seħħ għall-kwalitajiet ta' standard relevanti, b'referenza għal differenzi fil-kwalità meta mqabbla mal-kwalità standard. Dan il-prezz għandu japplika għal kwalitajiet definiti.

Subtaqsima IV

Disponiment Minn Intervent

Artikolu 25

Prinċipji ġenerali

Id-disponiment ta' prodotti akkwistati b'intervent pubbliku għandu jsir b'tali mod li tiġi evitata kwalunkwe disturbanza tas-suq, sabiex jiġi żgurat aċċess ugwali għall-merkanzija u trattament ugwali tax-xerrejja, u f'konformità ma' l-impenni li jirriżultaw minn ftehim konklużi skond l-Artikolu 300 tat-Trattat.

Artikolu 26

Disponiment taz-zokkor

Fir-rigward ta' zokkor mixtri taħt intervent pubbliku, l-aġenziji li jħallsu jistgħu jbigħu z-zokkor biss bi prezz li jkun ogħla mill-prezz ta' referenza ffissat għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni li fiha jsir il-bejgħ.

Madankollu, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li aġenżiji li jħallsu:

(a)

jistgħu jbigħu z-zokkor bi prezz daqs jew inqas mill-prezz ta' referenza msemmi fl-ewwel paragrafu jekk iz-zokkor ikun maħsub:

(i)

biex jintuża bħala għalf għall-annimali, jew

(ii)

biex jiġi esportat, jew mingħajr proċessar ulterjuri jew wara proċessar fi prodotti elenkati fl-Anness I għat-Trattat jew f'merkanzija elenkata fil-Parti III ta' l-Anness XVII għal dan ir-Regolament.

(b)

għandhom jagħmlu z-zokkor mhux ipproċessat miżmum minnhom disponibbli, għal konsum tal-bniedem fuq is-suq intern tal-Komunità, lil organizzazzjonijiet ta' karità – rikonoxxuti mill-Istat Membru konċernat jew mill-Kummissjoni f'każijiet fejn Stat Membru ma jkun irrikonoxxa l-ebda tali organizzazzjoni – bi prezz li jkun aktar baxx mill-prezz ta' referenza attwali jew mingħajr ħlas għad-distribuzzjoni bħala parti ta' operazzjonijiet individwali ta' għajnuna ta' emerġenza.

Artikolu 27

Distribuzzjoni għall-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità

1.   Il-prodotti li qegħdin f'ħażniet ta' intervent għandhom isiru disponibbli għal ċerti organizzazzjonijiet magħżulin sabiex l-ikel ikun jista' jitqassam lill-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità skond pjan annwali.

Id-distribuzzjoni għandha tkun:

(a)

bla ħlas, jew

(b)

bi prezz li fl-ebda każ ma jkun ogħla minn dak iġġustifikat mill-ispejjeż imġarrba mill-organizzazzjonijiet magħżula fl-implimentazzjoni ta' l-azzjoni.

2.   Prodott jista' jiġi mmobilizzat fuq is-suq Komunitarju fejn:

(a)

temporanjament dan ma jkunx disponibbli f'ħażniet ta' intervent Komunitarji waqt l-implimentazzjoni tal-pjan annwali msemmi fil-paragrafu 1, safejn ikun meħtieġ sabiex tkun possibbli l-implimentazzjoni tal-pjan fi Stat Membru wieħed jew aktar, u sakemm l-ispejjeż jibqgħu fil-limiti ta' l-ispejjeż previsti fil-baġit Komunitarju għal dak il-fini, jew

(b)

l-implimentazzjoni tal-pjan tkun tinvolvi t-trasferiment bejn l-Istati Membri ta' kwantitajiet żgħar ta' prodotti f'intervent fi Stat Membru minbarra dak jew dawk fejn il-prodott ikun meħtieġ.

3.   L-Istati Membri konċernati għandhom jagħżlu l-organizzazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni fi żmien debitu kull sena jekk ikunu jixtiequ japplikaw din l-iskema.

4.   Il-prodotti msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jingħataw mingħajr ħlas lill-organizzazzjonijiet magħżula. Il-valur għall-kontijiet ta' tali prodotti għandu jkun il-prezz ta' intervent, aġġustat b'koeffiċjenzi fejn meħtieġ sabiex jittieħed kont ta' differenzi ta' kwalità.

5.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 190, il-prodotti magħmula disponibbli taħt il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu ffinanzjati minn approprjazzjonijiet fl-intestatura relevanti tal-baġit fil-FAEG tal-baġit tal-Komunitajiet Ewropej. Jista' jsir ukoll provvediment sabiex dan il-finanzjament sabiex tikkontribwixxi għall-ispejjeż ta' transport tal-prodotti minn ċentri ta' intervent u għall-ispejjeż amministrattivi għall-organizzazzjonijiet magħżulin ġġenerati mill-implimentazzjoni ta' l-iskema stipulata f'dan l-Artikolu, bl-esklużjoni ta' kwalunkwe spiża li tista' tiġġarrab mill-benefiċjarji fil-qafas ta' l-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2.

Taqsima III

Ħażna privata

Subtaqsima I

Għajnuna Mandatorja

Artikolu 28

Prodotti eliġibbli

L-għajnuna għal ħażna privata għandha tingħata għall-prodotti li ġejjin suġġett għall-kondizzjonijiet stipulati f'din it-Taqsima u rekwiżiti u kondizzjonijiet ulterjuri li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 40:

(a)

fir-rigward ta':

(i)

krema,

(ii)

butir mingħajr melħ prodott minn krema jew ħalib f'impriża approvata tal-Komunità b'kontenut minimu ta' xaħam tal-butir, skond il-piż, ta' 82 % u kontenut massimu ta' ilma, skond il-piż, ta' 16 %,

(iii)

butir bil-melħ prodott minn krema jew ħalib f'impriża approvata tal-Komunità b'kontenut minimu ta' xaħam tal-butir, skond il-piż ta' 80 %, kontenut massimu ta' ilma, skond il-piż, ta' 16 % u kontenut massimu ta' melħ, skond il-piż, ta' 2 %;

(b)

fir-rigward tal-ġobon:

(i)

il-ġobon Grana Padano mhux inqas minn disa' xhur,

(ii)

il-ġobon Parmigiano Reggiano mhux inqas minn 15-il xahar,

(iii)

il-ġobon Provolone mhux inqas minn tliet xhur.

Artikolu 29

Kondizzjonijiet u livell ta' għajnuna għall-krema u l-butir

Il-Kummissjoni għandha tiddetermina liema gradi ta' kwalità nazzjonali għall-butir jikkwalifikaw għal għajnuna. Il-butir għandu jiġi mmarkat kif meħtieġ.

L-ammont ta' għajnuna għall-krema u l-butir għandu jiġi ffissat mill-Kummissjoni fid-dawl ta' l-ispejjeż tal-ħażna u x-xejra mistennija fil-prezzijiet għall-butir frisk u l-butir mill-ħażniet.

Fejn, fiż-żmien tat-tneħħija mill-ħażna, tkun seħħet bidla negattiva fuq is-suq mhux prevista fiż-żmien tad-dħul fil-ħażna, l-għajnuna tista' tinżdied.

Artikolu 30

Kondizzjonijiet u livell ta' għajnuna għall-ġobon

Il-kondizzjonijiet għal, u l-ammont ta', għajnuna li għandha titħallas għall-ġobon għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni. L-ammont ta' għajnuna għandu jiġi ffissat b'kont meħud ta' l-ispejjeż ta' ħażna u x-xejra mistennija tal-prezz tas-suq.

L-aġenzija li tħallas magħżula mill-Istat Membru li fih il-ġobniet konċernati jkunu prodotti u li fih dawk il-ġobniet jikkwalifikaw sabiex iġorru d-denominazzjoni ta' l-oriġini għandha timplimenta l-miżuri meħudin mill-Kummissjoni skond l-ewwel paragrafu.

Subtaqsima II

Għajnuna Fakultattiva

Artikolu 31

Prodotti eliġibbli

1.   L-għajnuna għal ħażna privata tista' tingħata għall-prodotti li ġejjin suġġett għall-kondizzjonijiet stipulati f'din it-Taqsima u rekwiżiti u kondizzjonijiet ulterjuri li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 43:

(a)

zokkor abjad;

(b)

żejt taż-żebbuġa;

(ċ)

laħam frisk jew imkessaħ ta' annimali bovini adulti ppreżentat fil-forma ta' karkassi, nofs karkassi, kwartijiet kumpensati, kwartijiet ta' quddiem jew kwartijiet ta' wara, klassifikati skond l-iskala Komunitarja għall-klassifikazzjoni ta' karkassi ta' annimali bovini adulti kif previst fl-Artikolu 42(1);

(d)

trab tal-ħalib xkumat ta' l-ogħla kwalità, miksub f'impriża approvata tal-Komunità direttament u esklussivament minn ħalib xkumat;

(e)

ġobniet li jżommu fit-tul u ġobniet li huma manifatturati mill-ħalib tan-nagħaġ u/jew tal-mogħoż u li jeħtieġu mhux inqas minn sitt xhur ta' maturità;

(f)

laħam tal-majjal;

(g)

laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż.

Il-Kummissjoni tista' temenda l-lista ta' prodotti stabbilita fil-punt (ċ) ta' l-ewwel subparagrafu jekk is-sitwazzjoni tas-suq tkun teħtieġ hekk

2.   Il-Kummisjoni għandha tiffissa l-għajnuna għal ħażna privata prevista fil-paragrafu 1 bil-quddiem jew permezz ta' proċeduri ta' offerti.

Rigward il-prodotti stabbiliti fil-punti (d) u (e) tal-paragrafu 1, l-għajnuna għandha tkun stabbilita fid-dawl ta' l-ispejjeż ta' ħażna u, rispettivament:

(i)

ix-xejra probabbli fi prezzijiet għat-trab tal-ħalib xkumat;

(ii)

il-bilanċ li għandu jinżamm bejn ġobniet li għalihom tingħata għajnuna u ġobniet oħra li jidħlu fis-suq.

Artikolu 32

Kondizzjonijiet ta' għotja għaz-zokkor abjad

1.   Jekk il-prezz Komunitarju medju rreġistrat għaz-zokkor abjad ikun inqas mill-prezz ta' referenza, matul perijodu rappreżentattiv, u x'aktarx jibqa' f'dak il-livell, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, filwaqt li tieħu kont tas-sitwazzjoni tas-suq, li tagħti għajnuna għal ħażna privata ta' zokkor abjad lil impriżi li huma allokati kwota taz-zokkor.

2.   Zokkor maħżun skond il-paragrafu 1 matul sena ta' kummerċjalizzazzjoni ma jista' jkun suġġett għall-ebda miżura oħra ta' ħażna prevista fl-Artikoli 13, 52 jew 63.

Artikolu 33

Kondizzjonijiet għal għotja għaż-żejt taż-żebbuġa

Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tawtorizza korpi li joffru garanziji suffiċjenti, u approvati mill-Istati Membri, sabiex jikkonkludu kuntratti għall-ħażna ta' żejt taż-żebbuġa li huma jikkummerċjalizzaw fil-każ ta' disturbanza serja fis-suq f'ċerti reġjuni tal-Komunità, inter alia meta l-prezz medju reġistrat fuq is-suq matul perijodu rappreżentattiv ikun inqas minn:

(a)

EUR 1 779 it-tunnellata għal żejt taż-żebbuġa ekstra-verġni, jew

(b)

EUR 1 710 it-tunnellata għaż-żejt taż-żebbuġa extra-verġni, jew

(ċ)

EUR 1 524 it-tunnellata għaż-żejt taż-żebbuġa lampante li jkollu 2 gradi ta' aċidità ħielsa, liema ammont jitnaqqas b'EUR 36,70 it-tunnellata għal kull grad ta' aċidità addizzjonali.

Artikolu 34

Kondizzjonijiet ta' għotja għall-prodotti tas-settur taċ-ċanga u l-vitella

Meta l-prezz ta' suq Komunitarju medju rreġistrat abbażi ta' l-iskala Komunitarja għall-klassifikazzjoni ta' karkassi ta' annimali bovini adulti kif previst fl-Artikolu 42(1) ikun, u x'aktarx jibqa', inqas minn 103 % tal-prezz ta' referenza, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tagħti għajnuna għal ħażna privata.

Artikolu 35

Kondizzjonijiet ta' għotja għat-trab tal-ħalib xkumat

Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tagħti għajnuna għal ħażna privata għal trab ta' ħalib xkumat b'mod partikolari jekk ix-xejriet fil-prezzijiet u l-ħażniet tal-prodotti jindikaw żbilanċ serju fis-suq li jkun jista' jiġi evitat jew imnaqqas permezz ta' ħażna staġonali.

Artikolu 36

Kondizzjonijiet ta' għotja għall-ġobon

1.   Jekk l-iżviluppi tal-prezz u s-sitwazzjoni tal-ħażna għall-prodotti tal-ġobon imsemmijin fil-punt (e) ta' l-Artikolu 31(1) jindikaw żbilanċ serju tas-suq li jista' jiġi eliminat jew imnaqqas b'ħażna staġonali, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tagħti għajnuna għall-ħażna privata.

2.   Jekk fiż-żmien li jiskadi l-kuntratt ta' ħażna, il-livell ta' prezzijiet tas-suq għall-ġobniet fil-ħażna jkun ogħla minn dak prevalenti meta jkun ġie ffirmat il-kuntratt, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li taġġusta l-ammont ta' għajnuna kif meħtieġ.

Artikolu 37

Kondizzjonijiet ta' għotja għal-laħam tal-majjal

Meta l-prezz medju tas-suq Komunitarju għall-karkassi tal-majjal kif stabbilit b'referenza għall-prezzijiet reġistrati f'kull Stat Membru fuq is-swieq rappreżentattivi tal-Komunità u ppeżati permezz ta' koeffiċjenzi li jirriflettu d-daqs relattiv tal-merħla tal-majjali f'kull Stat Membru, ikun, u x'aktarx jibqa', inqas minn 103 % tal-prezz ta' referenza, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tagħti għajnuna għal ħażna privata.

Artikolu 38

Kondizzjonijiet ta' għotja għal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż

Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tagħti għajnuna għal ħażna privata meta jkun hemm sitwazzjoni ta' suq partikolarment diffiċli għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż f'waħda jew aktar taż-żoni ta' kwotazzjoni li ġejjin:

(a)

Gran Brittanja;

(b)

Irlanda ta' Fuq;

(ċ)

kwalunkwe Stat Membru divers mir-Renju Unit, meħud separatament.

Taqsima IV

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 39

Regoli dwar ħażna

1.   L-aġenziji li jħallsu ma jistgħux jaħżnu, barra t-territorju ta' l-Istat Membru li huma jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu, prodotti li jkunu xtraw sakemm ma jkunux kisbu awtorizzazzjoni minn qabel mill-Kummissjoni.

It-territorji tal-Belġju u l-Lussemburgu għandhom jiġu kkunsidrati bħala Stat Membru wieħed għall-finijiet ta' dan l-Artikolu.

2.   L-awtorizzazzjoni għandha tingħata jekk il-ħażna tkun essenzjali u b'kont meħud tal-fatturi li ġejjin:

(a)

il-possibbiltajiet ta' ħażna u l-ħtiġijiet ta' ħażna fl-Istat Membru li l-aġenzija li tħallas taqa' taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu u fi Stati Membri oħra;

(b)

kwalunkwe spiża addizzjonali li tirriżulta minn ħażna fl-Istat Membru li l-aġenzija li tħallas taqa' taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu u mit-transportazzjoni.

3.   L-awtorizzazzjoni għal ħażna f'pajjiż terz għandha tingħata biss jekk, abbażi tal-kriterji stipulati fil-paragrafu 2, il-ħażna fi Stat Membru ieħor toħloq diffikultajiet sinifikanti.

4.   L-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2 għandha titfassal wara li jiġu kkonsultati l-Istati Membri kollha.

5.   Kwalunkwe dazju doganali u kwalunkwe ammont ieħor li għandu jingħata jew jiġi impost taħt il-politika agrikola komuni m'għandhomx japplikaw għal prodotti:

(a)

transportati wara awtorizzazzjoni mogħtija taħt il-paragrafi 1, 2 u 3, jew

(b)

trasferiti minn aġenzija li tħallas għal oħra.

6.   Kwalunkwe aġenzija li tħallas li taġixxi skond il-paragrafi 1, 2 u 3 għandha tibqa' responsabbli għall-prodotti maħżuna barra t-territorju ta' l-Istat Membru li għandu ġurisdizzjoni fuqha.

7.   Jekk il-prodotti miżmumin minn aġenzija li tħallas barra t-territorju ta' l-Istat Membru li hija taqa' taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu, ma jinġibux lura f'dak l-Istat Membru, dawn għandhom jiġu disposti bil-prezzijiet u suġġetti għall-kondizzjonijiet stabbiliti jew li għandhom jiġu stabbiliti għall-post ta' ħażna.

Artikolu 40

Regoli għal proċeduri ta' appalt

Il-proċeduri ta' appalt għandhom jiżguraw aċċess ugwali għall-persuni kollha konċernati.

Fl-għażla ta' l-offerti għandha tingħata preferenza lil dawk li huma l-aktar favorabbli għall-Komunità. Fi kwalunkwe każ, l-għotja ta' kuntratt mhux neċessarjament tissuċċiedi.

Artikolu 41

Ċentri ta' intervent

1.   Il-Kummissjoni għandha tagħżel iċ-ċentri ta' intervent fis-settur taċ-ċereali u tar-ross u tiddetermina l-kondizzjonijiet li japplikaw għalihom.

Fir-rigward ta' prodotti tas-settur taċ-ċereali, il-Kummissjoni tista' tagħżel ċentri ta' intervent għal kull ċereali.

2.   Meta tfassal il-lista ta' ċentri ta' intervent il-Kummissjoni għandha b'mod partikolari tieħu kont tal-fatturi li ġejjin:

(a)

is-sitwazzjoni taċ-ċentri f'żoni ta' ammonti żejda fir-rigward tal-prodotti konċernati;

(b)

id-disponibbiltà ta' proprjetà u tagħmir tekniku suffiċjenti;

(ċ)

sitwazzjoni favorabbli fir-rigward ta' mezzi ta' transport.

Artikolu 42

Klassifikazzjoni ta' karkassi

1.   Għandhom japplikaw skali Komunitarji għall-klassifikazzjoni ta' karkassi skond ir-regoli stabbiliti fl-Anness V fis-setturi li ġejjin:

(a)

ċanga u vitella fir-rigward ta' karkassi ta' annimali bovini adulti;

(b)

laħam tal-majjal fir-rigward ta' karkassi ta' ħnieżer minbarra dawk li jkunu intużaw għat-tnissil;

Fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż l-Istati Mrmbru jistgħu japplikaw skala Komunitarja għall-klassifikazzjoni ta' karkassi fir-rigward ta' karkassi tan-nagħaġ skond ir-regoli stabbiliti fil-punt Ċ ta' l-Anness V.

2.   Spezzjonijiet fuq il-post fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta' karkassi ta' annimali bovini adulti u nagħaġ għandhom jitwettqu f'isem il-Komunità minn kumitat ta' spezzjoni Komunitarju magħmul minn esperti mill-Kummissjoni u esperti maħtura mill-Istati Membri. Dan il-Kumitat għandu jirrapporta lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar l-ispezzjonijiet li jkunu twettqu.

Il-Komunità għandha tħallas l-ispejjeż li jirriżultaw mill-ispezzjonijiet imwettqa.

Artikolu 43

Regoli implimentattivi

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe setgħa speċifika konferita fuq il-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu, il-Kummissjoni għandha tadotta r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tiegħu, li jistgħu jkunu relatati b'mod partikolari ma':

(a)

ir-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti, u, fil-każ tal-laħam tal-majjal, u il-lista tal-prodotti li għandhom jinxtraw taħt intervent pubbliku kif imsemmi fl-Artikolu 10 jew li tingħatalhom għajnuna għal ħażna privata kif imsemmi fl-Artikoli 28 u 31, b'mod partikolari fir-rigward tal-kwalità, il-gruppi ta' kwalità, il-livelli ta' kwalità, il-kategoriji, il-kwantitajiet, l-ippakkjar inklużi l-ittekkettjar, l-etajiet massimi, il-preservazzjoni, l-istadju tal-prodotti li għalih il-prezz ta' intervent ikun relatat, u t-tul tal-perijodu tal-ħażna privata;

(b)

emendi għall-Parti B ta' l-Anness IV;

(ċ)

fejn applikabbli, l-iskala ta' żidiet u tnaqqis fil-prezz applikabbli;

(d)

il-proċeduri u l-kondizzjonijiet sabiex l-aġenziji li jħallsu jieħduhom f'idejhom f'intervent pubbliku u sabiex tingħata għajnuna għal ħażna privata, b'mod partikolari:

(i)

fir-rigward tal-konklużjoni u l-kontenut ta' kuntratti;

(ii)

it-tul tal-perijodu tal-ħażna privata u l-kondizzjonijiet skond liema t-tali perijodi, ladarba jkunu speċifikati fil-kuntratti, jistgħu jiġu mnaqqsa jew estiżi;

(iii)

il-kondizzjonijiet skond liema jista' jiġi deċiż li l-prodotti koperti minn kuntratti ta' ħażna privata jistgħu jerġgħu jitpoġġew fis-suq jew jiġu disposti;

(iv)

l-Istat Membru fejn tista' tiġi ppreżentata talba għal ħażna privata.

(e)

l-adozzjoni tal-lista ta' swieq rappreżentattivi msemmija fl-Artikoli 17 u 37;

(f)

ir-regoli fir-rigward tal-kondizzjonijiet għad-disponiment ta' prodotti mixtrija taħt intervent pubbliku, b'mod partikolari fir-rigward tal-prezzijiet tal-bejgħ, il-kondizzjonijiet għall-ħruġ mill-ħażna, fejn xieraq, l-użu sussegwenti jew id-destinazzjoni tal-prodotti maħruġin hekk, verifiki li għandhom isiru u, skond il-każ, sistema ta' sigurtajiet li għandha tiġi applikata;

(g)

it-tfassil tal-pjan annwali msemmi fl-Artikolu 27(1);

(h)

il-kondizzjoni ta' mobilizzazzjoni fis-suq Komunitarju msemmija fl-Artikolu 27(2);

(i)

ir-regoli dwar l-awtorizzazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 39 inkluż, safejn ikun strettament meħtieġ, derogi mir-regoli dwar il-kummerċ;

(j)

ir-regoli relatati mal-proċeduri li għandhom jiġu segwiti fil-każ li jsir użu mill-proċeduri ta' offerti;

(k)

ir-regoli dwar id-desinjazzjoni taċ-ċentri ta' intervent imsemmijin fl-Artikolu 41;

(l)

il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti mill-imħażen li fihom jistgħu jinħażnu prodotti;

(m)

l-iskali Komunitarji għall-klassifikazzjoni ta' karkassi previsti fl-Artikolu 42(1), b'mod partikolari fir-rigward ta':

(i)

definizzjonijiet;

(ii)

preżentazzjonijiet ta' karkassi għall-fini ta' rapportar tal-prezz fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta' karkassi ta' annimali bovini adulti;

(iii)

fir-rigward tal-miżuri li għandhom jittieħdu minn biċċeriji kif previst fil-punt III. tal-punt A ta' l-Anness V:

kwalunkwe deroga msemmija fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 88/409/KEE għall-biċċeriji li jkunu jixtiequ jirrestrinġu l-produzzjoni tagħhom għas-suq lokali;

kwalunkwe deroga li tista' tingħata lill-Istati Membri li jixtiequ hekk għal biċċeriji li fihom jinqatlu ftit annimali bovini;

(iv)

l-awtorizzazzjoni lill-Istati Membri sabiex ma japplikawx l-iskala ta' gradi għall-klassifikazzjoni ta' karkassi ta' ħnieżer u sabiex jużaw kriterji ta' valutazzjoni flimkien mal-piż u l-kontenut ta' laħam dgħif stmat;

(v)

regoli dwar ir-rapportar ta' prezzijiet ta' ċerti prodotti mill-Istati Membri.

KAPITOLU II

Miżuri speċjali ta' intervent

Taqsima I

Miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ għas-suq

Artikolu 44

Mard ta' l-annimali

1.   Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri ta' appoġġ speċjali għas-suq affetwat sabiex tieħu kont ta' restrizzjonijiet fuq kummerċ intra-Komunitarju u ta' pajjiż terz li jista' jirriżulta mill-applikazzjoni ta' miżuri għall-ġlieda kontra t-tixrid ta' mard fl-annimali.

Il-miżuri previsti fl-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw għas-setturi li ġejjin:

(a)

ċanga u vitella,

(b)

ħalib u prodotti tal-ħalib,

(ċ)

laħam tal-majjal,

(d)

laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż,

(e)

bajd,

(f)

tjur.

2.   Il-miżuri previsti fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom jittieħdu fuq it-talba ta' l-Istat(i) Membru/i konċernat(i).

Dawn jistgħu jittieħdu biss jekk l-Istat(i) Membru/i konċernat(i) ikun(u) ħa(du) miżuri ta' saħħa u veterinarji malajr sabiex jeqirdu l-marda, u biss sakemm u għal tul ta' żmien li jkun strettament meħtieġ għas-sostenn tas-suq konċernat.

Artikolu 45

Telf ta' fiduċja tal-konsumatur

Fir-rigward tas-setturi tal-laħam u bajd tat-tjur, il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri eċċezzjonali ta' sostenn għas-suq sabiex jittieħed kont ta' disturbi serji fis-suq attribwiti direttament għal telf ta' fiduċja tal-konsumatur minħabba riskji għas-saħħa pubblika, jew għas-saħħa ta' l-annimali.

Dawk il-miżuri għandhom jittieħdu fuq it-talba ta' l-Istat(i) Membru/i konċernat(i).

Artikolu 46

Finanzjament

1.   Għall-miżuri eċċezzjonali msemmijin fl-Artikoli 44 u 45, il-Komunità għandha tipprovdi parti mill-finanzjament ekwivalenti għal 50 % tan-nefqa sostnuta mill-Istati Membri.

Madankollu, rigward is-setturi taċ-ċanga u l-vitella, il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, il-laħam tal-majjal u tan-nagħaġ u tal-mogħoż, il-Komunità għandha tipprovdi parti mill-finanzjament ekwivalenti għal 60 % ta' tali nefqa meta tkun qed tiġi miġġielda l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-produtturi jikkontribwixxu għan-nefqa li ssir mill-Istati Membri, din m'għandhiex tirriżulta f'distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn il-produtturi fi Stati Membri differenti.

3.   L-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat m'għandhomx japplikaw għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji ta' l-Istati Membri għall-miżuri eċċezzjonali msemmijin fl-Artikoli 44 u 45.

Taqsima II

Miżuri fis-setturi taċ-ċereali u r-ross

Artikolu 47

Miżuri speċjali tas-suq fis-settur taċ-ċereali

1.   Meta s-sitwazzjoni tas-suq titlob dan, il-Kummissjoni tista' tieħu miżuri speċjali ta' intervent fir-rigward tas-setturi taċ-ċereali. Jistgħu jittieħdu tali miżuri ta' intervent, b'mod partikolari, jekk f'reġjun wieħed jew aktar tal-Komunità, il-prezzijiet tas-suq jaqgħu, jew jheddu li jaqgħu, fir-rigward tal-prezz ta' intervent.

2.   In-natura u l-applikazzjoni tal-miżuri speċjali ta' intervent u l-kondizzjonijiet u l-proċeduri sabiex il-prodotti suġġetti għal dawk il-miżuri jinbiegħu jew li wieħed b'xi mod jiddisponi minnhom, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni.

Artikolu 48

Miżuri speċjali tas-suq fis-settur tar-ross

1.   Il-Kummissjoni tista' tieħu miżuri speċjali sabiex:

(a)

tipprevjeni applikazzjoni fuq skala kbira ta' intervent pubbliku, kif previst fit-Taqsima II tal-Kapitolu I ta' din il-Parti, fis-settur tar-ross f'ċerti reġjuni tal-Komunità;

(b)

tagħmel tajjeb għal nuqqasijiet ta' ross għadu fil-ħliefa (paddy ross) wara diżastri naturali.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu.

Taqsima III

Miżuri fis-settur taz-zokkor

Artikolu 49

Prezz minimu tal-pitravi

1.   Il-prezz minimu għall-kwota tal-pitravi għandu jkun:

(a)

EUR 27,83 it-tunnellata għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2008/2009;

(b)

EUR 26,29 it-tunnellata mis-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2009/2010;

2.   Il-prezz minimu msemmi fil-paragrafu 1 għandu japplika għall-pitravi ta' kwalità standard definit fil-Parti B ta' l-Anness IV.

3.   Impriżi taz-zokkor li jixtru pitravi tal-kwota adatta għall-ipproċessar f'zokkor u maħsuba għall-ipproċessar f'zokkor tal-kwota għandhom ikunu meħtieġa jħallsu ta' l-inqas il-prezz minimu, aġġustat b'żidiet jew tnaqqis fil-prezz sabiex jippermetti devjazzjonijiet mill-kwalità standard.

Iż-żidiet jew tnaqqis imsemmijin fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu applikati skond regoli implimentattivi li għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni.

4.   Għall-kwantitajiet ta' pitravi li jikkorrispondu għall-kwantitajiet ta' zokkor industrijali jew zokkor żejjed li huma suġġetti għall-imposta għaż-żejjed prevista fl-Artikolu 64, l-impriża taz-zokkor ikkonċernata għandha taġġusta l-prezz tax-xiri sabiex ikun ta' l-inqas daqs il-prezz minimu għall-pitravi tal-kwota.

Artikolu 50

Ftehim Interprofessjonali

1.   Il-ftehim interprofessjonali u l-kuntratti ta' konsenja għandhom jikkonformaw mal-paragrafu 3 u ma' termini ta' xiri li għandhom ikunu determinati mill-Kummissjoni, b'mod partikolari rigward il-kondizzjonijiet li jirregolaw ix-xiri, il-konsenja, l-akkwiżizzjoni u l-ħlas tal-pitravi.

2.   It-termini għax-xiri tal-pitravi u tal-kannamieli għandhom ikunu regolati minn ftehim interprofessjonali konklużi bejn il-koltivaturi Komunitarji ta' dawn il-materji primi u l-impriżi taz-zokkor Komunitarji.

3.   F'kuntratti ta' konsenja, għandha ssir distinzjoni skond jekk il-kwantitajiet taz-zokkor li għandhom ikunu manufatturati mill-pitravi ser ikunu:

(a)

zokkor tal-kwota,

(b)

zokkor barra mill-kwota.

4.   Kull impriża taz-zokkor għandha tipprovdi lill-Istat Membru li fih hi tipproduċi z-zokkor l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-kwantitajiet ta' pitravi msemmijin fil-punt (a) tal-paragrafu 3, li għalihom huma kkonkludew kuntratti ta' konsenja ta' qabel iż-żriegħ u li l-kontenut taz-zokkor li fuqu huma bbażati dawk il-kuntratti;

(b)

il-produttività stmata korrispondenti.

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu informazzjoni addizzjonali.

5.   L-impriżi taz-zokkor li ma ffirmawx kuntratti ta' konsenja ta' qabel iż-żriegħ fil-prezz minimu għall-pitravi tal-kwota għal kwantità ta' pitravi ekwivalenti għaz-zokkor tal-kwota tagħhom għandhom ikunu meħtieġa jħallsu ta' l-inqas il-prezz minimu għall-pitravi ta' kwota għall-pitravi kollha li huma jipproċessaw f'zokkor.

6.   Suġġett għall-approvazzjoni ta' l-Istat Membru kkonċernat, ftehim interprofessjonali jistgħu jidderogaw mill-paragrafi 3 u 4.

7.   Jekk ma jeżistux ftehim interprofessjonali, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-passi meħtieġa kompatibbli ma' dan ir-Regolament sabiex jipproteġi l-interessi tal-partijiet ikkonċernati.

Artikolu 51

Imposta fuq il-produzzjoni

1.   Għandha titħallas imposta fuq il-produzzjoni fuq il-kwota taz-zokkor, il-kwota ta' l-isoglukożju u l-kwota tal-ġulepp ta' l-inulina miżmuma minn impriżi li jipproduċu z-zokkor, l-isoglukożju jew il-ġulepp ta' l-inulina kif imsemmi fl-Artikolu 56(2).

2.   L-imposta fuq il-produzzjoni għandha tkun stabbilita f'EUR 12,00 it-tunnellata taz-zokkor tal-kwota u tal-ġulepp ta' l-inulina tal-kwota. Għall-isoglukożju, l-imposta fuq il-produzzjoni għandha tkun stabbilita għal 50 % ta' l-imposta applikabbli għaz-zokkor.

3.   It-totalità ta' l-imposta fuq il-produzzjoni mħallsa skond il-paragrafu 1 għandha tkun imposta mill-Istat Membru fuq l-impriżi fit-territorju tiegħu skond il-kwota miżmuma matul is-sena ta' kummerċjalizzazzjoni kkonċernata.

Il-pagamenti għandhom isiru mill-impriżi sa mhux aktar tard mill-aħħar ta' Frar tas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni relevanti.

4.   L-impriżi Komunitarji taz-zokkor u tal-ġulepp ta' l-inulina jistgħu jeħtieġu lill-koltivaturi tal-pitravi jew tal-kannamieli jew lill-fornituri taċ-ċikwejra li jħallsu sa 50 % mill-imposta fuq il-produzzjoni konċernata.

Artikolu 52

Irtirar taz-zokkor mis-suq

1.   Sabiex ikun preservat il-bilanċ strutturali tas-suq f'livell ta' prezz li hu viċin għall-prezz ta' referenza, b'kont meħud ta' l-impenji tal-Komunità li jirriżultaw minn ftehim konklużi skond l-Artikolu 300 tat-Trattat, perċentwali, komuni għall-Istati Membri kollha, ta' zokkor tal-kwota, ta' isoglukożju tal-kwota u tal-ġulepp ta' inulina tal-kwota jista' jiġi rtirat mis-suq sal-bidu tas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni ta' wara.

F'dak il-każ, il-ħtieġa ta' provvista tradizzjonali għar-raffinar ta' zokkor mhux raffinat previst fl-Artikolu 153 għandha titnaqqas bl-istess perċentwali għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni konċernata.

2.   Il-perċentwali ta' irtirar imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun determinat sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru tas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni konċernata abbażi ta' xejriet mistennija tas-suq matul dik is-sena ta' kummerċjalizzazzjoni.

3.   Kull impriża provduta bi kwota għandha taħżen matul il-perijodu ta' rtirar mis-suq fuq spiża tagħha, il-kwantitajiet ta' zokkor li jikkorrispondu għall-applikazzjoni tal-perċentwali msemmijin fil-paragrafu 1 għall-produzzjoni tagħha taħt il-kwota tas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni konċernata.

Il-kwantitajiet taz-zokkor irtirati mis-suq matul sena ta' kummerċjalizzazzjoni għandhom jiġu meqjusa bħala l-ewwel kwantitajiet prodotti taħt il-kwota għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni ta' wara. Madankollu, b'kont meħud tax-xejriet mistennija tas-suq taz-zokkor, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tikkunsidra, għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni attwali u/jew ta' wara, li parti minn jew iz-zokkor, l-isoglukożju jew il-ġulepp ta' l-inulina rtirat kollu mis-suq huwa:

(a)

zokkor żejjed, isoglukożju żejjed jew ġulepp ta' l-inulina żejjed li jista' jsir zokkor industrijali, isoglukożju industrijali jew ġulepp ta' l-inulina industrijali, jew

(b)

produzzjoni taħt kwota temporanja li parti minnha tista' tkun riżervata għall-esportazzjoni li tirrispetta l-impenji tal-Komunità li jirriżultaw minn ftehim konklużi skond l-Artikolu 300 tat-Trattat.

4.   Jekk il-provvista taz-zokkor fil-Komunità hi inadegwata, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li ċertu kwantità ta' zokkor, isoglukożju u ġulepp ta' l-inulina irtirata mis-suq tista' tinbiegħ fis-suq Komunitarju qabel it-tmiem tal-perijodu ta' rtirar.

5.   Iz-zokkor maħżun skond dan l-Artikolu matul sena ta' kummerċjalizzazzjoni ma jista' jkun suġġett għall-ebda miżura ta' ħżin oħra prevista fl-Artikoli 13, 32 jew 63.

Artikolu 53

Regoli implimentattivi

Il-Kummissjoni tista' tadotta r-regoli dettaljat għall-implimentazzjoni ta' din it-Taqsima u, b'mod partikolari:

(a)

il-kriterji li għandhom ikunu applikati mill-impriżi taz-zokkor meta jallokaw fost il-bejjiegħa tal-pitravi l-kwantitajiet ta' pitravi li għandhom ikunu koperti minn kuntratti ta' konsenja ta' qabel iż-żriegħ kif imsemmi fl-Artikolu 50(4);

(b)

il-perċentwali ta' zokkor tal-kwota irtirat imsemmi fl-Artikolu 52(1);

(ċ)

il-kondizzjonijiet għall-ħlas tal-prezz minimu fil-każ li z-zokkor irtirat qed jiġi mibjugħ fis-suq Komunitarju taħt l-Artikolu 52(4).

Taqsima IV

Aġġustament tal-provvista

Artikolu 54

Miżuri sabiex jiffaċilitaw l-aġġustament tal-provvista għall-ħtiġijiet tas-suq

Sabiex ikunu inkuraġġuti inizjattivi professjonali u interprofessjonali sabiex jiffaċilitaw l-aġġustament tal-provvista għall-ħtiġijiet tas-suq, bl-eċċezzjoni ta' dawk relatati ma' rtirar mis-suq, il-Kummissjoni tista' tieħu l-miżuri li ġejjin rigward is-setturi tal-pjanti ħajjin, iċ-ċanga u l-vitella, il-laħam tal-majjal, il-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż, il-bajd u t-tjur:

(a)

miżuri għat-titjib tal-kwalità;

(b)

miżuri għall-promozzjoni ta' organizzazzjoni aħjar tal-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni;

(ċ)

miżuri għall-faċilitazzjoni tar-reġistrar tax-xejriet tal-prezz tas-suq;

(d)

miżuri li jippermettu l-istabbiliment ta' previżjonijiet għal perijodu qasir u twil abbażi tal-metodi ta' produzzjoni użati.

KAPITOLU III

Sistemi ta' limitazzjoni tal-produzzjoni

Taqsima I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 55

Sistemi ta' Kwoti

1.   Sistema ta' kwoti għandha tapplika għall-prodotti li ġejjin:

(a)

ħalib u prodotti oħra tal-ħalib kif definiti fil-punti (a) u (b) ta' l-Artikolu 65;

(b)

zokkor, isoglukożju u ġulepp ta' l-inulina.

2.   Jekk produttur jeċċedi l-kwota relevanti u, rigward iz-zokkor, ma jagħmilx użu mill-kwantitajiet żejda kif previst fl-Artikolu 61, għandha titħallas imposta għaż-żejjed fuq tali kwantitajiet suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsimiet II u III.

3.   Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1868/94 li jistabbilixxi sistema ta' kwota relazzjoni mal-produzzjoni tal-lamtu tal-patata (59).

Taqsima II

Zokkor

Subtaqsima I

Allokazzjoni u Ġestjoni ta' Kwoti

Artikoli 56

Allokazzjoni ta' kwoti

1.   Il-kwoti għall-produzzjoni ta' zokkor, isoglukożju u ġulepp ta' l-inulina fil-livell nazzjonali jew reġjonali huma stabbiliti fl-Anness VI.

2.   L-Istati Membri għandhom jallokaw kwota għal kull impriża li tipproduċi zokkor, isoglukożju jew ġulepp ta' l-inulina stabbilita fit-territorju tagħhom u approvata skond l-Artikolu 57.

Għal kull impriża, il-kwota allokata għandha tkun daqs il-kwota taħt ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 li kienet allokata lill-impriża għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2007/2008.

3.   Fil-każ ta' allokazzjoni ta' kwota għal impriża taz-zokkor li għandha aktar minn unità tal-produzzjoni waħda, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri li huma jqisu neċessarji sabiex jittieħed kont dovut ta' l-interessi tal-koltivaturi tal-pitravi u tal-kannamieli.

Artikolu 57

Impriżi approvati

1.   Fuq talba, l-Istati Membri għandhom jagħtu approvazzjoni lil impriża li tipproduċi z-zokkor, l-isoglukożju jew il-ġulepp ta' l-inulina jew lil impriża li tipproċessa dawn il-prodotti fi prodott inkluż fil-lista msemmija fl-Artikolu 62(2) sakemm l-impriża:

(a)

tagħti prova tal-kapaċitajiet professjonali ta' produzzjoni tagħha;

(b)

taqbel li tipprovdi kwalunkwe informazzjoni u li tkun suġġetta għal kontrolli relatati ma' dan ir-Regolament;

(ċ)

ma tkunx suġġetta għal sospensjoni jew irtirar ta' l-approvazzjoni.

2.   L-impriżi approvati għandhom jipprovdu lill-Istat Membru li fih isir il-ħsad tal-pitravi, tal-kannamieli, jew ir-raffinar, bl-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-kwantitajiet ta' pitravi jew ta' kannamieli li għalihom ġie konkluż kuntratt ta' konsenja, kif ukoll il-produttività stmata korrispondenti ta' pitravi jew ta' kannamieli, u z-zokkor għal kull ettaru;

(b)

data dwar il-provvista proviżorja u attwali ta' pitravi, kannamieli u zokkor mhux raffinat, u dwar il-produzzjoni taz-zokkor u dikjarazzjonijiet dwar il-ħażniet taz-zokkor;

(ċ)

kwantitajiet ta' zokkor abjad mibjugħ u prezzijiet u kondizzjonijiet korrispondenti.

Artikolu 58

Kwota addizzjonali u supplimentari ta' isoglukożju

1.   Fis-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2008/2009 għandha tiżdied kwota addizzjonali ta' isoglukożju ta' 100 000 tunnellata mal-kwota tas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni preċedenti. Din iż-żieda m'għandhiex tikkonċerna lill-Bulgarija u lir-Rumanija.

Fis-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2008/2009 għandha tiżdied kwota addizzjonali ta' isoglukożju ta' 11 045 tunnellata għall-Bulgarija u 1 966 tunnellata għar-Rumanija mal-kwota tas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni preċedenti.

L-Istati Membri għandhom jallokaw il-kwoti addizzjonali lill-impriżi, proporzjonalment mal-kwoti ta' l-isoglukożju li ġew allokati skond l-Artikolu 56(2).

2.   L-Italja, il-Litwanja u l-Isvezja jistgħu jallokaw, fuq talba minn kwalunkwe impriża stabbilita fit-territorji rispettivi tagħhom, kwota ta' isoglukożju supplimentari fis-snin ta' kummerċjalizzazzjoni 2008/2009 u 2009/2010. Il-kwoti supplimentari massimi huma stabbiliti għal kull Stat Membru fl-Anness VII.

3.   Ammont ta' darba ta' EUR 730 għandu jkun impost fuq il-kwoti li ġew allokati lill-impriżi skond il-paragrafu 2. Dan għandu jkun miġbur għal kull tunnellata metrika ta' kwota supplimentari allokata.

Artikolu 59

Ġestjoni tal-kwoti

1.   Il-Kummissjoni għandha taġġusta l-kwoti stabbiliti fl-Anness VI sa mhux aktar tard minn Frar tas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni ta' qabel għal kull waħda mis-snin ta' kummerċjalizzazzjoni 2008/2009, 2009/2010 u 2010/2011. L-aġġustamenti għandhom jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u ta' l-Artikolu 58 ta' dan ir-Regolament u ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 320/2006.

2.   B'kont meħud tar-riżultati ta' l-iskema ta' ristrutturazzjoni prevista fir-Regolament (KE) Nru 320/2006, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, sa mhux aktar tard mit-28 ta' Frar 2010, il-penċentwali komuni meħtieġ għat-tnaqqis tal-kwoti eżistenti għaz-zokkor, l-isoglukożju u l-ġulepp ta' l-inulina għal kull Stat Membru jew reġjun bil-għan li jiġu evitati żbilanċi fis-suq fis-snin ta' kummerċjalizzazzjoni mill-2010/2011.

3.   L-Istati Membri għandhom jaġġustaw il-kwota ta' kull impriża kif meħtieġ.

Artikolu 60

Riallokazzjoni tal-kwota nazzjonali

1.   Stat Membru jista' jnaqqas il-kwota taz-zokkor jew ta' l-isoglukożju kif allokata lil impriża stabbilita fit-territorju tiegħu sa 10 % għal kull sena ta' kummerċjalizzazzjoni.

2.   L-Istati Membri jistgħu jittrasferixxu kwoti bejn l-impriżi skond ir-regoli stabbiliti fl-Anness VIII u b'kont meħud ta' l-interessi ta' kull waħda mill-partijiet konċernata, partikolarment il-koltivaturi tal-pitravi u tal-kannamieli.

3.   Il-kwantitajiet imnaqqsa skond il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu allokati mill-Istat Membru konċernat lil impriża waħda jew aktar fit-territorju tiegħu, kemm jekk għandha kwota jew le.

Subtaqsima II

Kwota maqbuża

Artikolu 61

Kamp ta' Applikazzjoni

Iz-zokkor, l-isoglukożju jew il-ġulepp ta' l-inulina prodotti matul sena ta' kummerċjalizzazzjoni li jaqbżu l-kwota msemmija fl-Artikolu 56 jistgħu:

(a)

jintużaw għall-ipproċessar ta' ċerti prodotti kif imsemmi fl-Artikolu 62;

(b)

jinġarru 'l quddiem għall-kwota ta' produzzjoni tas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni ta' wara, skond l-Artikolu 63;

(ċ)

jintużaw għal reġim ta' provvista speċifika għar-reġjuni l-aktar imbiegħda, skond it-Titolu II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 (60); jew

(d)

jiġu esportati fil-limitu kwantitattiv stabbilit mill-Kummissjoni li jirrispetta l-impenji li jirriżultaw minn ftehim konklużi skond l-Artikolu 300 tat-Trattat.

Kwantitajiet oħrajn għandhom ikunu suġġetti għall-imposta għaż-żejjed imsemmija fl-Artikolu 64.

Artikolu 62

Zokkor industrijali

1.   Iz-zokkor industrijali, l-isoglukożju industrijali jew il-ġulepp ta' l-inulina industrijali għandhom ikunu riżervati għall-produzzjoni ta' wieħed mill-prodotti msemmijin fil-paragrafu 2 meta:

(a)

dawn ġew suġġetti għal kuntratt ta' provvista konkluż qabel l-aħħar tas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni bejn produttur u utent li t-tnejn ingħataw approvazzjoni skond l-Artikolu 57; u

(b)

dawn ġew konsenjati lill-utent sa mhux aktar tard mit-30 ta' Novembru tas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni ta' wara.

2.   Il-Kummissjoni għandha tfassal lista ta' prodotti li għall-produzzjoni tagħhom jintużaw iz-zokkor industrijali, l-isoglukożju industrijali jew il-ġulepp ta' l-inulina industrijali.

Din il-lista għandha b'mod partikolari tinkludi:

(a)

bijoetanol, alkoħol, rum, ħmira ħajja u kwantitajiet ta' ġuleppijiet għat-tidlik u dawk li għandhom ikunu proċessati f' “Rinse appelstroop”;

(b)

ċerti prodotti industrijali mingħajr kontenut ta' zokkor iżda li l-ipproċessar tagħhom juża z-zokkor, l-isoglukożju jew il-ġulepp ta' l-inulina;

(ċ)

ċerti prodotti ta' l-industrija kimika jew farmaċewtika li fihom iz-zokkor, l-isoglukożju jew il-ġulepp ta' l-inulina.

Artikolu 63

Trasferiment 'il quddiem ta' zokkor żejjed

1.   Kull impriża tista' tiddeċiedi li titrasferixxi 'l quddiem parti mill-produzzjoni jew il-produzzjoni sħiħ tagħha li taqbeż il-kwota taz-zokkor tagħha, il-kwota ta' l-isoglukożju tagħha jew il-kwota ta' ġulepp ta' l-inulina tagħha li għandha tiġi ttrattata bħala parti mill-produzzjoni tas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni ta' wara. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, dik id-deċiżjoni għandha tkun irrevokabbli.

2.   Impriżi li jieħdu d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom:

(a)

jinfurmaw lill-Istat Membru konċernat qabel data li għandha tkun stabbilita minn dak l-Istat Membru:

bejn l-1 ta' Frar u t-30 ta' Ġunju tas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni attwali għal kwantitajiet ta' kannamieli trasferiti 'l quddiem,

bejn l-1 ta' Frar u l-15 ta' April tas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni attwali għal kwantitajiet oħrajn zokkor jew ġulepp ta' l-inulina trasferiti 'l quddiem;

(b)

jintrabtu li jaħżnu tali kwantitajiet fuq spejjeż tagħhom sa l-aħħar tas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni attwali.

3.   Jekk il-produzzjoni definittiva ta' impriża fis-sena ta' kummerċjalizzazzjoni konċernata kienet inqas mill-istima li saret meta ttieħdet id-deċiżjoni skond il-paragrafu 1, il-kwantità trasferita 'l quddiem tista' tiġi aġġustata retroattivament sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru tas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni ta' wara.

4.   Il-kwantitajiet trasferiti 'l quddiem għandhom jitqiesu bħala l-ewwel kwantitajiet prodotti taħt il-kwota tas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni ta' wara.

5.   Iz-zokkor maħżun skond dan l-Artikolu matul sena ta' kummerċjalizzazzjoni ma jista' jkun suġġett għall-ebda miżura ta' ħżin oħra prevista fl-Artikoli 13, 32 jew 52.

Artikolu 64

Imposta fuq bilanċ favorevoli

1.   Dawn il-kwantitajiet huma suġġetti għal imposta għaż-żejjed:

(a)

zokkor fuq bilanċ favorevoli, isoglukożju fuq bilanċ favorevoli u ġulepp ta' l-inulina fuq bilanċ favorevoli prodotti matul kwalunkwe sena ta' kummerċjalizzazzjoni, ħlief kwantitajiet trasferiti 'l quddiem għall-kwota ta' produzzjoni tas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni ta' wara u maħżuna skond l-Artikolu 60 jew kwantitajiet imsemmijin fil-punti (ċ) jew (d) ta' l-Artikolu 61;

(b)

zokkor industrijali, isoglukożju industrijali jew ġulepp ta' l-inulina industrijali li għalihom ma ngħatat l-ebda prova, sa data li għandha tkun determinata mill-Kummissjoni, li ġew proċessati f'wieħed mill-prodotti msemmijin fl-Artikolu 62(2);

(ċ)

zokkor, isoglukożju u ġulepp ta' l-inulina rtirat mis-suq skond l-Artikolu 52 u li għalihom ma ntlaħqux l-obbligi previsti fl-Artikolu 52(3).

2.   L-imposta għall-bilanċ favorevoli għandha tkun stabbilita mill-Kummissjoni f'livell għoli biżżejjed sabiex jiġi evitat l-akkumulu ta' kwantitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1.

3.   L-imposta għall-bilanċ favorevoli msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun imposta mill-Istat Membru fuq l-impriża fit-territorju tiegħu skond il-kwantitajiet ta' produzzjoni msemmijin fil-paragrafu 1 li ġew stabbiliti għal dawk l-impriżi għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni konċernata.

Taqsima III

Ħalib

Subtaqsima I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 65

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din it-Taqsima:

(a)

“ħalib” għandha tfisser il-prodott mit-tħallib ta' baqra waħda jew aktar;

(b)

“prodotti oħra tal-ħalib” tfisser kwalunkwe prodott tal-ħalib minbarra ħalib, b'mod partikolari ħalib xkumat, krema, butir, jogurt u ġobon; fejn relevanti, dawn għandhom ikunu konvertiti f' “ekwivalenti tal-ħalib” billi jiġu applikati koeffiċjenti li għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni;

(ċ)

“produttur” tfisser bidwi b'ażjenda li tinsab fit-territorju ġeografiku ta' Stat Membru, li jipproduċi u jikkommerċjalizza ħalib jew li qed iħejji sabiex jagħmel hekk fil-futur qrib;

(d)

“ażjenda” tfisser ażjenda kif definita fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(e)

“xerrej” tfisser impriżi jew gruppi li jixtru l-ħalib mingħand il-produtturi:

sabiex jiġbruh, jippakkjawh, jaħżnuh, ikessħuh jew jipproċessawh, inkluż taħt kuntratt,

sabiex ibiegħuh lil impriża waħda jew aktar li tittratta jew jipproċessa l-ħalib jew prodotti oħra tal-ħalib.

Madankollu, kwalunkwe grupp ta' xerrejja fl-istess zona ġeografika li jwettaq l-operazzjonijiet amministrattivi u ta' kontabbiltà meħtieġa għall-ħlas ta' l-imposta għaż-żejjed f'isem il-membri tagħha għandu jitqies bħala xerrej. Għall-finijiet ta' l-ewwel sentenza ta' dan is-subparagrafu, il-Greċja għandha tkun meqjusa bħala żona ġeografika waħda u tista' tqis korp uffiċjali bħala grupp ta' xerrejja;

(f)

“konsenja” tfisser kwalunkwe konsenja ta' ħalib, li ma tinkludix kwalunkwe prodott ieħor tal-ħalib, minn produttur għal xerrej, kemm jekk it-trasport isir mill-produttur, minn xerrej, minn impriża li tipproċessa jew tittratta tali prodotti jew parti terza;

(g)

“bejgħ dirett” tfisser kwalunkwe bejgħ jew trasferiment ta' ħalib minn produttur direttament lil konsumaturi, kif ukoll kwalunkwe bejgħ jew trasferiment ta' prodotti oħra tal-ħalib minn produttur. Il-Kummissjoni tista', filwaqt li tirrispetta d-definizzjoni ta' “konsenja” mogħtija fil-punt (f), taġġusta d-definizzjoni ta' “bejgħ dirett” sabiex tiżgura, b'mod partikolari, li l-ebda kwantità ta' ħalib kummerċjalizzat jew ta' prodotti oħra tal-ħalib ma tkun eskluża mill-arranġamenti tal-kwota;

(h)

“kummerċjalizzazzjoni” tfisser il-konsenji ta' ħalib jew il-bejgħ dirett ta' ħalib jew ta' prodotti oħra tal-ħalib;

(i)

“kwota individwali” tfisser il-kwota ta' produttur fl-1 ta' April ta' kwalunkwe perijodu ta' tnax-il xahar;

(j)

“kwota nazzjonali” tfisser il-kwota msemmija fl-Artikolu 66, stabbilita għal kull Stat Membru;

(k)

“kwota disponibbli” tfisser il-kwota disponibbli għal produtturi fil-31 ta' Marzu tal-perijodu ta' tnax-il xahar li għalih hi kkalkolata l-imposta għaż-żejjed, b'kont meħud tat-trasferimenti, il-bejgħ, il-konverzjonijiet u r-riallokazzjonijiet temporanji kollha previsti f'dan ir-Regolament li saru matul dak il-perijodu ta' tnax-il xahar.

Subtaqsima II

Allokazzjoni u Ġestjoni ta' Kwoti

Artikolu 66

Kwoti nazzjonali

1.   Il-kwoti nazzjonali għall-produzzjoni tal-ħalib u ta' prodotti oħra tal-ħalib kummerċjalizzati matul seba' perijodi konsekuttivi ta' tnax-il xahar li jibdew fl-1 ta' April 2008 (minn hawn 'il quddiem imsejjħa “perijodi ta' tnax-il xahar”) huma stabbiliti fil-punt 1 ta' l-Anness IX.

2.   Il-kwoti msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom ikunu maqsuma bejn il-produtturi skond l-Artikolu 64, b'distinzjoni bejn konsenji u bejgħ dirett. Kwalunkwe parti maqbuża mill-kwoti nazzjonali għandha tkun determinata b'mod nazzjonali f'kull Stat Membru, skond din it-Taqsima u b'distinzjoni bejn konsenji u bejgħ dirett.

3.   Il-kwoti nazzjonali stabbiliti fil-punt 1 ta' l-Anness IX għandhom ikunu stabbiliti mingħajr preġudizzju għal reviżjoni possibbli fid-dawl tas-sitwazzjoni ġenerali tas-suq u kondizzjonijiet partikolari eżistenti f'ċerti Stati Membri.

4.   Għall-Bulgarija u r-Rumanija għandha tkun stabbilita riżerva speċjali ta' ristrutturazzjoni kif stabbilit fil-punt 2 ta' l-Anness IX. Din ir-riżerva għandha tkun rilaxxata sa mill-1 ta' April 2009 bil-kondizzjoni li l-konsum tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib mill-ażjendi nnifishom f'kull wieħed minn dawn il-pajjiżi jkun naqas sa mill-2002.

Id-deċiżjoni dwar ir-rilaxx tar-riżerva u d-distribuzzjoni tagħha għall-kwota tal-kunsinni u tal-bejgħ dirett għandha tittieħed mill-Kummissjoni abbażi ta' rapport sottomess mill-Bulgarija u r-Rumanija lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2008. Dan ir-rapport għandu jkun fih dettalji dwar ir-riżultati u x-xejriet tal-proċess attwali ta' ristrutturazzjoni fis-settur tal-prodotti tal-ħalib ta' kull pajjiż u, b'mod partikolari l-bidla mill-produzzjoni għall-konsum mill-ażjenda nnifisha għall-produzzjoni għas-suq.

5.   Għall-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja l-kwoti nazzjonali għandhom jinkludu kull ħalib jew prodott ekwivalenti għall-ħalib fornut lil xerrej jew mibjugħ direttament, irrispettivament jekk ġiex prodott jew ikkummerċjalizzat taħt miżura transitorja applikabbli f'dawk il-pajjiżi.

Artikolu 67

Kwoti individwali

1.   Il-kwota jew kwoti individwali tal-produtturi fl-1 ta' April 2008 għandhom ikunu daqs il-kwantità jew kwantitajiet ta' referenza individwali tagħhom fil-31 ta' Marzu 2008 mingħajr preġudizzju għal trasferimenti, bejgħ jew konverżjonijiet ta' kwota li jieħdu effett fl-1 ta' April 2008.

2.   Il-produtturi jista' jkollhom jew kwota individwali waħda jew żewġ kwoti individwali, waħda għall-kunsinni u l-oħra għall-bejgħ dirett. Il-kwantitajiet ta' produttur jistgħu jkunu konvertiti minn kwota waħda għall-oħra biss mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru, fuq talba debitament ġustifikata tal-produttur.

3.   Meta produttur għandu żewġ kwoti, il-kontribut għal kwalunkwe imposta għaż-żejjed dovuta għandu jkun ikkalkulat separatament għal kull waħda.

4.   Il-parti tal-kwota nazzjonali Finlandiża allokata għall-kunsinni msemmijin fl-Artikolu 66 tista' tiżdied mill-Kummissjoni sabiex tikkumpensa lill-produtturi SLOM Finlandiżi sa 200 000 tunnellata. Din ir-riżerva, li għandha tkun allokata skond il-leġislazzjoni Komunitarja, għandha tintuża esklussivament f'isem il-produtturi li d-dritt tagħhom li jerġgħu jibdew il-produzzjoni ġie affettwa minħabba l-adeżjoni.

5.   Il-kwoti individwali għandhom ikunu modifikati, fejn xieraq, għal kull wieħed mill-perijodi ta' tnax-il xahar ikkonċernati, sabiex, għal kull Stat Membru, is-somma tal-kwoti individwali għall-kunsinni u s-somma għall-bejgħ dirett ma taqbiżx il-parti korrispondenti tal-kwota nazzjonali adattata skond l-Artikolu 69, b'kont meħud ta' kwalunkwe tnaqqis magħmul għall-allokazzjoni għar-riżerva nazzjonali kif previst fl-Artikolu 71.

Artikolu 68

Allokazzjoni ta' kwoti mir-riżerva nazzjonali

L-Istati Membri għandhom jadottaw regoli li jippermettu l-allokazzjoni lill-produtturi tal-kwoti kollha jew parti minnhom mir-riżerva nazzjonali kif previst fl-Artikolu 71 abbażi ta' kriterji oġġettivi li għandhom ikunu notifikati lill-Kummissjoni.

Artikolu 69

Ġestjoni tal-kwoti

1.   Il-Kummissjoni għandha tadatta, għal kull Stat Membru u għal kull perijodu, qabel tmiem dak il-perijodu, id-diviżjoni bejn “kunsinni” u “bejgħ dirett” tal-kwoti nazzjonali, fid-dawl tal-konverżjonijiet mitluba mill-produtturi, bejn kwoti individwali għall-kunsinni u għall-bejgħ dirett.

2.   L-Istati Membri għandhom kull sena jippreżentaw lill-Kummissjoni, sa dati u skond regoli li għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 192(2), l-informazzjoni meħtieġa għal:

(a)

l-adattament imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;

(b)

il-kalkolu ta' l-imposta għaż-żejjed li għandha titħallas minnhom.

Artikolu 70

Kontenut ta' xaħam

1.   Kull produttur għandu jingħata kontenut ta' referenza tax-xaħam, li għandu jkun applikat għall-kwota individwali għal kunsinni allokati lil dak il-produttur.

2.   Għall-kwoti allokati lill-produtturi fil-31 ta' Marzu 2008 skond l-Artikolu 67(1), il-kontenut ta' referenza tax-xaħam imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun l-istess bħall-kontenut ta' referenza tax-xaħam applikat għal dik il-kwota f'dik id-data.

3.   Ir-referenza ta' kontenut tax-xaħam għandha tinbidel matul il-konverżjoni msemmija fl-Artikolu 67(2) u fejn il-kwoti huma miksubin, trasferiti jew trasferiti temporanjament skond ir-regoli li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni.

4.   Għall-produtturi ġodda li għandhom kwota individwali għall-kunsinni allokata għal kollox mir-riżerva nazzjonali, il-kontenut tax-xaħam għandu jkun stabbilit skond ir-regoli li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni.

5.   Il-kontenut ta' referenza individwali tax-xaħam imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun aġġustat, fejn xieraq, mad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u minn hemm 'il quddiem, fil-bidu ta' kull perijodu ta' tnax-il xahar kif meħtieġ, sabiex, għal kull Stat Membru, il-medja ppeżata tal-kontenuti tax-xaħam rappreżentattivi individwali ma taqbiżx b'aktar minn 0,1 gramma kull kg tal-kontenut ta' referenza tax-xaħam stabbilit fl-Anness X.

Għar-Rumanija l-kontenut ta' referenza tax-xaħam stabbilit fl-Anness X għandu jkun rivedut abbażi tal-figuri għas-sena 2004 kollha u, jekk meħtieġ, aġġustat mill-Kummissjoni.

Artikolu 71

Riżerva nazzjonali

1.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi riżerva nazzjonali bħala parti mill-kwoti nazzjonali stabbiliti fl-Anness VII, b'mod partikolari bil-ħsieb li jsiru l-allokazzjonijiet previsti fl-Artikolu 68. Ir-riżerva nazzjonali għandha tkun rifornuta, kif xieraq, bl-irtirar ta' xi kwantitajiet kif previst fl-Artikolu 72, tinżamm parti mit-trasferimenti kif previst fl-Artikolu 76, jew billi jsir tnaqqis ġenerali fil-kwoti individwali kollha. Il-kwoti in kwistjoni għandhom iżommu l-għan oriġinali tagħhom, jiġifieri, kunsinni jew bejgħ dirett.

2.   Kwalunkwe kwota addizzjonali allokata għal Stat Membru għandha titpoġġa awtomatikament fir-riżerva nazzjonali u maqsuma f'kunsinni u bejgħ dirett skond il-ħtiġijiet previsti.

3.   Il-kwoti mpoġġija fir-riżerva nazzjonali m'għandhomx ikollhom kontenut ta' referenza tax-xaħam.

Artikolu 72

Każijiet ta' inattività

1.   Meta persuna fiżika jew legali li għandha kwoti individwali m'għadhiex tissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmijin fil-punt (ċ) ta' l-Artikolu 65 matul perijodu ta' tnax-il xahar, il-kwantitajiet korrispondenti għandhom immorru lura fir-riżerva nazzjonali mhux aktar tard mill-1 ta' April tas-sena kalendarja ta' wara, ħlief fejn dik il-persuna terġa' ssir produttur skond it-tifsira ta' punt (ċ) ta' l-Artikolu 65 qabel dik id-data.

Meta dik il-persuna terġa' ssir produttur mhux aktar tard mill-aħħar tat-tieni perijodu ta' tnax-il xahar wara l-irtirar, il-kwota individwali kollha jew parti minnha li ġiet irtirata għandha tingħata lura lil dik il-persuna mhux aktar tard mill-1 ta' April wara d-data ta' applikazzjoni.

2.   Meta l-produtturi ma jikkummerċjalizzawx kwantità ugwali għal mill-inqas 70 % tal-kwota individwali tagħhom matul mill-inqas perijodu wieħed ta' tnax-il xahar, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk u fuq liema kondizzjonijiet il-kwota mhux użata jew parti minnha għandhiex tmur lura fir-riżerva nazzjonali.

L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw fuq liema kondizzjonijiet kwota tista' tkun riallokata lill-produttur konċernat jekk jerġa' jibda jikkummerċjalizza.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx japplikaw f'każijiet ta' forza maġġuri u f'każijiet ġustifikati debitament li jaffettwaw temporarjament il-kapaċità produttiva tal-produtturi konċernati u rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 73

Trasferimenti temporanji

1.   Sa l-aħħar ta' kull perijodu ta' tnax-il xahar, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw, għall-perijodu konċernat, kwalunkwe trasferiment temporanju ta' parti ta' kwoti individwali li l-produtturi li huma intitolati għalihom mhux bi ħsiebhom jużaw.

L-Istati Membri jistgħu jirregolaw operazzjonijiet ta' trasferiment skond il-kategoriji ta' produtturi jew strutturi ta' produzzjoni tal-ħalib konċernati, jistgħu jillimitawhom għal-livell tax-xerrej jew fir-reġjuni, jawtorizzaw trasferimenti sħaħ fil-każijiet imsemmijin fl-Artikolu 72(3) u jiddeterminaw sa liema punt dak li jittrasferixxi jista' jirrepeti operazzjonijiet ta' trasferiment.

2.   Kwalunkwe Stat Membru jista' jiddeċiedi li ma jimplimentax il-paragrafu 1 abbażi ta' waħda jew taż-żewġ kriterji li ġejjin:

(a)

il-ħtieġa li jkunu ffaċilitati l-bidliet strutturali u l-aġġustamenti;

(b)

ħtiġijiet amministrattivi prevalenti.

Artikolu 74

Trasferimenti ta' kwoti flimkien ma' l-art

1.   Il-kwoti individwali għandhom ikunu trasferiti ma' l-ażjenda lill-produtturi li jieħduha meta din tinbiegħ, tinkera, tkun trasferita b'wirt attwali jew antiċipat jew kwalunkwe mezz ieħor li jinvolvi effetti legali komparabbli għall-produtturi, skond ir-regoli dettaljati li għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri, b'kont meħud taż-żoni użati għall-produzzjoni tal-prodotti tal-ħalib jew kriterji oġġettivi oħra u, fejn applikabbli, ta' kwalunkwe ftehim bejn il-partijiet. Il-parti tal-kwota li, fejn applikabbli, ma ġietx trasferita ma' l-ażjenda għandha tiżdied mar-riżerva nazzjonali.

2.   Fejn kwoti ġew trasferiti jew huma trasferiti skond il-paragrafu 1 permezz ta' kirjiet rurali jew permezz ta' mezzi oħrajn li jinvolvu effetti legali komparabbli, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, abbażi ta' kriterji oġġettivi u bil-ħsieb li jiżguraw li l-kwoti jkunu attribwiti biss lill-produtturi, li l-kwota ma tkunx trasferita ma' l-ażjenda.

3.   Meta l-art tkun trasferita lill-awtoritajiet pubblikċi u/jew għal użu ta' interess pubbliku, jew fejn it-trasferiment iseħħ għal finijiet mhux agrikoli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex ikunu protetti l-interessi leġittimi tal-partijiet, u b'mod partikolari li l-produtturi li qed jagħtu tali art huma f'pożizzjoni li jkomplu l-produzzjoni tal-ħalib jekk jixtiequ jagħmlu dan.

4.   Fejn m'hemmx ftehim bejn il-partijiet, fil-każ ta' kirjiet li waslu sabiex jagħlqu mingħajr l-ebda possibbiltà ta' tiġdid fuq termini simili, jew f'sitwazzjonijiet li jinvolvu effetti legali komparabbli, il-kwoti individwali in kwistjoni għandhom ikunu trasferiti fis-sħiħ jew f'parti lill-produttur li jkun qed jeħodhom, skond id-dispożizzjonijiet adottat mill-Istati Membri, b'kont meħud ta' l-interessi leġittimi tal-partijiet.

Artikolu 75

Miżuri speċjali ta' trasferiment

1.   Bil-ħsieb tar-ristrutturazzjoni b'suċċess tal-produzzjoni tal-ħalib jew tat-titjib ta' l-ambjent, l-Istati Membri jistgħu, skond regoli dettaljati li huma għandhom jistabbilixxu, b'kont meħud ta' l-interessi leġittimi tal-partijiet konċernati:

(a)

jagħtu kumpens f'pagament wieħed annwali jew aktar lill-produtturi li jintrabtu li jabbandunaw b'mod permanenti l-produzzjoni kollha tal-ħalib tagħhom jew parti minnha u jpoġġu l-kwoti individwali hekk rilaxxati fir-riżerva nazzjonali;

(b)

jiddeterminaw abbażi ta' kriterji oġġettivi l-kondizzjonijiet li fuqhom il-produtturi jistgħu jiksbu, bi ħlas, fil-bidu ta' perijodu ta' tnax-il xahar, ir-riallokazzjoni mill-awtorità kompetenti jew minn korp maħtur minn dik l-awtorità ta' kwoti individwali rilaxxati definittivament fl-aħħar tal-perijodu ta' tnax-il xahar preċedenti minn produtturi oħrajn b'kumpens f'pagament wieħed annwali jew aktar ekwivalenti għall-pagament imsemmi hawn fuq;

(ċ)

jiċċentralizzaw u jissorveljaw trasferimenti ta' kwoti mingħajr art;

(d)

jipprovdu, fil-każ ta' art trasferita bil-ħsieb li jittejjeb l-ambjent, sabiex il-kwota individwali konċernata tkun allokata għal produttur li qed jagħti l-art iżda li jixtieq ikompli l-produzzjoni tal-ħalib;

(e)

jiddeterminaw, abbażi ta' kriterji oġġettivi, ir-reġjuni jew iż-żoni ta' ġbir li fihom hu awtorizzat it-trasferiment permanenti ta' kwoti mingħajr it-trasferiment ta' l-art korrispondenti, bil-għan li titjieb l-istruttura tal-produzzjoni tal-ħalib;

(f)

jawtorizzaw, b'applikazzjoni minn produttur lill-awtorità kompetenti jew korp maħtur minn dik l-awtorità, it-trasferiment definittiv ta' kwoti mingħajr it-trasferiment ta' l-art korrispondenti, jew viċe-versa, bil-ħsieb li titjieb l-istruttura tal-produzzjoni tal-ħalib fil-livell ta' l-ażjenda jew sabiex tkun permessa l-estensifikazzjoni tal-produzzjoni.

2.   Il-paragrafu 1 jista' jiġi implimentat f'livell nazzjonali, fil-livell territorjali xieraq jew f'żoni ta' ġbir speċifiċi.

Artikolu 76

Żamma ta' kwoti

1.   F'każ ta' trasferimenti kif imsemmi fl-Artikoli 74 u 75 l-Istati Membri jistgħu, abbażi ta' kriterji oġġettivi, iżommu parti mill-kwoti individwali għar-riżerva nazzjonali tagħhom.

2.   Fejn kwoti ġew trasferiti jew huma trasferiti skond l-Artikoli 74 u 75 flimkien jew mingħajr l-art korrispondenti permezz ta' kirjiet rurali jew permezz ta' mezzi oħrajn li jinvolvu effetti legali komparabbli, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, abbażi ta' kriterji oġġettivi u bil-għan li jiżguraw li l-kwoti jkunu attribwiti biss lill-produtturi, jekk u taħt liema kondizzjonijiet il-kwota trasferita jew parti minnha għandhiex tmur lura fir-riżerva nazzjonali.

Artikolu 77

Għajnuna għall-akkwist ta' kwoti

L-ebda assistenza finanzjarja marbuta direttament ma' l-akkwist ta' kwoti ma tista' tingħata minn kwalunkwe awtorità għall-bejgħ, it-trasferiment jew l-allokazzjoni ta' kwoti taħt din it-Taqsima.

Subtaqsima III

Kwota maqbuża

Artikolu 78

Imposta għaż-żejjed

1.   Għandha titħallas imposta għaż-żejjed fuq il-ħalib u prodotti oħra tal-ħalib ikkummerċjalizzati li jaqbżu l-kwota nazzjonali kif stabbilit skond is-Subtaqsima II.

L-imposta għandha tkun stabbilita, għal kull 100 kilogramma ta' ħalib, f'EUR 27,83.

2.   L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli lejn il-Komunità għall-imposta għaż-żejjed li tirriżulta mill-kwantitajiet maqbużin tal-kwota nazzjonali, iddeterminata nazzjonalment u separatament għal provvisti u bejgħ dirett, u bejn is-16 ta' Ottubru u t-30 ta' Novembru wara l-perijodu ta' 12-il xahar kkonċernat, għandhom iħallsuha 99 % ta' l-ammont dovut, lill-FAEG.

3.   Jekk l-imposta għaż-żejjed prevista fil-paragrafu 1 ma tħallsitx qabel id-data dovuta u wara konsultazzjoni tal-Kumitat tal-Fondi Agrikoli, il-Kummissjoni għandha tnaqqas somma ekwivalenti għall-imposta għaż-żejjed mhux imħallsa mill-pagamenti ta' kull xahar skond it-tifsira ta' l-Artikoli 14 u 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005. Qabel ma tieħu d-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha twissi lill-Istat Membru konċernat, li għandu jgħarraf il-pożizzjoni tiegħu fi żmien ġimgħa. L-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2040/2000 (61) ma għandux japplika.

4.   Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-arranġamenti għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 79

Kontribut tal-produtturi għall-imposta għaż-żejjed dovuta

L-imposta għaż-żejjed għandha tkun allokata fis-sħiħ, skond l-Artikoli 77 u 80, fost il-produtturi li ikkontribwew għal kull waħda mill-kwantitajiet maqbużin tal-kwoti nazzjonali msemmijin fl-Artikolu 66(2).

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 80(3) u 83(1), il-produtturi għandhom ikunu responsabbli fil-konfront ta' l-Istati Membri għall-ħlas tal-kontribut tagħhom għall-imposta għaż-żejjed dovuta, ikkalkulata skond l-Artikoli 69, 70 u 80, għas-sempliċi raġuni li qabżu l-kwoti disponibbli tagħhom.

Artikolu 80

Imposta għall-bilanċ favorevoli fuq il-kunsinni

1.   Sabiex titfassal id-dikjarazzjoni definittiva dwar l-imposta għaż-żejjed, il-kwantitajiet konsenjati minn kull produttur għandhom jiżdiedu jew jitnaqqsu sabiex jirriflettu kwalunkwe differenza bejn il-kontenut veru tax-xaħam u l-kontenut ta' referenza tax-xaħam, permezz ta' koeffiċjenti u fuq termini li għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni.

2.   Meta, fil-livell nazzjonali, is-somma tal-kunsinni aġġustata skond il-paragrafu 1 hi inqas mill-kunsinni li fil-fatt saru, l-imposta għaż-żejjed għandha tkun ikkalkulata abbażi ta' din ta' l-aħħar. F'tali każijiet, kull aġġustament għat-tnaqqis għandu jkun imnaqqas proporzjonalment sabiex is-somma ta' kunsinni aġġustati tkun konformi mal-kunsinni li fil-fatt saru.

Meta s-somma tal-kunsinni aġġustati skond il-paragrafu 1 hi akbar mill-kunsinni li fil-fatt saru, l-imposta għaż-żejjed għandha tkun ikkalkulata abbażi ta' din ta' l-ewwel.

3.   Il-kontribut ta' kull produttur għall-ħlas ta' l-imposta għaż-żejjed għandu jkun stabbilit minn deċiżjoni ta' l-Istat Membru, wara li kwalunkwe parti mhux użata tal-kwota nazzjonali allokata għal kunsinni tkun ġiet jew ma tkunx ġiet riallokata, fi proporzjon tal-kwoti individwali ta' kull produttur jew skond kriterji oġġettivi li għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri:

(a)

jew f'livell nazzjonali abbażi ta' l-ammont li fih ġiet maqbuża l-kwota ta' kull produttur,

(b)

jew l-ewwel fuq il-livell tax-xerrej u minn hemm 'il quddiem f'livell nazzjonali kif meħtieġ.

Artikolu 81

Rwol tax-xerrejja

1.   Ix-xerrejja għandhom ikunu responsabbli għall-ġbir mill-produtturi ta' kontributi dovuti minn dawn ta' l-aħħar minħabba l-imposta għaż-żejjed u għandhom iħallsu lill-korp kompetenti ta' l-Istat Membru, qabel data u skond proċedura li għandha tkun stabbilita mill-Kummissjoni, l-ammont ta' dawn il-kontributi mnaqqas mill-prezz tal-ħalib imħallas lill-produtturi responsabbli għal kwantità żejda jew, f'nuqqas ta' dan, miġbur bi kwalunkwe mod ieħor adatt.

2.   Meta xerrej jissostitwixxi għal kollox jew parzjalment xerrej jew aktar xerrejja oħrajn, il-kwoti individwali disponibbli lill-produtturi għandhom jittieħdu f'konsiderazzjoni għall-bqija tal-perijodu ta' tnax-il xahar li għaddej, wara t-tnaqqis ta' kwantitajiet diġà konsenjati u b'kont meħud tal-kontenut ta' xaħam tagħhom.Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll meta produttur jittrasferixxi minn xerrej għal ieħor.

3.   Meta, matul perijodu ta' referenza, il-kwantitajiet konsenjati minn produttur jaqbżu l-kwota disponibbli ta' dak il-produttur, l-Istat Membru relevanti jista' jiddeċiedi li x-xerrej għandu jnaqqas parti mill-prezz tal-ħalib fi kwalunkwe kunsinna mill-produttur konċernat li jaqbeż il-kwota, bħala ħlas bil-quddiem tal-kontribut tal-produttur, skond regoli dettaljati stabbiliti mill-Istat Membru. L-Istat Membru jista' jagħmel arranġamenti speċifiċi sabiex ix-xerrejja jkunu jistgħu jnaqqsu dan il-ħlas bil-quddiem meta l-produtturi jikkonsenjaw lil diversi xerrejja.

Artikolu 82

Approvazzjoni

L-istatus ta' xerrej għandu jkun suġġett għall-approvazzjoni minn qabel mill-Istat Membru skond kriterji li għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni.

Il-kondizzjonijiet li għandhom ikunu sodisfatti u l-informazzjoni li għandha tingħata mill-produtturi fil-każ ta' bejgħ dirett għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni.

Artikolu 83

Imposta għaż-żejjed fuq il-bejgħ dirett

1.   Fil-każ ta' bejgħ dirett, il-kontribut ta' kull produttur għall-ħlas ta' l-imposta għaż-żejjed għandu jkun stabbilit minn deċiżjoni ta' l-Istat Membru, wara li kwalunkwe parti mhux użata tal-kwota nazzjonali allokata għall-bejgħ dirett tkun ġiet jew ma tkunx ġiet riallokata, fil-livell territorjali xieraq jew f'livell nazzjonali.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-bażi tal-kalkolu tal-kontribut tal-produttur għall-imposta għaż-żejjed dovuta fuq il-kwantità totali ta' ħalib mibjugħ, trasferut jew użat għall-manifattura ta' prodotti tal-ħalib jew trasferut permezz ta' kriterji stabbiliti mill-Kummissjoni.

3.   Ma għandu jittieħed kont ta' l-ebda korrezzjoni marbuta mal-kontenut tax-xaħam għall-fini tat-tfassil tad-dikjarazzjoni definittiva dwar l-imposta għaż-żejjed.

4.   Il-Kummissjoni għandha tiddetermina kif u meta l-imposta għaż-żejjed għandha titħallas lill-korp kompetenti ta' l-Istat Membru.

Artikolu 84

Ammonti mħallsa f'eċċess jew mhux imħallsa

1.   Meta, fil-każ ta' kunsinni jew bejgħ dirett, l-imposta għaż-żejjed tkun trid titħallas u l-kontribut miġbur mill-produtturi hu akbar minn dik l-imposta, l-Istat Membru jista':

(a)

juża' l-eċċess kollu jew parti minnu sabiex jiffinanzja l-miżuri fil-punt (a) ta' l-Artikolu 75(1), u/jew

(b)

iqassmu mill-ġdid parzjalment jew totalment lill-produtturi li:

jaqgħu taħt kategoriji prijoritarji stabbiliti mill-Istat Membru abbażi ta' kriterji oġġettivi u f'perijodu li għandu jkun stabbilit mill-Kummissjoni, jew

huma affettwati minn sitwazzjoni eċċezzjonali minħabba regola nazzjonali mhux konnessa mas-sistema tal-kwota għall-ħalib jew prodotti oħra tal-ħalib stabbilita minn dan il-Kapitolu.

2.   Meta hu stabbilit li ma għandha titħallas l-ebda imposta għaż-żejjed, kwalunkwe pagament bil-quddiem miġbur minn xerrejja jew mill-Istat Membru għandu jkun rimborżat mhux aktar tard mill-aħħar tal-perijodu ta' tnax-il xahar li jmiss.

3.   Meta xerrej ma jirrispettax l-obbligu li jiġbor il-kontribut tal-produtturi għall-imposta għaż-żejjed skond l-Artikolu 81, l-Istat Membru jista' jiġbor ammonti mhux imħallsa direttament mill-produttur, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe penalità li hu jista' jimponi fuq ix-xerrej inadempjenti.

4.   Meta produttur jew xerrej jonqos milli jirrispetta l-limitu ta' żmien għall-ħlas, l-interessi fuq l-arretrati li għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni għandhom jitħallsu lill-Istat Membru.

Taqsima IV

Dispożizzjonijiet proċedurali

Artikolu 85

Regoli implimentattivi

Il-Kummissjoni għandha tadotta r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu li jistgħu jikkonċernaw, b'mod partikolari:

(a)

informazzjoni supplimentari li għandha tkun ippreżentata minn impriżi approvati msemmijin fl-Artikolu 57 kif ukoll il-kriterji għal pieni amministrattivi, sospensjonijiet u irtirar ta' l-approvazzjoni ta' l-impriżi;

(b)

l-istabbiliment u l-komunikazzjonijiet ta' l-ammonti msemmijin fl-Artikolu 58 u l-imposta għaż-żejjed imsemmija fl-Artikolu 64;

(ċ)

derogi mid-dati stabbiliti fl-Artikolu 63.

KAPITOLU IV

Skemi ta' għajnuna

Taqsima I

Għajnuna għall-ipproċessar

Subtaqsima I

Għalf Imnixxef

Artikolu 86

Impriżi eliġibbli

1.   L-għajnuna għall-ipproċessar fir-rigward tal-prodotti tas-settur ta' l-għalf imnixxef għandha tingħata lill-impriżi li jipproċessaw prodotti ta' dak is-settur li jaqgħu taħt mill-inqas waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(a)

proċessuri li kkonkludew kuntratti ma' produtturi tal-għalf għat-tnixxif. Meta kuntratt ikun kuntratt ta' ordni speċjali għall-ipproċessar ta' għalf konsenjat minn produttur, hu għandu jkun fih klawsola li tistipola obbigu għall-impriżi ta' pproċessar li jħallsu lill-produttur l-għajnuna rċevuta għall-kwantità proċessata taħt il-kuntratt;

(b)

impriżi li pproċessaw l-għelejjel tagħhom stess jew, fil-każ ta' grupp, dawk tal-membri tagħhom;

(ċ)

impriżi li akkwistaw il-provvisti tagħhom minn persuni fiżiċi jew legali li kkonkludew kuntratti ma' produtturi ta' l-għalf għat-tnixxif.

2.   L-għajnuna prevista fil-paragrafu 1 għandha titħallas fir-rigward ta' għalf imnixxef li ħalla l-impjant ta' pproċessar u li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

il-kontenut massimu ta' ndewwa tiegħu hu minn 11 % sa 14 % li jista' jvarja skond il-preżentazzjoni tal-prodott;

(b)

il-kontenut minimu totali ta' proteini mhux raffinati fil-materja niexfa hu mhux inqas minn:

(i)

15 % għall-prodotti msemmijin fil-punt (a) u t-tieni inċiż tal-punt (b) tal-Parti IV ta' l-Anness I;

(ii)

45 % għall-prodotti msemmijin fl-ewwel inċiż tal-punt (b) tal-Parti IV ta' l-Anness I;

(ċ)

hu ta' kwalità kummerċjali tajba u ġusta.

Artikolu 87

Pagament bil-quddiem

1.   Impriżi ta' pproċessar għandhom ikunu ntitolati għal pagament bil-quddiem ta' EUR 19,80 għal kull tunnellata, jew EUR 26,40 għal kull tunnellata jekk ikunu ddepożitaw garanzija ta' EUR 6,60 għal kull tunnellata.

L-Istati Membri għandhom jeffettwaw il-kontrolli meħtieġa sabiex jivverifikaw id-dritt għall-għajnuna. Ladarba d-dritt ikun stabbilit il-pagament bil-quddiem għandu jitħallas.

Madankollu, il-pagament bil-quddiem jista' jitħallas qabel ikun stabbilit id-dritt sakemm il-proċessur ikun iddepożita garanzija li tkun ugwali għall-ammont tal-pagament bil-quddiem biż-żieda ta' 10 %. Din il-garanzija għandha sservi wkoll ta' sigurtà għall-finijiet ta' l-ewwel subparagrafu. Din għandha titnaqqas sal-livell speċifikat fl-ewwel subparagrafu hekk kif id-dritt għall-għajnuna jkun ġie stabbilit u għandha tkun rilaxxata interament meta l-bilanċ ta' l-għajnuna jiġi mħallas.

2.   L-ebda pagament bil-quddiem ma jista' jitħallas qabel ma' l-għalf imnixxef ikun ħalla lill-impriża ta' pproċessar.

3.   Meta pagament bil-quddiem ikun tħallas, il-bilanċ li jammonta għad-differenza bejn l-ammont tal-pagament bil-quddiem u l-għajnuna totali dovuta lill-impriża ta' pproċessar għandu jitħallas suġġett għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 88(2).

4.   Meta l-pagament bil-quddiem jeċċedi t-total li għalih hi intitolata l-impriża ta' pproċessar wara l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 88(2), il-proċessur għandu jirrimborża l-eċċess lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru fuq talba.

Artikolu 88

Rata ta' l-għajnuna

1.   L-għajnuna prevista fl-Artikolu 83 għandha tkun stabbilita għal EUR 33/tunnellata.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, meta matul sena ta' kummerċjalizzazzjoni l-volum ta' għalf imnixxef li għalih ġiet mitluba l-għajuna jeċċedi l-kwantità massima garantita stabbilita fl-Artikolu 89, l-għajnuna għandha titnaqqas f'kull Stat Membru li fih il-produzzjoni teċċedi l-kwantità nazzjonali garantita billi titnaqqas in-nefqa bħala funzjoni tal-perċentaġġ tas-somma tal-kwantitajiet maqbużin rappreżentati mill-kwantità maqbuża ta' dak l-Istat Membru.

It-tnaqqis għandu jkun stabbilit mill-Kummissjoni f'livell li jiżgura li n-nefqa tal-baġit ma taqbiżx dak li kien jinkiseb li kieku ma nqabżitx il-kwantità massima garantita.

Artikolu 89

Kwantità garantita

Kwantità massima garantita għal kull sena ta' kummerċjalizzazzjoni ta' 4 960 723 tunnellata ta' għalf deidratat u/jew imnixxef bix-xemx li għalih tista' tingħata l-għajnuna prevista fl-Artikolu 86 hija b'dan stabbilita. Dik il-kwantità għandha titqassam fost l-Istati Membri konċernati bħala kwantitajiet nazzjonali garantiti skond il-punt B ta' l-Anness XI.

Artikolu 90

Regoli implimentattivi

Il-Kummissjoni għandha tadotta r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' din is-Subtaqsima li tista', b'mod partikolari, tinkludi regoli dwar:

(a)

dikjarazzjonijiet li għandhom ikunu ppreżentati mill-impriżi meta japplikaw għall-għajnuna;

(b)

kondizzjonijiet li għandhom ikunu rispettati għad-determinazzjoni ta' l-eliġibbiltà għall-għajuna, b'mod partikolari rigward iż-żamma ta' rekords ta' l-istokk u dokumenti ġustifikattivi oħra;

(ċ)

l-għoti ta' l-għajnuna prevista f'din is-Subtaqsima u l-pagament bil-quddiem, kif ukoll ir-rilaxx tal-garanziji, previst fl-Artikolu 87(1);

(d)

il-kondizzjonijiet u l-kriterji li għandhom ikunu sodisfatti mill-impriżi msemmijin fl-Artikolu 83 u, fil-każ fejn l-impriżi jiksbu l-provvisti tagħhom minn persuni fiżiċi jew legali, ir-regoli dwar il-garanziji li għandhom jingħataw minn dawk il-persuni;

(e)

it-termini ta' approvazzjonijiet tax-xerrejja ta' għalf għall-inxif, li għandhom ikunu applikati mill-Istati Membri;

(f)

il-kriterji għad-determinazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti l-Artikolu 86(2);

(g)

il-kriterji li għandhom ikunu sodisfatti għall-konklużjoni ta' kuntratti u l-informazzjoni li għandu jkun fihom;

(h)

l-applikazzjoni tal-kwantità massima garantita stabbilita l-Artikolu 89;

(i)

aktar rekwiżiti għal dawk stipulati fl-Artikolu 83, b'mod partikolari dwar il-kontenut tal-karoten u tal-fibra.

Subtaqsima II

Kittien imkabbra għall-Fibra

Artikolu 91

Eliġibbiltà

1.   Għandha tingħata għajnuna għall-ipproċessar tat-tiben tal-kittien imkabbra għall-fibra lil proċessuri primarji awtorizzati abbażi tal-kwantità ta' fibra fil-fatt miksuba mit-tiben li għaliha ġie konkluż kuntratt ta' bejgħ ma' bidwi.

Madankollu, f'każijiet fejn il-bdiewa jibqgħu sidien tat-tiben li qed jiġi pproċessat għalihom minn proċessur primarju awtorizzat permezz ta' kuntratt u jipprovaw li huma poġġew fis-suq il-fibri miksuba, l-għajnuna għandha tingħata lill-bdiewa.

F'każijiet fejn il-proċessur primarju awtorizzat u l-bidwi huma l-istess persuna, il-kuntratt ta' bejgħ għandu jkun sostitwit b'impenn mill-parti konċernata li ser twettaq l-ipproċessar hija stess.

2.   Għall-finijiet ta' din is-Subtaqsima, “proċessur primarju awtorizzat” tfisser persuna fiżika jew legali jew grupp ta' persuni fiżiċi jew legali, irrispettivament mill-istatus legali tagħha/tiegħu taħt il-liġi nazzjonali, jew dak tal-membri, li ġiet/ġie awtorizzata/awtorizzat mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinsabu l-faċilitajiet tagħha/tiegħu għall-produzzjoni tal-fibra tal-kittien.

Artikolu 92

Rata ta' l-għajnuna

1.   L-ammont ta' għajnuna għall-ipproċessar prevista fl-Artikolu 88 għandu jkun stabbilit f'EUR 200 għal kull tunnellata ta' fibra twila tal-kittien.

2.   Il-kwantitajiet ta' fibra eliġibbli għall-għajuna għandha tkun limitata abbażi ta' l-oqsma li kienu s-suġġett ta' wieħed mill-kuntratti jew impenji msemmijin fl-Artikolu 91.

Il-limiti msemmijin fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri sabiex jirrispettaw il-kwantitajiet nazzjonali garantiti msemmijin fl-Artikolu 94.

Artikolu 93

Pagament bil-quddiem

Fuq it-talba ta' proċessuri primarji awtorizzati, pagament bil-quddiem għandu jitħallas fuq l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 91 abbażi tal-kwantità ta' fibra miksuba.

Artikolu 94

Kwantità garantita

1.   Kwantità massima garantita ta' 80 878 tunnellata għal kull sena ta' kummerċjalizzazzjoni għandha tkun stabbilita għall-fibra twila tal-kittien li għaliha tista' tingħata l-għajnuna. Dik il-kwantità għandha titqassam fost ċerti Stati Membri konċernati bħala kwantitajiet nazzjonali garantiti skond il-punt A ta' l-Anness XI.

2.   F'każijiet fejn il-fibra miksuba fi Stat Membru wieħed toriġina minn tiben prodott fi Stat Membru ieħor, il-kwantitajiet ta' fibra konċernata għandha titpaċa mal-kwantità nazzjonali garantita ta' l-Istat Membru li fih inħasad it-tiben. L-għajnuna għandha titħallas mill-Istat Membru li mal-kwantità nazzjonali garantita tiegħu saret tali tpaċija.

Artikolu 95

Regoli implimentattivi

Il-Kummissjoni għandha tadotta r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' din is-Subtaqsima li tista', b'mod partikolari, tinkludi regoli dwar:

(a)

il-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta' proċessuri primarji msemmijin fl-Artikolu 91;

(b)

il-kondizzjonijiet li jridu jintlaħqu mill-proċessuri primarji approvati rigward il-kuntratti ta' bejgħ u l-impenji imsemmijin fl-Artikolu 91(1);

(ċ)

ir-rekwiżiti li għandhom ikunu sodisfatti mill-bdiewa fil-każ imsemmi fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 91(1);

(d)

il-kriterji li għandhom jiġu sodisfatti mill-fibra twila tal-kittien;

(e)

il-kondizzjonijiet għall-għoti ta' għajnuna u l-pagament bil-quddiem, u b'mod partikolari prova ta' l-ipproċessar tat-tiben;

(f)

il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti għall-istabbiliment tal-limiti msemmijin fl-Artikolu 92(2);

Taqsima II

Rifużjoni fuq il-produzzjoni

Artikolu 96

Rifużjoni fuq il-produzzjoni għal-lamtu

1.   Tista' tingħata rifużjoni fuq il-produzzjoni:

(a)

għal lamtu miksub mill-qamħirrun, mill-qamħ jew mill-patata għal ċertu derivati użati fil-manifattura ta' ċerti prodotti, li lista tagħhom għandha tkun stabbilita mill-Kummissjoni;

(b)

fl-assenza ta' produzzjoni domestika sinifikanti ta' ċereali oħrajn għall-produzzjoni tal-lamtu, għall-kwantitajiet ta' lamtu li ġejjin, miksuba kull sena ta' kummerċjalizzazzjoni fil-Finlandja u l-Isvezja minn xhir u ħafur, sakemm dan ma jinvolvix żieda fil-livell tal-produzzjoni tal-lamtu minn dawk iż-żewġ ċereali:

(i)

50 000 tunnellata metrika fil-Finlandja,

(ii)

10 000 tunnellata metrika fl-Isvezja.

2.   Ir-rifużjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun stabbilita mill-Kummissjoni perjodikament.

Artikolu 97

Rifużjoni fuq il-produzzjoni fis-settur taz-zokkor

1.   Tista' tingħata rifużjoni fuq il-produzzjoni għall-prodotti tas-settur taz-zokkor elenkati fil-punti (b) sa (e) tal-Parti III ta' l-Anness I jekk iz-zokkor żejjed jew iz-zokkor importat, l-isoglukożju żejjed jew il-ġulepp ta' l-inulina żejjed mhux disponibbli bi prezz korrispondenti mal-prezz dinji għall-manifattura tal-prodotti msemmijin fl-Artikolu 62(2)(b) u (ċ).

2.   Ir-rifużjoni fuq il-produzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun stabbilita b'kont meħud b'mod partikolari ta' l-ispejjeż li joħorġu mill-użu ta' zokkor importat li l-industrija jkollha ġġorr fil-każ ta' provvista fis-suq dinji u l-prezz taz-zokkor żejjed disponibbli fis-suq Komunitarju jew il-prezz ta' referenza jekk ma jkunx hemm zokkor żejjed.

Artikolu 98

Kondizzjonijiet għall-għoti

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-kondizzjonijiet għall-għoti tar-rifużjonijiet fuq il-produzzjoni msemmijin f'din it-Taqsima, kif ukoll l-ammont ta' tali rifużjonijiet u, fir-rigward tar-rifużjoni fuq il-produzzjoni għaz-zokkor prevista fl-Artikolu 97, il-kwantitajiet eliġibbli.

Taqsima III

Għajnuniet fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib

Artikolu 99

Għajnuna għall-ħalib xkumat u trab tal-ħalib xkumat għall-użu bħala għalf

1.   Għandha tingħata għajnuna għall-ħalib xkumat u trab tal-ħalib xkumat maħsub għall-użu bħala għalf, skond kondizzjonijiet u standards tal-prodott li għandhom ikunu determinati mill-Kummissjoni.

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, xorrox tal-butir u trab tax-xorrox tal-butir għandhom jitqiesu bħala ħalib xkumat u trab tal-ħalib xkumat.

2.   L-ammonti ta' għajnuna għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni b'kont meħud tal-fatturi li ġejjin:

(a)

il-prezz ta' referenza stabbilit fil-punt (e)(ii) ta' l-Artikolu 8(1) għat-trab tal-ħalib xkumat;

(b)

l-iżvilupp tas-sitwazzjoni tal-provvista rigward il-ħalib xkumat u t-trab tal-ħalib xkumat, u l-iżviluppi fl-użu tagħhom bħala għalf;

(ċ)

xejriet fil-prezzijiet ta' l-għoġġiela;

(d)

xejriet fil-prezzijiet tas-suq għall-proteini f'kompetizzjoni meta mqabbla ma' dawk għat-trab tal-ħalib xkumat.

Artikolu 100

Għajnuna għall-ħalib xkumat proċessat f'kaseina u kaseinati

1.   Għandha tingħata għajnuna għall-ħalib xkumat prodott fil-Komunità li hu proċessat f'kaseina u kaseinati, skond kondizzjonijet u standards tal-prodott ta' tali ħalib u tal-kaseina jew kaseinati prodotti minnu li għandhom ikunu determinati mill-Kummissjoni.

2.   L-għajnuna għandha tkun stabbilita mill-Kummissjoni b'kont meħud tal-fatturi li ġejjin:

(a)

il-prezz ta' referenza għat-trab tal-ħalib xkumat, jew il-prezz tas-suq għat-trab tal-ħalib xkumat magħmul mill-proċess ta' spray ta' l-iprem kwalità, jekk dak il-prezz jeċċedi l-prezz ta' referenza;

(b)

il-prezzijiet tas-suq għall-kaseina u l-kaseinati fis-swieq Komunitarji u tad-dinja.

L-għajnuna tista' tvarja, skond jekk il-ħalib xkumat huwiex proċessat f'kaseina jew kaseinati u skond il-kwalità ta' dawk il-prodotti.

Artikolu 101

Għajnuna għax-xiri ta' krema, butir u butir konċentrat bi prezzijiet imnaqqsin

Taħt kondizzjonijiet li għandhom ikunu determinati mill-Kummissjoni, meta jakkumulaw kwantitajiet żejda ta' prodotti tal-ħalib jew meta jkun hemm riskju li jakkumulaw, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li għandha tingħata għajuna sabiex il-krema, il-butir u l-butir konċentrat ikunu jistgħu jinxtraw bi prezzijiet imnaqqsin:

(a)

minn istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ;

(b)

minn forzi militari u unitajiet ta' status komparabbli fl-Istati Membri;

(ċ)

minn manifatturi ta' prodotti ta' l-għaġina u ġelat;

(d)

minn manifatturi ta' oġġetti ta' l-ikel oħrajn li għandhom ikunu determinati mill-Kummissjoni;

(e)

għall-konsum dirett ta' butir konċentrat.

Artikolu 102

Għajnuna għall-provvista ta' prodotti tal-ħalib lill-istudenti

1.   Taħt kondizzjonijiet li għandhom ikunu determinati mill-Kummissjoni, għandha tingħata għajnuna Komunitarja sabiex l-istudenti fi stabbilimenti edukattivi jiġu pprovduti b'ċerti prodotti tal-ħalib ipproċessat li għandhom ikunu determinati mill-Kummissjoni li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0401, 0403, 0404 90 u 0406 jew il-kodiċi NM 2202 90.

2.   B'deroga mill-Artikolu 180, minbarra l-għajnuna Komunitarja, l-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna nazzjonali għall-forniment ta' prodotti msemmijin fil-paragrafu 1 għall-istudenti fi stabbilimenti edukattivi. L-Istati Membri jistgħu jiffinanzjaw l-għajnuna nazzjonali tagħhom permezz ta' imposta fuq is-settur tal-prodotti tal-ħalib jew permezz ta' kwalunkwe kontribut ieħor mis-settur tal-prodotti tal-ħalib.

3.   Fil-każ tal-ħalib sħiħ, l-għajnuna Komunitarja għandha tkun ta' EUR 18,15/100 kg.

Fil-każ ta' prodotti tal-ħalib oħrajn, l-ammonti ta' għajnuna għandhom ikunu determinati mill-Kummissjoni b'kont meħud tal-komponenti tal-ħalib tal-prodotti konċernati.

4.   L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata fuq kwantità massima ta' 0,25 ta' litru ta' ħalib ekwivalenti għal kull student u għal kull ġurnata.

Sezzjoni IV

Għajnuniet fis-setturi taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda

Artikolu 103

Għajnuniet għall-organizzazzjonijiet ta' operaturi

1.   Il-Komunità għandha tiffinanzja, permezz ta' l-ammonti miżmuma mill-Istati Membri skond l-Artikolu 110i(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, programmi ta' ħidma ta' tliet snin li għandhom jitfasslu mill-organizzazzjonijiet ta' operaturi msemmijin fl-Artikolu 125 f'wieħed jew aktar mill-oqsma li ġejjin:

(a)

is-segwitu tas-suq u t-tmexxija amministrattiva fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda;

(b)

it-titjib ta' l-impatti ambjentali tal-koltivazzjoni taż-żebbuġ;

(ċ)

it-titjib tal-kwalità produttiva taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda;

(d)

is-sistema ta' traċċabbiltà, iċ-ċertifikazzjoni u l-protezzjoni tal-kwalità taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda, b'mod partikolari l-monitoraġġ tal-kwalità taż-żjut taż-żebbuġa mibjugħa lill-konsumaturi finali, taħt l-awtorità ta' l-amministraturi nazzjonali;

(e)

id-disseminazzjoni ta' informazzjoni dwar l-attivitajiet imwettqa mill-organizzazzjonijiet ta' operaturi bil-għan li tittejjeb il-kwalità taż-żejt taż-żebbuġa.

2.   Il-finanzjament Komunitarju massimu għall-programmi ta' ħidma msemmijin fil-paragrafu 1 għandu jkun daqs il-parti ta' l-ammonti miżmuma mill-Istati Membri. Dan il-finanzjament għandu jikkonċerna l-ispiża eliġibbli b'massimu ta':

(a)

100 % għall-attivitajiet fl-oqsma msemmijin fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1;

(b)

100 % għall-investimenti ta' assi fissi u 75 % għall-attivitajiet l-oħra fil-qasam imsemmi fil-punt (ċ) tal-paragrafu 1;

(ċ)

75 % għall-programmi ta' ħidma mwettqa f'mill-inqas tliet pajjiżi terzi jew Stati Membri mhux produtturi permezz ta' organizzazzjonijiet ta' operaturi approvati minn ta' l-inqas żewġ Stati Membri produtturi fl-oqsma msemmijin fil-punti (d) u (e) tal-paragrafu 1, u 50 % għall-attivitajiet l-oħra f'dawn l-oqsma.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw finanzjament komplimentari sa 50 % ta' l-ispejjeż mhux koperti mill-finanzjament Komunitarju.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu u b'mod partikolari l-proċeduri għall-approvazzjoni ta' programmi ta' ħidma mill-Istati Membri u t-tipi ta' attivitajiet eliġibbli taħt tali programmi.

3.   Mingħajr preġiduzzju għal kwalunkwe dispożizzjonijiet speċifiċi li jistgħu jkunu adottati mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 194, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu rispettati l-kondizzjonijiet għall-għoti ta' finanzjament Komunitarju. Għal dak il-għan, huma għandhom iwettqu verifika tal-programmi ta' ħidma u pjan ta' kontroll li jinvolvi kampjun determinat abbażi ta' analiżi tar-riskju u li jkopri ta' l-inqas 30 % kull sena ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi u l-organizzazzjonijiet ta' operaturi l-oħrajn kollha li jirċievu finanzjament Komunitarju taħt dan l-Artikolu.

Taqsima V

Fond komunitarju tat-tabakk

Artikolu 104

Fond tat-Tabakk

1.   Għandu jkun stabbilit Fond Komunitarju tat-Tabakk (minn hawn 'il quddiem 'il-Fond') sabiex ikunu ffinanzjati miżuri fl-oqsma li ġejjin:

(a)

it-titjib ta' l-għarfien pubbliku ta' l-effetti ħżiena tal-forom kollha tal-konsum tat-tabakk, b'mod partikolari permezz ta' informazzjoni u edukazzjoni, appoġġ għall-ġbir tad-data sabiex ikunu stabbiliti xejriet tal-konsum tat-tabakk u sabiex isiru studji epidemjoloġiċi dwar in-nikotiniżmu fil-Komunità, u studju dwar il-prevenzjoni tan-nikotiniżmu;

(b)

miżuri speċifiċi sabiex jgħinu lill-koltivaturi tat-tabakk jaqilbu għal għelejjel oħrajn jew attivitajiet ekonomiċi oħrajn li joħolqu l-impieg u studji dwar il-possibbiltajiet għal koltivaturi tat-tabakk li jagħmlu dan.

2.   Il-Fond għandu jkun iffinanzjat:

(a)

għall-ħsad ta' l-2002 bi tnaqqis ta' 2 % u għall-ħsad ta' l-2003, 2004 u l-2005, bi tnaqqis ta 3 % tal-premium previst fit-Titolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92 kif applikabbli sa u li jinkludi l-ħsad ta' l-2005 għall-finanzjament ta' kwalunkwe tip ta' miżuri previsti fil-paragrafu 1;

(b)

għas-snin kalendarji 2006 u 2007, skond l-Artikolu 110m tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.

Taqsima VI

Dispożizzjonijiet speċjali għas-settur ta' l-apikoltura

Artikolu 105

Kamp ta' Applikazzjoni

1.   Bil-ħsieb li jitjiebu l-kondizzjonijiet ġenerali għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti ta' l-apikoltura, l-Istati Membri jistgħu jfasslu programm nazzjonali għal perijodu ta' tliet snin, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“programm apikoltura”.

2.   B'deroga mill-Artikolu 180, l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat m'għandhomx japplikaw:

(a)

għall-kontribut finanzjarju provdut mill-Istati Membri għal miżuri suġġetti għal appoġġ Komunitarju skond din it-Taqsima;

(b)

għal għajnuniet speċifiċi għall-ħarsien ta' ażjendi tan-naħal imġiebaħ żvantaġġati minn kondizzjonijiet strutturali jew naturali jew taħt programmi ta' żvilupp ekonomiku, ħlief għal dawk allokati għall-produzzjoni jew għall-kummerċ.

L-għajnuniet imsemmijin fil-punt (b) għandhom ikunu notifikati lill-Kummissjoni mill-Istati Membri flimkien mal-komunikazzjoni tal-programm ta' l-apikoltura skond l-Artikolu 109.

Artikolu 106

Miżuri eliġibbli għall-għajnuna

Il-miżuri li jistgħu jiġu nklużi fil-programm ta' l-apikoltura għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

assistenza teknika għal min irabbi n-naħal u grupp ta' nies li jrabbu n-naħal;

(b)

kontroll tal-varroasis;

(ċ)

razzjonalizzazzjoni tat-transumanza;

(d)

miżuri għall-appoġġ ta' laboratorji li jwettqu analiżi tal-proprjetajiet fiżjo-kimiċi ta' l-għasel;

(e)

miżuri għall-appoġġ ta' l-istokkjar mill-ġdid ta' ġarer tan-naħal fil-Komunità;

(f)

koperazzjoni ma' korpi speċjalizzati għall-implimentazzjoni ta' programmi ta' riċerka applikati fil-qasam tat-trobbija tan-naħal u l-prodotti ta' l-apikoltura.

Miżuri ffinanzjati mill-FAEŻR skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (62) għandhom ikunu esklużi mill-programm apikoltura.

Artikolu 107

Studju ta' l-istruttura tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni fis-settur tat-trobbija tan-naħal

Sabiex ikunu eliġibbli għall-ko-finanzjament previst fl-Artikolu 108(1), l-Istati Membri għandhom iwettqu studju ta' l-istruttura tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni fis-settur tat-trobbija tan-naħal fit-territorju tagħhom.

Artikolu 108

Finanzjament

1.   Il-Komunità għandha tipparteċipa fil-finanzjament għall-programmi ta' l-apikoltura ekwivalenti għal 50 % tan-nefqa li ssir mill-Istati Membri.

2.   In-nefqa relatata mal-miżuri meħuda taħt il-programmi ta' l-apikoltura għandha ssir mill-Istati Membri sal-15 ta' Ottubru ta' kull sena.

Artikolu 109

Konsultazzjoni

Il-programm apikoltura għandu jitfassal b'kollaborazzjoni mill-qrib ma' l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi u l-koperattivi għat-trobbija tan-naħal. Dan għandu jiġi preżentat lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni.

Artikolu 110

Regoli implimentattivi

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' din it-Taqsima.

Taqsima VII

Għajnuniet fis-settur tad-dud tal-ħarir

Artikolu 111

Għajnuna li għandha tingħata lil dawk li jrabbu d-dud tal-ħarir

1.   Għandha tingħata għajnuna għad-dud tal-ħarir li jaqa' taħt il-Kodiċi NM eż 0106 90 00 u għall-bajd tad-dud tal-ħarir li jaqa' taħt il-Kodiċi NM ex 0511 99 85 imrobbi fil-Komunità.

2.   L-għajnuna għandha tingħata lil dawk li jrabbu d-dud tal-ħarir għal kull kaxxa bajd tad-dud tal-ħarir użata, bil-kondizzjonijiet li l-kaxxi jkollhom kwantità minima ta' bajd, li għandha tkun stabbilità, u li d-dud ikunu trabbew b'suċċess.

3.   L-għajnuna għal kull kaxxa bajd tad-dud tal-ħarir użata għandha tkun ta' EUR 133,26.

Artikolu 112

Regoli implimentattivi

Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' din it-Taqsima li għandhom ikopru, b'mod partikolari, il-kwantità minima ta' bajd imsemmija fl-Artikolu 111(2).

TITOLU II

REGOLI DWAR IL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI U L-PRODUZZJONI

KAPITOLU I

Standards ta' kummerċjalizzazzjoni u kondizzjonijiet għall-produzzjoni

Taqsima I

Standards ta' kummerċjalizzazzjoni

Artikolu 113

Standards ta' kummerċjalizzazzjoni

1.   Jista' jsir provvediment mill-Kummissjoni għall-istandards ta' kummerċjalizzazzjoni għal wieħed jew aktar mill-prodotti tas-setturi li ġejjin:

(a)

żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-mejda fir-rigward tal-prodotti msemmijin fil-punt (a) tal-Parti VII ta' l-Anness I;

(b)

banana;

(ċ)

pjanti ħajjin;

2.   L-istandards imsemmijin fil-paragrafu 1:

(a)

għandhom jiġu stabbiliti b'kont meħud, b'mod partikolari, ta':

(i)

l-ispeċifiċitajiet tal-prodotti konċernati;

(ii)

il-ħtieġa li jiġu żgurati l-kondizzjonijiet għal disponiment bla xkiel ta' dawk il-prodotti fuq is-suq;

(iii)

l-interess tal-konsumaturi li jirċievu informazzjoni dwar il-prodott adegwata u trasparenti;

(iv)

fir-rigward taż-żjut taż-żebbuġa msemmijin fil-punt (a) tal-Parti VII ta' l-Anness I, it-tibdil fil-metodi użati sabiex jiġu ddeterminati l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi tagħhom;

(b)

jistgħu jirrelataw b'mod partikolari, mal-kwantità, il-gradar, il-piż, id-daqs, l-ippakkjar, it-tgeżwir, il-ħażna, it-trasport, il-preżentazzjoni, l-oriġini u t-tikkettar.

3.   Ħlief kif previst mod ieħor mill-Kummissjoni skond il-kriterji msemmijin fil-punt (a) tal-paragrafu 2, il-prodotti li għalihom ġew stabbiliti standards ta' kummerċjalizzazzjoni jistgħu jiġu kummerċjalizzati fil-Komunità biss jekk ikunu f'konformità ma' tali standards.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjonijiet speċifiċi li jistgħu jkunu adottati mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 194, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw jekk dawk il-prodotti humiex konformi ma' dawk l-istandards u għandhom japplikaw penalitajiet kif inhu xieraq.

Artikolu 114

Standards ta' kummerċjalizzazzjoni għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

1.   Oġġetti ta' l-ikel intiżi għall-konsum mill-bniedem jistgħu jkunu kummerċjalizzati bħala ħalib u prodotti tal-ħalib biss jekk jikkonformaw mad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Anness XII.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-eżenzjonijiet previsti fil-liġi Komunitarja u għall-miżuri għall-ħarsien tas-saħħa pubblika, ħalib li jaqa' fil-kodiċi tan-NM 0401 intiż għall-konsum mill-bniedem jista' jkun kummerċjalizzat biss fil-Komunità skond l-Anness XIII u, b'mod partikolari, mad-definizzjonijiet stabbiliti fil-punt I tiegħu.

Artikolu 115

Standards ta' kummerċjalizzazzjoni għax-xaħmijiet

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 114(1) jew għal kwalunkwe dispożizzjoni adottata fis-setturi veterinarji u ta' l-oġġetti ta' l-ikel sabiex ikun żgurat li l-prodotti jkunu konformi ma' l-istandards ta' iġjene u saħħa u sabiex tkun imħarsa s-saħħa ta' l-annimali u tal-bniedem, l-istandards stabbiliti fl-Anness XV għandhom japplikaw għall-prodotti li ġejjin li għandhom kontenut ta' xaħam ta' mill-inqas 10 % iżda anqas minn 90 % bil-piż, intenzjonati għall-konsum mill-bniedem:

(a)

xaħmijiet tal-ħalib li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0405 u ex 2106;

(b)

xaħmijiet li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 1517;

(ċ)

xaħmijiet magħmula minn prodotti tal-pjanti u/jew ta' l-annimali li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 1517 u ex 2106.

Il-kontenut ta' xaħam eskluż il-melħ għandu jkun ta' l-inqas żewġ-terzi tal-materja niexfa.

Madankollu, dawk l-istandards għandhom japplikaw biss għal prodotti li jibqgħu solidi f'temperatura ta' 20 oC, u li huma adatti sabiex jiddelku.

Artikolu 116

Standards ta' kummerċjalizzazzjoni għall-prodotti tas-setturi tal-bajd u tjur

Prodotti tas-setturi tal-bajd u tat-tjur għandhom ikunu kkummerċjalizzati skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness XIV.

Artikolu 117

Ċertifikazzjoni għall-ħops

1.   Prodotti tas-settur tal-ħops, maħsudin jew imħejjija fil-Komunità, għandhom ikunu suġġetti għal proċedura ta' ċertifikazzjoni.

2.   Iċ-ċertifikati jistgħu jinħarġu biss għal prodotti li għandhom il-karatteristiċi kwalitattivi minimi adatti għal stadju speċifiku tal-kummerċjalizzazzjoni. Fil-każ ta' trab tal-ħops, trab tal-ħops b'kontenut ogħla ta' lupulina, estratt tal-ħops u prodotti mħallta tal-ħops, iċ-ċertifikat jista' jinħareġ biss jekk il-kontenut ta' aċidu alfa f'dawn il-prodotti mhux aktar baxx minn dak tal-ħops li minnhom ikunu tħejjew.

3.   Iċ-ċertifikati għandhom jindikaw minn ta' l-inqas:

(a)

il-post jew postijiet ta' produzzjoni tal-ħops;

(b)

is-sena jew snin ta' ħsad;

(ċ)

il-varjetà jew varietajiet.

4.   Il-prodotti tas-settur tal-ħops jistgħu jiġu kkummerċjalizzati jew esportati biss jekk inħareġ ċertifikat kif imsemmi fil-paragrafi 1, 2 u 3.

Fil-każ ta' prodotti importati tas-settur tal-ħops, l-attestazzjoni prevista fl-Artikolu 158(2) għandha titqies ekwivalenti għaċ-ċertifikat.

5.   Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri li jidderogaw mill-paragrafu 1:

(a)

sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti kummerċjali ta' ċerti pajjiżi terzi; jew

(b)

għal prodotti intiżi għal użi speċjali.

Il-miżuri msemmijin fl-ewwel subparagrafu għandhom:

(a)

ma jippreġudikawx il-kummerċjalizzazzjoni normali ta' prodotti li għalihom ikun inħareġ iċ-ċertifikat;

(b)

ikunu akkumpanjati minn garanziji maħsuba sabiex jevitaw kwalunkwe konfużjoni ma' dawk il-prodotti.

Artikolu 118

Standards ta' kummerċjalizzazzjoni għal żjut taż-żebbuġa u żjut tar-residwi taż-żebbuġa

1.   L-użu tad-deskrizzjonijiet u d-definizzjonijiet ta' żjut taż-żebbuġa u żjut tar-residwi taż-żebbuġ stabbiliti fl-Anness XVI għandu jkun obbligatorju rigward il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti konċernati fil-Komunità u, sa fejn ikun kompatibbli ma' regoli obbligatorji internazzjonali, fil-kummerċ ma' pajjiżi terzi.

2.   Iż-żjut imsemmijin fil-punti 1(a) u (b), 3 u 6 ta' l-Anness XVI biss jistgħu jiġu kkummerċjalizzati fl-istadju ta' bejgħ bl-imnut.

Taqsima II

Kondizzjonijiet għall-produzzjoni

Artikolu 119

L-użu ta' kaseina u kaseinati fil-manifattura tal-ġobon

L-użu ta' kaseina u kaseinati fil-manifattura tal-ġobon għandu jkun suġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel li għandha tingħata biss jekk tali użu huwa kondizzjoni meħtieġa għall-manifattura tal-prodotti.

Artikolu 120

Metodu ta' produzzjoni ta' l-alkoħol etiliku agrikolu

Il-metodu ta' produzzjoni u l-karatteristiċi ta' l-alkoħol etiliku agrikolu miksub minn prodott agrikolu speċifiku elenkat fl-Anness I għat-Trattat jista' jiġi stabbilit mill-Kummissjoni.

Taqsima III

Regoli proċedurali

Artikolu 121

Adozzjoni ta' standards, regoli implimentattivi u derogi

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu, li b'mod partikolari huma relatati ma':

(a)

l-istandards ta' kummerċjalizzazzjoni msemmijin fl-Artikolu 113 inkluż regoli dwar derogi mill-istandards, dwar preżentazzjoni ta' partikolarijiet meħtieġa mill-istandards u dwar l-applikazzjoni ta' l-istandards għall-prodotti importati fil-Komunità u l-prodotti esportati mill-Komunità;

(b)

rigward id-definizzjonijiet u d-denominazzjonijiet li jistgħu jintużaw fil-kummerċjalizzazzjoni ta' ħalib u prodotti tal-ħalib skond l-Artikolu 114(1):

(i)

it-tfassil u, fejn meħtieġ, iż-żieda mal-lista ta' prodotti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-punt III.(1) ta' l-Anness XII, abbażi tal-listi mibgħuta lilha mill-Istati Membri;

(ii)

iż-żieda, fejn meħtieġ, mal-lista ta' denominazzjonijiet mogħtija fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-punt II.(2) ta' l-Anness XII;

(ċ)

rigward l-istandards għal xaħmijiet li jiddellku msemmijin fl-Artikolu 115:

(i)

lista ta' prodotti msemmijin fil-punt (a) tat-tielet subparagrafu ta' punt I.(2) ta' l-Anness XV, abbażi tal-listi mibgħuta lill-Kummissjoni mill-Istati Membri;

(ii)

il-metodi ta' analiżi meħtieġa għall-ivverifikar tal-karatteristiċi tal-kompożizzjoni u l-manifattura tal-prodotti msemmijin fl-Artikolu 115;

(iii)

regoli dettaljati għat-teħid ta' kampjuni;

(iv)

regoli dettaljati għall-ksib ta' informazzjoni ta' l-istatistika dwar is-swieq fil-prodotti msemmijin fl-Artikolu 115;

(d)

rigward id-dispożizzjonijiet dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta' bajd stabbiliti fil-Parti A ta' l-Anness XIV:

(i)

definizzjonijiet;

(ii)

il-frekwenza tal-ġbir, kunsinna, preservazzjoni u trattament tal-bajd;

(iii)

il-kriterji dwar il-kwalità, b'mod partikolari l-apparenza tal-qoxra, il-konsistenza ta' l-abjad u l-isfar tal-bajd u t-tul ta' l-ispazju ta' l-arja;

(iv)

gradazzjoni tal-piż, inklużi eċċezzjonijiet;

(v)

l-immarkar tal-bajd u indikazzjonijiet fuq il-pakketti, inklużi eċċezzjonijiet u inklużi r-regoli li għandhom ikunu applikati rigward iċ-ċentri ta' l-ippakkjar;

(vi)

kummerċ ma' pajjiżi terzi;

(vii)

metodi ta' trobbija;

(e)

rigward id-dispożizzjonijiet dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta' laħam tat-tjur imniżżel fil-Parti B. ta' l-Anness XIV:

(i)

definizzjonijiet;

(ii)

il-lista ta' karkassi tat-tjur, partijiet ta' tali karkassi u l-intern, inkluż foie gras li għalih għandha tapplika l-Parti B ta' l-Anness XIV;

(iii)

il-kriterji għall-klassifikazzjoni fit-tifsira tal-punt III (1) tal-Parti B ta' l-Anness XIV;

(iv)

ir-regoli dwar indikazzjonijiet ulterjuri li għandhom jintwerew f'dokumenti kummerċjali akkumpanjanti, l-ittikkettjar, il-preżentazzjoni u l-ippubbliċċizzar ta' laħam tat-tjur intiż għall-konsumatur finali u l-isem li taħtu huwa mibjugħ il-prodott fit-tifsira tal-punt (1) ta' l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2000/13/KE;

(v)

indikazzjonijiet fakultattivi tal-metodu tat-tkessiħ użat u tat-tip ta' trobbija;

(vi)

derogi li jistgħu jkunu applikati f'każ ta' kunsinni lil stabbilimenti ta' tqattigħ jew ipproċessar;

(vii)

ir-regoli li għandhom ikunu applikati rigward il-persentaġġi ta' assorbiment ta' ilma matul it-tħejjija ta' karkassi friski, iffriżati u ffriżati malajr u qatgħat tagħhom kif ukoll l-indikazzjonijiet li għandhom isiru f'dak ir-rigward;

(f)

rigward id-dispożizzjonijiet dwar l-istandards għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' bajd għat-tfaqqis u ta' flieles tat-tjur tar-razzett iniżżlin fil-Parti Ċ ta' l-Anness XIV:

(i)

definizzjonijiet;

(ii)

ir-reġistrazzjoni ta' stabbiliment li jipproduċu jew jikkummerċjalizzaw bajd għat-tifqis jew flieles tat-tjur tar-razzett;

(iii)

indikazzjonijiet li għandhom isiru fuq bajd għat-tifqis, inklużi dawk li għandhom ikunu importati minn jew li għandhom ikunu esportati lil pajjiżi terzi, fuq l-ippakkettjar, kif ukoll ir-regoli li għandhom ikunu applikati rigward flieles li joriġinaw f'pajjiżi terzi;

(iv)

reġistri li għandhom jinżammu minn imfaqas;

(v)

l-użu, għajr dak għall-konsum mill-bniedem, li jista' jsir tal-bajd inkubat imneħħi mill-inkubatur;

(vi)

komunikazzjonijiet minn imfaqas u stabbilimenti oħrajn lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri;

(vii)

dokumenti li akkumpanjanti;

(g)

il-karatteristiċi kwalitattivi minimi għall-prodotti tas-settur tal-ħops imsemmijin fl-Artikolu 117;

(h)

il-metodi ta' analiżi li għadhom jintużaw, fejn applikabbli;

(i)

rigward l-użu ta' kaseina u kaseinati msemmijin fl-Artikolu 119:

(i)

il-kondizzjonijiet li fuqhom l-Istati Membri għandhom jagħtu l-awtorizzazzjonijiet u l-perċentwali massimi li għandhom ikunu inkorporati, abbażi ta' kriterji oġġettivi b'kont meħud ta' x'inhu meħtieġ teknoloġikament.

(ii)

l-obbligi li għandhom ikunu rispettati mill-impriżi awtorizzati skond il-punt (i).

KAPITOLU II

Organizzazzjonijiet ta' produtturi, organizzazzjonijiet ta' bejn fergħat tal-kummerċ, organizzazzjonijiet ta' operaturi

Taqsima I

Prinċipji ġenerali

Artikolu 122

Organizzazzjonijiet ta' produtturi

L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu organizzazzjonijiet ta' produtturi, li:

(a)

huma kostitwiti minn produtturi ta' wieħed mis-setturi li ġejjin:

(i)

is-settur tal-ħops,

(ii)

is-settur taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda,

(iii)

is-settur tad-dud tal-ħarir;

(b)

huma ffurmati fuq l-inizjattiva tal-produtturi;

(ċ)

isegwu għan speċifiku, li jista' b'mod partikolari relatat ma':

(i)

il-konċentrazzjoni tal-provvista u l-kummerċjalizzazzjoni tal- prodotti tal-membri;

(ii)

l-adattament tal-produzzjoni b'mod konġunt għall-ħtiġijiet tas-suq u t-titjib tal-prodott;

(iii)

il-promozzjoni tar-razzjonalizzazzjoni u l-mekkanizzazzjoni tal-produzzjoni;

Artikolu 123

Organizzazzjonijiet ta' bejn fergħat tal-kummerċ

L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu l-organizzazzjonijiet ta' bejn fergħat tal-kummerċ li:

(a)

huma magħmula minn rappreżentanti ta' attivitajiet ekonomiċi marbuta mal-produzzjoni, mal-kummerċjalizzazzjoni fi, u/jew ma' l-ipproċessar ta' prodotti fis-setturi li ġejjin:

(i)

is-settur taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda,

(ii)

is-settur tat-tabakk;

(b)

huma ffurmati fuq l-inizjattiva ta' l-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet kollha jew uħud minnhom li jikkostitwixxuhom;

(ċ)

isegwu għan speċifiku, li jista', b'mod partikolari jkollu x'jaqsam ma':

(i)

il-konċentrazzjoni u l-koordinazzjoni tal-provvista u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-membri;

(ii)

l-adattament tal-produzzjoni u l-ipproċessar b'mod konġunt għall-ħtiġijiet tas-suq u t-titjib tal-prodott;

(iii)

il-promozzjoni tar-razzjonalizzazzjoni u t-titjib tal-produzzjoni u l-ipproċessar;

(iv)

it-twettiq ta' riċerka dwar metodi ta' produzzjoni sostenibbli u żviluppi fis-suq.

Fejn organizzazzjonijiet ta' bejn fergħat tal-kummerċ iwettqu l-attivitajiet tagħhom fit-territorji ta' diversi Stati Membri, ir-rikonoxximent għandu jingħata mill-Kummissjoni mingħajr l-assistenza tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 195(1).

Artikolu 124

Dispożizzjonijiet komuni rigward organizzazzjonijiet ta' produtturi u ta' bejn fergħat

1.   L-Artikolu 122 u l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 123 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għar-rikonoxximent, deċiż mill-Istati Membri abbażi tad-dritt nazzjonali u f'konformità mad-dritt Komunitarju, ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi jew organizzazzjonijiet ta' bejn fergħat rispettivament, fi kwalunkwe settur imsemmi fl-Artikolu 1 ħlief għas-setturi msemmijin fl-Artikolu 122 u l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 123.

2.   Organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuti jew approvati skond ir-Regolamenti (KE) Nru 865/2004, (KE) Nru 1952/2005 u (KE) Nru 1544/2006 għandhom jiġu kkunsidrati bħala organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuti taħt l-Artikolu 122 ta' dan ir-Regolament.

Organizzazzjonijiet ta' bejn fergħat rikonoxxuti jew approvati skond ir-Regolamenti (KE) Nru 2077/92 u (KE) Nru 865/2004 għandhom jiġu kkunsidrati bħala organizzazzjonijiet ta' bejn fergħat rikonoxxuti taħt l-Artikolu 123 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 125

Organizzazzjonijiet ta' operaturi

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, organizzazzjonijiet ta' operaturi għandhom jinkludu organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuti, organizzazzjonijiet ta' bejn fergħat rikonoxxuti jew organizzazzjonijiet rikonoxxuti ta' operaturi oħrajn fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom.

Taqsima II

Regoli dwar organizzazzjonijiet ta' bejn fergħat tal-kummerċ fis-settur tat-tabakk

Artikolu 126

Ħlas ta' l-abbonament minn min mhux membru

1.   Meta waħda jew aktar mill-attivitajiet imsemmijin fil-paragrafu 2 huma segwiti minn organizzazzjoni ta' bejn fergħat tal-kummerċ rikonoxxuta fis-settur tat-tabakk u huma fl-interess ekonomiku ġenerali ta' dawk il-persuni li l-attivitajiet tagħhom jirrelataw ma' wieħed jew aktar mill-prodotti konċernati, l-Istat Membru li ta r-rikonoxximent, jew il-Kummissjoni, mingħajr l-assistenza tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 195(1), meta r-rikonoxximent ingħata mill-Kummissjoni, tista' tiddeċiedi li individwi jew gruppi li mhumiex membri ta' l-organizzazzjoni iżda li jibbenefikaw minn dawk l-attivitajiet għandhom iħallsu lill-organizzazzjoni l-abbonamenti kollha jew parti minnhom imħallsa mill-membri tagħha safejn dawk l-abbonamenti huma maħsuba li jkopru l-ispejjeż, minbarra spejjeż amministrattivi ta' kwalunkwe deskrizzjoni, li kellhom jitħallsu direttament minħabba s-segwitu ta' l-attivitajiet in kwistjoni.

2.   L-attivitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jirrelataw ma' wieħed mill-objettivi li ġejjin:

(a)

riċerka sabiex jiżdied il-valur tal-prodotti, b'mod partikolari permezz ta' użi ġodda li mhumiex ta' theddida għas-saħħa tal-bniedem;

(b)

studji sabiex titjieb il-kwalità ta' tabakk f'weraq u f'balal;

(ċ)

riċerka dwar metodi ta' koltivazzjoni li jippermettu użu anqas ta' prodotti għas-saħħa tal-pjanti u li jiggarantixxu l-konservazzjoni tal-ħamrija u l-ambjent.

3.   L-Istat Membri konċernati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar deċiżjonijiet li huma bi ħsiebhom jieħdu taħt il-paragrafu 1. Tali deċiżjonijiet ma jistgħux japplikaw qabel l-iskadenza perijodu ta' tliet xhur li jibda mid-data ta' notifika lill-Kummissjoni. F'dak il-perijodu ta' tliet xhur, il-Kummissjoni tista' titlob ir-rifjut ta' l-abbozz ta' deċiżjoni kollu jew parti minnu jekk l-interess ekonomiku ġenerali mressaq ma jidhirx li huwa ġustifikat.

4.   Meta l-attivitajiet ta' organizzazzjoni ta' bejn fergħat tal-kummerċ rikonoxxuta mill-Kummissjoni skond dan il-Kapitolu huma fl-interess ekonomiku ġenerali, il-Kummissjoni għandha tinnotifika l-abbozz ta' deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri konċernati, li imbagħad għandu jkollhom xahrejn sabiex jagħmlu l-kummenti tagħhom.

Taqsima III

Regoli proċedurali

Artikolu 127

Regoli implimentattivi

Il-Kummissjoni għandha tadotta r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu, b'mod partikolari l-kondizzjonijiet u l-proċeduri għar-rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi, ta' bejn fergħat tal-kummerċ u ta' operaturi f'setturi individwali, inklużi:

(a)

l-għanijiet speċifiċi li għandhom jiġu segwiti minn tali organizzazzjonijiet;

(b)

ir-regoli ta' assoċjazzjoni ta' tali organizzazzjonijiet;

(ċ)

l-attivitajiet ta' tali organizzazzjonijiet;

(d)

id-derogi mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 122, 123 u 125;

(e)

skond il-każ, kwalunkwe effett li joħroġ mir-rikonoxximent bħala organizzazzjoni ta' bejn fergħat tal-kummerċ.

PARTI III

KUMMERĊ MA' PAJJIŻI TERZI

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 128

Prinċipji ġenerali

Sakemm mhux previst mod ieħor f'dan ir-Regolament jew fid-dispożizzjonijiet adottati skond dan, dan li ġew għandu jkun ipprojbit fil-kummerċ ma' pajjiżi terzi:

(a)

l-imponiment ta' kwalunkwe ħlas li għandu effett ekwivalenti għal dazju doganali;

(b)

l-applikazzjoni ta' kwalunkwe restrizzjoni kwantitattiva jew miżura li għandha effett ekwivalenti.

Artikolu 129

Nomenklatura Magħquda

Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, prevista fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (63) (minn hawn 'il quddiem imsejħa n-“Nomenklatura Magħquda”), u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha għandhom japplikaw għall-klassifikazzjoni tat-tariffa ta' prodotti koperti minn dan ir-Regolament. Il-nomenklatura tat-tariffa li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament inklużi, skond il-każ, id-definizzjonijiet fl-Anness III għandhom jiġu nklużi fit-Tariffa Doganali Komuni .

KAPITOLU II

Importazzjoni

Taqsima I

Liċenzji ta' importazzjoni

Artikolu 130

Liċenzji ta' importazzjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għal każijiet fejn huma meħtieġa l-liċenzji ta' importazzjoni skond dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista timporta wieħed jew aktar mill-prodotti mis-setturi li ġejjin fil-Komunità suġġett għall-preżentazzjoni ta' liċenzja ta' importazzjoni.

(a)

ċereali;

(b)

ross;

(ċ)

zokkor;

(d)

żrieragħ;

(e)

żejt taż-żebbuġa u żjut tal-mejda, fir-rigward ta' prodotti li jaqgħu fil-Kodiċi NM 1509, 1510 00, 0709 90 39, 0711 20 90, 2306 90 19, 1522 00 31 u 1522 00 39;

(f)

kittien u qanneb, sa fejn hu kkonċernat il-qanneb;

(g)

banana;

(h)

pjanti ħajjin;

(i)

ċanga u vitella;

(j)

ħalib u prodotti tal-ħalib;

(k)

laħam tal-majjal;

(l)

laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż;

(m)

bajd;

(n)

tjur;

(o)

alkoħol etiliku agrikolu.

2.   Fl-applikazzjoni tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tieħu kont tal-ħtieġa għal liċenzji ta' importazzjoni għall-amministrazzjoni tas-swieq ikkonċernati u, partikolarment, għall-monitoraġġ ta' l-importazzjonijiet tal-prodotti in kwistjoni.

Artikolu 131

Kwistjoni ta' liċenzji

Il-liċenzji ta' importazzjoni għandhom jinħarġu mill-Istati Membri lil kwalunkwe applikant, irrispettivament mill-post fejn huwa jkun stabbilit fil-Komunità, sakemm ma jkunx previst mod ieħor minn Regolament tal-Kunsill jew kwalunkwe att ieħor tal-Kunsill, u mingħajr preġudizzju għal miżuri meħuda għall-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu.

Artikolu 132

Validità

Liċenzji ta' importazzjoni għandhom ikunu validi fil-Komunità.

Artikolu 133

Sigurtà

1.   Ħlief kif inhu previst mill-Kummissjoni, il-liċenzji għandhom jinħarġu suġġetti għat-tqegħid ta' sigurtà li tiggarantixxi li l-prodotti huma importati matul it-terminu tal-validità tal-liċenzja.

2.   Ħlief f'każijiet ta' force majeure, is-sigurtà għandha tkun miċħuda għal kollox jew parzjalment jekk l-importazzjoni ma sseħħx, jew isseħħ parzjalment biss, fil-perijodu ta' validità tal-liċenzja.

Artikolu 134

Regoli implimentattivi

Il-Kummissjoni għandha tadotta r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' din it-Taqsima, inklużi t-termini ta' validità tal-liċenzji u r-rata ta' sigurtà.

Taqsima II

Dazji u imposti ta' importazzjoni

Artikolu 135

Dazji ta' importazzjoni

Ħlief fejn previst mod ieħor skond dan ir-Regolament, ir-rati ta' dazji ta' importazzjoni fit-Tariffa Doganali Komuni għandhom japplikaw għall-prodotti msemmijin fl-Artikolu 1.

Artikolu 136

Kalkolu tad-dazji ta' importazzjoni għal ċereali

1.   Minkejja l-Artikolu 135, id-dazju ta' importazzjoni fuq prodotti li huma koperti mill-kodiċi NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ komuni ta' kwalità għolja), 1002 00 00, 1005 10 90, 1005 90 00 u 1007 00 90 minbarra ibridu għaż-żriegħ, għandu jkun ugwali għall-prezz ta' intervent validu għal tali prodotti fuq l-importazzjoni u miżjud b'55 %, bit-tnaqqis tal-prezz CIF ta' importazzjoni applikabbli għall-konsenja in kwistjoni. Iżda, dak id-dazju ma jistax jeċċedi r-rata konvenzjonali tad-dazju kif determinata abbażi tan-Nomenklatura Magħquda.

2.   Għall-għanijiet tal-kalkolu tad-dazju ta' importazzjoni msemmi fil-paragrafu 1, prezzijiet cif ta' importazzjoni rappreżentattivi għandhom jiġu stabbiliti fuq bażi regolari għall-prodotti msemmija f'dak il-paragrafu.

Artikolu 137

Kalkolu tad-dazji ta' importazzjoni għal ross imnaddaf

1.   Minkejja l-Artikolu 135, id-dazju ta' importazzjoni fuq ross imnaddaf li jaqa' taħt il-kodiċi NM 1006 20 għandu jkun stabbilit mill-Kummissjoni mingħajr l-assistenza tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 195(1) fi żmien għaxart ijiem mit-tmiem tal-perijodu ta' referenza kkonċernat skond il-punt 1 ta' l-Anness XIV.

Il-Kummissjoni mingħajr l-assistenza tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 195(1) għandha tiffissa dazju applikabbli ġdid jekk il-kalkoli mwettqa taħt l-Anness jindikaw ħtieġa li jitbiddel id-dazju. Sa meta jiġi stabbilit dazju applikabbli ġdid, għandu japplika d-dazju ffissat minn qabel.

2.   Sabiex jiġu kkalkolati l-importazzjonijiet imsemmija fil-punt 1 ta' l-Anness XVII, għandu jittieħed kont tal-kwantitajiet li għalihom inħarġu liċenzji ta' importazzjoni li jaqgħu fil-kodiċi NM 1006 20 għar-ross imnaddaf fil-perijodu ta' referenza korrispondenti, bl-esklużjoni ta' liċenzji ta' importazzjoni għar-ross Basmati msemmi fl-Artikolu 138.

3.   Il-kwantità ta' referenza annwali għandha tkun ta' 449 678 tunnellata. Il-kwantità ta' referenza parzjali għal kull sena ta' kummerċjalizzazzjoni għandha tikkorrispondi ma' nofs il-kwantità ta' referenza annwali.

Artikolu 138

Kalkolu tad-dazji ta' importazzjoni għal ross basmati mnaddaf

Minkejja l-Artikolu 135, il-varjetajiet ta' ross Basmati mnaddaf li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 1006 20 17 u 1006 20 98 li huma stabbiliti fl-Anness XVIII għandhom jikkwalifikaw għar-rata żero ta' dazju ta' importazzjoni taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-Kummissjoni.

Artikolu 139

Kalkolu tad-dazji ta' importazzjoni għal ross mitħun

1.   Minkejja l-Artikolu 135, id-dazju ta' importazzjoni għal ross parzjalment mitħun jew mitħun kollu li jaqa' taħt il-kodiċi NM 1006 30 għandu jkun stabbilit mill-Kummissjoni mingħajr l-assistenza tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 195(1) fi żmien għaxart ijiem wara t-tmiem tal-perijodu ta' referenza kkonċernat skond il-punt 2 ta' l-Anness XVII.

Il-Kummissjoni mingħajr l-assistenza tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 195(1) għandha tiffissa dazju applikabbli ġdid jekk il-kalkoli mwettqa taħt l-Anness jindikaw ħtieġa li jitbiddel id-dazju. Sa meta jiġi stabbilit dazju applikabbli ġdid, għandu japplika d-dazju ffissat minn qabel.

2.   Sa sabiex jiġu kkalkolati l-importazzjonijiet imsemmija fil-punt 2 ta' l-Anness XVII, għandu jittieħed kont tal-kwantitajiet li għalihom inħarġu liċenzji ta' importazzjoni għal ross semi-mitħun jew mitħun kompletament li jaqa taħt il-kodiċi NM 1006 30 fil-perijodu ta' referenza korrispondenti.

Artikolu 140

Kalkolu tad-dazji ta' importazzjoni għal ross imfarrak

Minkejja l-Artikolu 135, id-dazju ta' importazzjoni fuq ross imfarrak li jaqa taħt il-kodiċi NM 1006 40 00 għandu jkun ta' EUR 65 għal kull tunnellata.

Artikolu 141

Dazji addizzjonali ta' importazzjoni

1.   Għandu japplika dazju addizzjonali ta' importazzjoni skond id-dazju mniżżel fl-Artikoli 135 sa 140 għal importazzjonijiet ta' prodott wieħed jew aktar tas-setturi taċ-ċerejali, ross, zokkor, ċanga u vitella, ħalib u prodotti tal-ħalib, laħam tal-majjal, laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż, bajd, tjur u banana, sabiex jiġu prevenuti jew ikkontrobattuti effetti negattivi fuq is-suq Komunitarju li jistgħu jirriżultaw minn dawk l-importazzjonijiet, jekk:

(a)

l-importazzjonijiet isiru b'prezz inqas mil-livell notifikat mill-Komunità lill-WTO (“il-prezz kawżali”); jew

(b)

il-volum ta' l-importazzjonijiet fi kwalunkwe sena jeċċedi ċertu livell (“il-volum kawżali”).

Il-volum kawżali għandu jkun bbażat fuq opportunitajiet ta' aċċess għas-suq definiti, fejn hu applikabbli, bħala importazzjonijiet bħala persentaġġ tal-konsum domestiku korrispondenti matul it-tlett snin ta' qabel.

2.   Dazji addizjonali ta' importazzjoni m'għandhomx jiġu imposti fejn l-importazzjonijiet ma jfixklux s-suq Komunitarju, jew fejn l-effetti jkunu sproporzjonati għall-objettiv maħsub.

3.   Għall-għanijiet tal-paragrafu 1(a), il-prezzijiet ta' importazzjoni għandhom jiġu determinati abbażi tal-prezzijiet CIF ta' importazzjoni tal-konsenja taħt konsiderazzjoni.

Il-prezzijiet CIF ta' importazzjoni għandhom jiġu kkalkolati skond il-prezzijiet rappresentattivi għall-prodott fis-suq dinji jew fis-suq ta' importazzjoni Komunitarju għal dak il-prodott.

Artikolu 142

Suspensjoni ta' dazji ta' importazzjoni fis-settur taz-zokkor

Il-Kummissjoni tista' tissospendi dazji ta' importazzjoni interament jew parzjalment għal ċerti kwantitajiet fir-rigward tal-prodotti li ġejjin sabiex tiggarantixxi l-provvista meħtieġa għall-manifattura ta' prodotti msemmijin fl-Artikolu 65(2):

(a)

zokkor li jaqa' taħt il-kodiċi NM ex 1701;

(b)

isoglukosju li jaqa' taħt il-kodiċi NM 1702 30 10, 1702 40 10, 1702 60 10 u 1702 90 30.

Artikolu 143

Regoli implimentattivi

Il-Kummissjoni għandha tadotta r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' din it-Taqsima, li b'mod partikolari jispeċifikaw:

(a)

fir-rigward ta' l-Artikolu 136:

(i)

ir-rekwiżiti minimi għal qamħ komuni ta' kwalità għolja;

(ii)

il-kwotazzjonijiet tal-prezz li għandhom jiġu kkunsidrati;

(iii)

il-possibbiltà, fejn huwa xieraq f'każijiet speċifiċi, li operaturi jingħataw l-opportunità li jkunu jafu d-dazju applikabbli qabel il-wasla tal-konsenji konċernati.

(b)

fir-rigward ta' l-Artikolu 141, il-prodotti li għalihom għandhom japplikaw dazji ta' importazzjoni addizzjonali u l-kriterji neċessarji l-oħra sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 ta' dak l-Artikolu;

Taqsima III

Ġestjoni tal-kwota ta' importazzjoni

Artikolu 144

Kwoti Tariffarji

1.   Kwoti tariffarji għal importazzjonijiet ta' prodotti msemmijin fl-Artikolu 1 jirriżultaw minn ftehim konklużi skond l-Artikolu 300 tat-Trattat jew minn kwalunkwe att ieħor tal-Kunsill għandhom jinfetħu u jkunu amministrati mill-Kummissjoni taħt regoli dettaljati adottati mill-Kummissjoni.

2.   Il-kwoti ta' tariffi għandhom jiġu amministrati b'mod li tiġi evitata kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati, billi jiġi applikat wieħed mill-metodi li ġejjin jew kombinazzjoni tagħhom jew metodu adatt ieħor:

(a)

metodu bbażat fuq l-ordni kronoloġika tat-tressiq ta' applikazzjonijiet (il-prinċipju ta' min “jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel”);

(b)

metodu ta' distribuzzjoni skond il-proporzjon tal-kwantitajiet mitluba meta l-applikazzjonijiet kienu mressqa (l-użu tal-“metodu ta' eżami simultanju”);

(ċ)

metodu bbażat b'kont meħud ta' xejriet tradizzjonali tal-kummerċ (l-użu tal-“metodu tradizzjonali/ġodda”).

3.   Il-metodu ta' amministrazzjoni adottat għandu, fejn xieraq, jagħti importanza xierqa lill-ħtiġijiet tal-provvista tas-suq Komunitarju u l-ħtieġa li jiġi ssalvagwardjat l-ekwilibriju ta' dak is-suq.

Artikolu 145

Ftuħ ta' kwoti tariffarji

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi għall-kwoti tariffarji annwali, jekk meħtieġ imqassma b'mod xieraq tul is-sena u għandha tiddetermina l-metodu amministrattiv li għandu jintuża.

Artikolu 146

Regoli speċifiċi

1.   Fir-rigward tal-kwota ta' importazzjoni ta' 54 703 tunnellata ta' ċanga ffriżata u laħam tal-vitella li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0202 20 30, 0202 30 u 0206 29 91 u huma maħsuba għall-ipproċessar, il-Kunsill, waqt li jaġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 37(2) tat-Trattat, jista' jiddetermina li l-kwota kollha jew parti minnha għandha tkopri l-kwantitajiet ekwivalenti ta' laħam ta' kwalità, waqt li tiġi applikata r-rata ta' konverżjoni ta' 4,375.

2.   Fil-każ ta' kwota tariffarja għall-importazzjoni fi Spanja ta' 2 000 000 tunnellata qamħirrum u 300 000 tunnellata sorgum u kwota tariffarja għall-importazzjoni fil-Portugal ta' 500 000 tunnellata qamħirrum, ir-regoli dettaljati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 148 għandhom jinkludu wkoll id-dispożizzjonijiet meħtieġa għas-seħħ ta' l-importazzjonijiet tal-kwota tariffarja u, fejn xieraq, il-ħażna pubblika ta' kwantitajiet importati mill-aġenziji li jħallsu ta' l-Istati Membri kkonċernati u r-rimi tagħhom fis-swieq ta' dawk l-Istati Membri.

Artikolu 147

Rati tariffarji għall-banana

Dan il-Kapitolu japplika mingħajr preġudizzju għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1964/2005 (64).

Artikolu 148

Regoli implimentattivi

Il-Kummissjoni għandha tadotta r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' din it-Taqsima, b'mod partikolari dwar:

(a)

garanziji li jkopru n-natura, il-provenjenza u l-oriġini tal-prodott,

(b)

għarfien tad-dokument użat għall-verifika tal-garanziji li hemm referenza għalihom fil-punt (a),

(ċ)

il-kondizzjonijiet li skondhom għandhom jinħarġu l-liċenzji ta' importazzjoni u t-terminu ta' validità tagħhom.

Taqsima IV

Dispożizzjonijiet speċjali għal ċerti prodotti

Subtaqsima I

Dispożizzjonijiet Speċjali għall-Importazzjoni fir-rigward tas-Setturi taċ-Ċereali u r-Ross

Artikolu 149

Importazzjoni ta' taħlitiet ta' ċereali differenti

Id-dazju ta' importazzjoni applikabbli għal taħlitiet komposti minn ċereali li jaqgħu taħt il-punti (a) u (b) tal-Parti I ta' l-Anness I għandhom jiġu stabbiliti kif ġej:

(a)

fil-każ fejn taħlita hi komposta minn tnejn minn tali ċereali, it-taxxa ta' importazzjoni għandha tkun dik applikabbli:

(i)

għall-komponent taċ-ċereal predominanti skond il-piż, meta ċ-ċereal jirrappreżenta ta' l-inqas 90 % tal-piż tat-taħlita,

(ii)

għall-komponent taċ-ċereal li hu suġġett għal dazju ta' importazzjoni għola, meta l-ebda miż-żewġ komponenti taċ-ċereali ma jirrappreżenta 90 % tal-piż tat-taħlita;

(b)

fil-każ meta t-taħlita hi komposta minn aktar minn tnejn minn tali ċereali, u fejn diversi ċereali jirrappreżentaw aktar minn 10 % tal-piż tat-taħlita, id-dazju ta' importazzjoni applikabbli għat-taħlita għandu jkun l-għola tad-dazji ta' importazzjoni applikabbli għal tali ċereali, anke meta l-ammont tad-dazju ta' importazzjoni huwa l-istess għal tnejn jew aktar miċ-ċereali.

Fejn ċereal wieħed biss jirrappreżenta aktar minn 10 % tal-piż tat-taħlita, id-dazju ta' l-importazzjoni li għandu jiġi applikat għandu jkun dak applikabbli għal dan iċ-ċereal.

(ċ)

fil-każijiet kollha li mhumiex koperti mill-punti (a) u (b), id-dazju ta' importazzjoni għandu jkun l-ogħla tad-dazji ta' importazzjoni applikabbli għaċ-ċereali li jagħmlu t-taħlita kkonċernata, anke meta l-ammont tad-dazju ta' importazzjoni huwa l-istess għal tnejn jew aktar miċ-ċereali.

Artikolu 150

Importazzjoni ta' taħlitiet bejn ċereali u ross

Id-dazju ta' importazzjoni applikabbli għal taħlitiet komposti minn wieħed jew aktar miċ-ċereali li jaqgħu taħt il-punti (a) u (b) tal-Parti I ta' l-Anness I, minn naħa waħda, u minn wieħed jew aktar mill-prodotti li jaqgħu taħt il-punti (a) u (b) tal-Parti II ta' l-Anness I, minn naħa l-oħra, għandu jkun dak applikabbli għall-komponent taċ-ċereal jew prodott suġġett għall-ogħla dazju ta' importazzjoni.

Artikolu 151

Importazzjoni ta' taħlitiet ta' ross

Id-dazju ta' importazzjoni applikabbli għal taħlitiet komposti jew minn ross ikklassifikat taħt diversi gruppi jew stadji ta' proċessar differenti jew ta' ross li jista' jiġi kklassifikat taħt wieħed jew aktar gruppi jew stadji ta' proċessar differenti minn naħa waħda u minn ross miksur minn naħa l-oħra għandu jkun dak applikabbli:

(a)

għall-komponent predominanti skond il-piż, meta dak il-komponent jirrappreżenta ta' l-inqas 90 % tal-piż tat-taħlita,

(b)

għall-komponent suġġett għall-ogħla dazju ta' importazzjoni, meta l-ebda komponent ma jirrappreżenta ta' l-inqas 90 % tal-piż tat-taħlita.

Artikolu 152

Applikabblità tal-klassifikazzjoni ta' tariffa

Fejn il-metodu għall-iffissar tad-dazju ta' importazzjoni mniżżel fl-Artikoli 149 sa 151 ma jistax jiġi applikat, id-dazju li għandu jiġi applikat għat-taħlitiet imsemmija f'dawk l-Artikoli għandu jkun dak determinat mill-klassikazzjoni ta' tariffa tat-taħlitiet.

Subtaqsima II

Arranġamenti Preferenzjali ta' Importazzjoni għaz-Zokkor

Artikolu 153

Provvista tradizzjonali meħtieġa għar-raffinar

1.   Minkejja l-Artikolu 52(1), ħtieġa għall-provvista tradizzjonali ta' zokkor għar-raffinar hija ffissata għall-Kommunità għal 2 424 735 tunnellata għal kull sena ta' kummerċjalizzazzjoni, espressa f'zokkor abjad.

Matul is-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2008/2009, il-provvista tradizzjonali meħtieġa għandha tkun imqassma kif ġej:

(a)

198 748 tunnellata għall-Bulgarija,

(b)

296 627 tunnellata għal Franza,

(ċ)

100 000 tunnellata għall-Italja,

(d)

291 633 tunnellata għall-Portugall,

(e)

329 636 tunnellata għar-Rumanija,

(f)

19 585 tunnellata għas-Slovenja,

(g)

59 925 tunnellata għall-Finlandja,

(h)

1 128 581 tunnellata għar-Renju Unit.

2.   Il-ħtieġa ta' provvista tradizzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandha tiżdied b'65 000 tunnellata. Din il-kwantità għandha tikkonċerna z-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat u għandha tkun riżervata għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2008/2009 għall-uniku impjant ta' proċessar tal-pitravi li kien qed jaħdem fl-2005 fil-Portugall. Dak il-impjant ta' proċessar huwa meqjus bħala raffinatur full-time.

3.   Il-liċenzji ta' importazzjoni għal zokkor għar-raffinar għandhom jinħarġu biss lil raffinaturi full-time sakemm il-kwantitajiet ikkonċernati mhumiex aktar mill-kwantitajiet li jistgħu jiġu importati fil-qafas tal-provvista tradizzjonali meħtieġa imsemmija fil-paragrafu 1. Il-liċenzji jistgħu jiġu trasferiti biss bejn raffinaturi full-time u l-validità tagħhom tiskadi fit-tmien tas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni li għaliha jkunu nħarġu.

Dan il-paragrafu għandu japplika għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2008/2009, u għall-ewwel tliet xhur tas-snin ta' kummerċjalizzazzjoni ta' wara.

4.   L-applikazzjoni ta' dazji ta' importazzjoni għal zokkor tal-kannamieli għar-raffinar li jaqgħu taħt il-Kodiċi NM 1701 11 10 li joriġinaw fl-Istati msemmija fl-Anness XIX għandha tiġi sospiża għall-kwantità komplementari li hi meħtieġa sabiex tippermetti provvista adegwata tar-raffinaturi full-time għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2008/2009.

Il-kwantità komplementari għandha tiġi ffissata mill-Kummissjoni abbażi tal-bilanċ bejn il-provvista tradizzjonali meħtieġa imsemmija fil-paragrafu 1u l-provvista prevista ta' zokkor għar-raffinar għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni kkonċernata. Dan il-bilanċ jista' jiġi rivedut mill-Kummissjoni matul is-sena ta' kummerċjalizzazzjoni u jista' jkun bbażat fuq stimi storiċi tar-rata fissa taz-zokkor mhux raffinat maħsub għall-konsum.

Artikolu 154

Prezz garantit

1.   Il-prezzijiet garantiti ffissati għaz-zokkor mill-AKP/l-Indja għandhom japplikaw għall- importazzjoni ta' zokkor mhux raffinat u abjad ta' kwalità standard minn:

(a)

il-pajjiżi l-inqas żviluppati taħt il-ftehim imsemmija fl-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005 (65);

(b)

l-Istati elenkati fl-Anness XIX għall-kwantità komplementari msemmija fl-Artikolu 153(4).

2.   Applikazzjonijiet għal liċenzji ta' importazzjoni għal zokkor li jibbenefika minn prezz garantit għandhom ikunu akkumpanjati minn liċenzja ta' esportazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet tal-pajjiż ta' esportazzjoni li tiċċerifika l-konformità taz-zokkor mar-regoli previsti fil-ftehim ikkonċernati.

Artikolu 155

Impenji tal-Protokoll dwar iz-Zokkor

Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri sabiex tiżgura li z-zokkor mill-AKP/l-Indja huwa importat għall-Komunità taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Protokoll 3 ta' l-Anness V tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE u l-Ftehim dwar iz-zokkor tal-kannamieli bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Indja. Dawk il-miżuri jistgħu, jekk meħtieġ, jidderogaw mill-Artikolu 153 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 156

Regoli implimentattivi

Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' din is-Subtaqsima għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni, b'mod partikolari sabiex jikkonformaw ma' ftehim internazzjonali. Jistgħu jinkludu emendi għall-Anness XIX.

Subtaqsima III

Dispożizzjonijiet Speċjali għall-Importazzjoni tal-Qanneb

Artikolu 157

Importazzjoni tal-qaneb

1.   Il-prodotti li ġejjin jistgħu jkunu importati biss fil-Komunità jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

qanneb veru mhux maħdum li jaqa' taħt il-kodiċi NM 5302 10 00 li jilħaq il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(b)

żrieragħ ta' varjetajiet ta' qanneb għaż-żriegħ li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 1207 99 15 akkumpanjati b'xiedha li l-livell ta' tetraidrokannabinol mhuiex aktar minn dak stabbilit skond l-Artikolu 52 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(ċ)

żrieragħ tal-qanneb minbarra għaż-żriegħ, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 1207 99 91 importati biss minn importaturi awtorizzati mill-Istat Membru sabiex jiġi żgurat li tali żrieragħ mhumiex intiżi għaż-żriegħ.

2.   Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni speċifika li tista tkun adottata mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 194, importazzjonijiet fil-Komunità tal-prodotti speċifikati fil-paragrafu 1(a) u (b) ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu suġġetti għal verifiki sabiex jiġi determinat jekk il-kondizzjonijiet previsti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jintlaħqux.

3.   Dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet aktar restrittivi adottati mill-Istati Membri skond it-Trattat u l-obbligi taħt il-Ftehim tal-WTO dwar l-Agrikoltura.

Subtaqsima IV

Dispożizzjonijiet Speċjali għall-Importazzjoni tal-Ħops

Artikolu 158

Importazzjoni tal-ħops

1.   Prodotti tas-settur tal-ħops jistgħu jkunu importati minn pajjiżi terzi biss jekk l-istandards ta' kwalità tagħhom huma ta' l-inqas ekwivalenti għal dawk adottati għal prodotti simili maħsudin fil-Komunità jew magħmula minn tali prodotti.

2.   Il-prodotti għandhom jiġu kkunsidrati li jkunu tal-kwalità msemmija fil-paragrafu 1 jekk ikunu akkumpanjati minn ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet tal-pajjiż ta' l-oriġini u rikonoxxuti bħala ekwivalenti għaċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 117.

Fil-każ ta' trab tal-ħop, trab tal-ħop b'kontenut għola ta' lupulin, estratt tal-ħop u prodotti mħallta tal-ħop, iċ-ċertifikat jista' jinħareġ biss jekk il-kontenut ta' aċidu alfa f'dawn il-prodotti mhux aktar baxx minn dak tal-ħops li minnhom ikunu tħejjew.

L-ekwivalenza ta' dawk iċ-ċertifikazzjonijiet għandha tiġi verifikata skond ir-regoli dettaljati adottati mill-Kummissjoni.

Taqsima V

Salvagwardja u proċessar attiv

Artikolu 159

Miżuri ta' salvagwardja

1.   Għandhom jittieħdu miżuri ta' salvagwardja mill-Kummissjoni kontra importazzjonijiet fil-Komunità, suġġetti għall-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, skond ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 519/94 (66) u (KE) Nru 3285/94 (67).

2.   Ħlief kif previst mod ieħor skond kwalunkwe att ieħor tal-Kunsill, miżuri ta' salvagwardja kontra importazzjonijiet fil-Komunità previsti fi ftehim internazzjonali konklużi skond l-Artikolu 300 tat-Trattat għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni skond il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

3.   Miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jittieħdu mill-Kummissjoni mingħajr l-assistenza tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 195(1) fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, hija għandha tieħu deċiżjoni dwarha fi żmien ħamest ijiem ta' ħidma minn meta tirċievi t-talba.

L-Istati Membri għandhom ikunu notifikati b'tali miżuri, li għandhom ikunu applikabbli immedjatament.

Id-deċiżjonijiet meħudin mill-Kummissjoni skond il-paragrafi 1 u 2 jistgħu jiġu riferuti lill-Kunsill minn kwalunkwe Stat Membru fi żmien ħamest ijiem ta' ħidma mid-data li fihom ikunu ġew notifikati. Il-Kunsill għandu jiltaqa' mingħajr dewmien. Huwa jista', filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew iħassar id-deċiżjoni in kwistjoni fi żmien xahar wara d-data li fiha tkun ġiet riferuta lill-Kunsill.

4.   Fejn il-Kummissjoni tqis li kwalunkwe miżura ta' salvagwardja meħuda skond il-paragrafi 1 jew 2 għandha tkun irrevokata jew emendata, għandha tipproċedi kif ġej:

(a)

fejn il-miżura twettqet mill-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tipproponi lill-Kunsill li tkun irrevokata jew emendata. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata;

(b)

fil-każijiet l-oħra kollha, il-miżuri ta' salvagwardja Komunitarji għandhom jitħassru jew jiġu emendati mill-Kummissjoni mingħajr l-assistenza tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 195(1).

Artikolu 160

Sospensjoni ta' ftehim ta' proċessar attiv

1.   Fejn is-suq Komunitarju huwa mfixkel jew jista' jkun imfixkel minn ftehim ta' proċessar attiv, il-Kummissjoni tista' tissospendi fuq talba ta' Stat Membru jew b'inizjattiva tagħha stess l-użu sħiħ jew parzjali ta' ftehim ta' proċessar attiv għas-setturi tal-prodotti taċ-ċereali, ir-ross, iz-zokkor, iż-żejt taż-żebbuġa u ż-żjut tal-mejda, iċ-ċanga u l-vitella, il-ħalib u il-prodotti tal-ħalib, il-laħam tal-majjal, il-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż, il-bajd, it-tjur u l-alkoħol elitiku agrikolu. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, hija għandha tieħu deċiżjoni dwarha fi żmien ħamest ijiem ta' ħidma minn meta tirċievi t-talba.

L-Istati Membri għandhom ikunu notifikati b'tali miżuri, li għandhom ikunu applikabbli immedjatament.

Miżuri li dwarhom tkun iddeċidiet il-Kummissjoni skond l-ewwel subparagrafu jistgħu jiġu riferuti lill-Kunsill minn kwalunkwe Stat Membru fi żmien ħamest ijiem ta' ħidma mid-data li fihom ikunu ġew notifikati. Il-Kunsill għandu jiltaqa' mingħajr dewmien. Huwa jista', filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew iħassar il-miżuri in kwistjoni fi żmien xahar wara d-data li fiha jkun ġew riferuti lill-Kunsill.

2.   Safejn meħtieġ għall-funzjonament tajjeb ta' l-OKS, l-użu ta' arranġamenti ta' proċessar attiv għall-prodotti msemmijin fil-paragrafu 1 jista' jkun projbit totalment jew parzjalment mill-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 37(2) tat-Trattat.

KAPITOLU III

Esportazzjonijiet

Taqsima I

Liċenzji ta' esportazzjoni

Artikolu 161

Liċenzji ta' esportazzjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għal każijiet fejn huma meħtieġa l-liċenzji ta' esportazzjoni skond dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista tesporta wieħed jew aktar mill-prodotti mis-setturi li ġejjin fil-Komunità suġġett għall-preżentazzjoni ta' liċenzja ta' esportazzjoni:

(a)

ċereali;

(b)

ross;

(ċ)

zokkor;

(d)

żejt taż-żebbuġa u żjut tal-mejda, fir-rigward ta' żejt taż-żebbuġa msemmi fil-punt (a) tal-Parti VII ta' l-Anness I;

(e)

ċanga u vitella;

(f)

ħalib u prodotti tal-ħalib;

(g)

laħam tal-majjal;

(h)

laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż;

(i)

bajd;

(j)

tjur;

(k)

alkoħol etiliku agrikolu.

Fl-applikazzjoni ta' l-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tieħu kont tal-ħtieġa għal liċenzji ta' esportazzjoni għall-ġestjoni tas-swieq ikkonċernati u, partikolarment, għall-monitoraġġ ta' l-esportazzjoni tal-prodotti in kwistjoni.

2.   L-Artikoli 131 sa 133 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, inklużi t-termini ta' validità tal-liċenzji u r-rata ta' sigurtà.

Taqsima II

Rifużjonijiet ta' esportazzjoni

Artikolu 162

Kamp ta' applikazzjoni ta' rifużjonijiet ta' esportazzjoni

1.   Safejn ikun meħtieġ sabiex l-esportazzjonijiet ikunu jistgħu jseħħu abbażi ta' kwotazzjonijiet jew prezzijiet fis-suq dinji u fi ħdan il-limiti li jirriżultaw minn ftehim konklużi skond l-Artikolu 300 tat-Trattat, id-differenza bejn dawk il-kwotazzjonijiet jew prezzijiet u prezzijiet fil-Komunità jistgħu jkunu koperti minn rifużjonijiet ta' esportazzjoni għal:

(a)

prodotti tas-setturi li ġejjin li jridu jiġu esportati mingħajr proċessar ulterjuri:

(i)

ċereali,

(ii)

ross,

(iii)

zokkor, fir-rigward tal-prodotti stabbiliti fil-punti (b), (ċ), (d) u (g) tal-Parti III ta' l-Anness I,

(iv)

ċanga u vitella,

(v)

ħalib u prodotti tal-ħalib,

(vi)

laħam tal-majjal,

(vii)

bajd,

(viii)

tjur;

(b)

il-prodotti stabbiliti fil-punt (a)(i), (ii), (iii), (v) u (vii) għandhom jiġu esportati fil-forma ta' prodotti stabbiliti fl-Annessi XX u XXI.

Fil-każ ta' ħalib u prodotti tal-ħalib esportati fil-forma ta' prodotti stabbiliti fil-Parti IV ta' l-Anness XX, rifużjonijiet ta' esportazzjoni jistgħu jingħataw biss għal prodotti stabbiliti fil-punti (a) sa (e) u (g) tal-Parti XVI ta' l-Anness I.

2.   Ir-rifużjonijiet ta' esportazzjoni fuq prodotti esportati fil-forma ta' oġġetti pproċessati stabbiliti fl-Annessi XX u XXI ma jistgħux ikunu għola minn dawk applikabbli għall-istess prodotti esportati mingħajr proċessar ulterjuri.

3.   Safejn hu meħtieġ li jittieħed kont tal-karatteristiċi ta' produzzjoni partikolari għal ċertu xorb alkoħoliku miksub minn ċereali, il-kriterja għall-għoti ta' rifużjonijiet ta' esportazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, u l-proċedura għall-verifikazzjoni, jistgħu jkunu adatti mill-Kummissjoni skond din is-sitwazzjoni partikolari.

Artikolu 163

Distribuzzjoni tar-rifużjoni ta' esportazzjoni

Il-kwantitajiet li jistgħu jkunu esportati b'rifużjoni ta' esportazzjoni għandhom ikunu allokati permezz ta' metodu li:

(a)

huwa l-aktar adatt għan-natura tal-prodott u s-sitwazzjoni fis-suq in kwistjoni, li jippermetti l-użu possibbli l-aktar effiċjenti tar-riżorsi disponibbli, waqt li jittieħed kont ta' l-effiċjenza u l-istruttura ta' l-esportazzjonijiet Komunitarji mingħajr ma jkun hemm diskriminazzjoni bejn l-operaturi kkonċernati u partikolarment bejn operaturi kbar u żgħar;

(b)

huwa l-inqas diffikultuż amministrattivament għall-operaturi, b'kont meħud tar-rekwiżiti amministrattivi.

(ċ)

jevita kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati.

Artikolu 164

L-iffissar tar-rifużjoni ta' esportazzjoni

1.   Ir-rifużjonijiet ta' esportazzjoni għandhom ikunu l-istess għall-Komunità kollha. Jistgħu jvarjaw skond id-destinazzjoni, speċjalment fejn dan ikun meħtieġ minħabba fis-sitwazzjoni tas-suq dinji, il-ħtiġijiet speċifiċi ta' ċerti swieq, jew obbligi li jirriżultaw minn ftehim konklużi skond l-Artikolu 300 tat-Trattat

2.   Ir-rifużjonijiet għandhom ikunu ffisati mill-Kummissjoni.

Ir-rifużjonijiet jistgħu jkunu ffissati:

(a)

f'intervalli regolari;

(b)

permezz ta' sejħa għal appalt għal prodotti li dwarhom saret dispożizzjoni għal dik il-proċedura qabel id-data ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament skond l-Artikolu 204(2).

Ħlief fejn iffisati b'appalt, il-lista ta' prodotti li għalihom tingħata rifużjoni ta' l-esportazzjoni u l-ammont ta' rifużjonijiet ta' esportazzjoni għandha tkun stabbilita ta' l-inqas darba kull tliet xhur. L-ammont tar-rifużjoni jista', madankollu, jibqa' fl-istess livell għal aktar minn tliet xhur u jista', fejn meħtieġ, ikun aġġustat mill-Kummissjoni fil-perijodu ta' intervent, mingħajr l-assistenza tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 195(1), fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess.

3.   Wieħed jew aktar mill-aspetti li ġejjin għandu jittieħed in konsiderazzjoni meta jkunu qed jiġu ffissati rifużjonijiet għal ċertu prodott:

(a)

is-sitwazzjoni eżistenti u x-xejra futura fir-rigward ta':

prezzijiet u disponibbiltà ta' dak il-prodott fis-suq Komunitarju,

prezzijiet għal dak il-prodott fis-suq dinji.

(b)

l-għanijiet ta' l-organizzazzjoni tas-suq komuni li huma li jkun żgurat l-ekwilibriju u l-iżvilupp naturali ta' prezzijiet u kummerċ f'dan is-suq;

(ċ)

il-ħtieġa li jiġu evitat disturbi li x'aktarx joħolqu żbilanċ prolungat bejn il-provvista u d-domanda fis-suq Komunitarju;

(d)

l-aspett ekonomiku ta' l-esportazzjonijiet proposti;

(e)

il-limiti li jirriżultaw minn ftehim konklużi skond l-Artikolu 300 tat-Trattat;

(f)

il-ħtieġa li jkun stabbilit bilanċ bejn l-użu ta' prodotti bażiċi Komunitarji fil-manifattura ta' oġġetti pproċessati għal esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, u l-użu ta' prodotti ta' pajjiżi terzi li ddaħħlu taħt ftehim ta' proċessar;

(g)

l-aktar spejjeż favorevoli ta' kummerċjalizzazzjoni u ta' trasport minn swieq Komunitarji għal portijiet Komunitarji jew postijiet oħra ta' esportazzjoni flimkien ma l-ispejjeż sabiex jintbagħtu lill-pajjiżi ta' destinazzjoni;

(h)

id-domanda fis-suq Komunitarju;

(i)

fir-rigward tas-setturi tal-laħam tal-majjal, bajd u tjur, id-differenza bejn il-prezzijiet fil-Komunità u l-prezzijiet fis-suq dinji għall-kwantità ta' feed grain input meħtieġ għall-produzzjoni fil-Komunità tal-prodotti ta' dawk is-setturi.

4.   Ammont korrettiv applikabbli għar-rifuzjonijiet ta' esportazzjoni jista' jitwaqqaf mill-Kummissjoni fir-rigward tas-setturi taċ-ċereali u r-ross. Madankollu, fejn meħtieġ, il-Kummissjoni, mingħajr l-assistenza tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 195(1), tista' temenda l-ammonti korrettivi.

L-ewwel subparagrafu jista' jiġi applikat ukoll għal prodotti li huma esportati fil-forma ta' oġġetti stabbiliti fl-Anness XX.

Artikolu 165

Rifużjoni ta' esportazzjoni għal xgħir maħżun

Għall-ewwel tliet xhur tas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni, ir-rifużjoni applikabbli għall-esportazzjoni tax-xgħir maħżun fi tmiem is-sena ta' kummerċjalizzazzjoni preċedenti jew li jkun sar minn xgħir maħżun f'dak iż-żmien għandha tkun dik li kienet tiġi applikata fir-rigward tal-liċenzja [...] ta' esportazzjoni in kwistjoni għall-esportazzjonijiet matul l-aħħar xahar tas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni preċedenti.

Artikolu 166

Aġġustament tar-rifużjoni ta' esportazzjoni għaċ-ċereali

Sakemm mhux previst mod ieħor mill-Kummissjoni, ir-rifużjoni fuq prodotti stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-Parti I ta' l-Anness I, stabbilita skond l-Artikolu 167(2), għandha tkun aġġustata mill-Kummissjoni skond il-livell taż-żidiet ta' kull xahar applikabbli għall-prezz ta' intervenzjoni u fejn xieraq, bidliet f'dak il-prezz.

L-ewwel paragrafu jista' jkun applikat, fl-intier tiegħu jew parzjalment, lill-prodotti stabbiliti fil-punti (ċ) u (d) tal-Parti I ta' l-Anness I kif ukoll lill-prodotti msemmija fil-Parti I ta' l-Anness I u esportati fil-forma ta' oġġetti msemmija fil-Parti I ta' l-Anness XX. F'dak il-każ, l-aġġustament imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi kkorreġut bl-applikazzjoni maż-żieda ta' kull xagħar ta' koeffiċjenti li jesprimi l-proporzjon bejn il-kwantità tal-prodott bażiku u l-kwantità tiegħu li tinsab fil-prodott ipproċessat li huwa esportat jew użat fl-oġġetti esportati.

Artikolu 167

L-għoti ta' rifużjoni ta' esportazzjoni

1.   Ir-rifużjonijiet fuq prodotti elenkati fl-Artikolu 162(1)(a) esportati kif inhuma mingħajr proċessar ulterjuri għandhom jingħataw biss fuq applikazzjoni u mal-preżentazzjoni ta' liċenzja ta' esportazzjoni.

2.   Ir-rifużjoni applikabbli għal prodotti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun dik applikabbli fil-jum ta' l-applikazzjoni għal-liċenzja jew, kif ikun il-każ, dik li tirriżulta mill-proċedura ta' appalt ikkonċernata u, fil-każ ta' rifużjoni differenzjata, dik applikabbli fl-istess jum:

(a)

għad-destinazzjoni indikata fuq il-liċenzja, jew

(b)

fejn xieraq, għad-destinazzjoni attwali jekk din hi differenti mid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenzja, f'liema każ l-ammont applikabbli ma għandux ikun iktar minn l-ammont applikabbli għad-destinazzjoni indikata fuq il-liċenzja.

Miżuri xierqa jistgħu jittieħdu mill-Kummissjoni sabiex jkun evitat l-abbuż tal-flessibbiltà prevista f'dan il-paragrafu.

3.   B'deroga mill-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li fil-każ ta' bajd għat-tifqis u ta' flieles ta' jum, il-liċenzji ta' esportazzjoni jistgħu jingħataw ex post.

4.   Jista' jiġi deċiż, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 (68), li jiġu applikati l-paragrafi 1 u 2 għal oġġetti msemmija fl-Artikolu 162(1)(b) ta' dan ir-Regolament.

5.   Derogi mill-paragrafi 1 u 2 jistgħu jingħataw mill-Kummissjoni fil-każ ta' prodotti li fuqhom jitħallsu r-rifużjonijiet ta' esportazzjoni taħt l-operazzjonijiet ta' l-għajnuna ta' l-ikel.

6.   Ir-rifużjoni għandha titħallas mal-preżentazzjoni ta' xiehda li:

(a)

il-prodotti ġew esportati mill-Komunità;

(b)

fil-każ ta' rifużjoni differenzjata, il-prodotti laħqu d-destinazzjoni indikata fuq il-liċenzja jew destinazzjoni oħra li għaliha kienet stabbilita rifużjoni, mingħajr preġudizzju għall-punt (b) tal-paragrafu 2.

Iżda, jistgħu jkunu permessi eċċezzjonijiet mill-Kummissjoni dment li jiġu stabbiliti kondizzjonijiet li joffru garanziji ekwivalenti.

7.   Garanziji ulterjuri għall-għoti ta' rifużjonijiet ta' esportazzjoni jistgħu jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni għal prodott wieħed jew aktar. Dawn jistgħu jinkludu:

(a)

li r-rifużjonijiet jitħallsu biss għal prodotti ta' oriġini Komunitarja;

(b)

li l-ammont tar-rifużjonijiet għal prodotti importati għandu jkun limitat għal dazji miġbura ma' l-importazzjoni fejn dawk id-dazji huma aktar baxxi mir-rifużjoni applikabbli.

Artikolu 168

Rifużjonijiet ta' esportazzjoni għal annimali ħajjin fis-settur taċ-ċanga u tal-vitella

Fir-rigward tal-prodotti tas-settur taċ-ċanga u tal-vitella, l-għoti u l-pagament tar-rifużjoni għal esportazzjonijiet ta' annimali ħajjin għandhom ikunu suġġetti għal qbil mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-leġislazzjoni Komunitarja rigward il-benesseri ta' l-annimali u, b'mod partikolari, il-protezzjoni ta' l-annimali waqt it-trasport.

Artikolu 169

Limiti ta' esportazzjoni

Osservanza ta' l-impenji tal-volum li jirriżultaw mill-ftehim konkluż skond l-Artikolu 300 tat-Trattat għandha tiġi żgurata abbażi tal-liċenzji ta' esportazzjoni maħruġa għall-perijodi ta' referenza li japplikaw għall-prodotti kkonċernati. Fir-rigward ta' qbil ma' l-obbligi ġejjin mill-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikultura, it-tmiem ta' perijodu ta' referenza ma għandux jaffettwa l-validità tal-liċenzji ta' esportazzjoni.

Artikolu 170

Regoli implimentattivi

Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' din it-Taqsima għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni, partikolarment:

(a)

dwar it-tqassim mill-ġdid ta' kwantitajiet esportabbli li ma ġewx allokati jew utilizzati;

(b)

li jiggvernaw il-kwalità u rekwiżiti u kondizzjonijiet speċifiċi oħra tal-prodotti eliġibbli għal rifużjoni ta' esportazzjoni;

(ċ)

għall-monitoraġġ ta' jekk seħħewx u kienux eżegwiti kif suppost operazzjonijiet li jikkonfermaw intitolament għall-ħlas ta' rifużjonijiet u ammonti oħra kollha fir-rigward ta' transazzjonijiet ta' esportazzjoni, inklużi verifiki fiżiċi u skrutinju dokumentari.

Kwalunkwe emenda meħtieġa għall-Anness XX għandha ssir mill-Kummissjoni b'kont meħud ta' kriterji msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 3448/93.

Iżda, ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 167 għal prodotti msemmija fl-Artikolu 162(1)(b) għandhom ikunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 3448/93.

Taqsima III

Ġestjoni tal-kwota ta' esportazzjoni fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

Artikolu 171

Ġestjoni ta' kwoti tariffarji miftuħa minn pajjiżi terzi

1.   Fir-rigward ta' ħalib u prodotti tal-ħalib, fejn ftehim konkluż skond l-Artikolu 300 tat-Trattat jipprovdi għall-ġestjoni totali jew parzjali ta' kwota tariffarja miftuħa minn pajjiż terz, il-metodu ta' ġestjoni li jrid jiġi applikat u r-regoli dettaljati rigward dak il-metodu għandhom jkunu adottati mill-Kummissjoni.

2.   Il-kwoti tariffarji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu ġestiti f'manjiera li tevita kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi kkonċernati u li tiggarantixxi l-użu sħiħ tal-possibilitajiet disponibbli taħt il-kwota kkonċernata, billi jiġi applikat wieħed mill-metodi li ġejjin jew taħlita minnhom jew metodu xieraq ieħor:

(a)

metodu bbażat fuq l-ordni kronoloġika tat-tressiq ta' applikazzjonijiet (il-prinċipju ta' min “jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel”);

(b)

metodu ta' distribuzzjoni skond il-proporzjon tal-kwantitajiet mitluba meta l-applikazzjonijiet kienu mressqa (l-użu tal-“metodu ta' eżami simultanju”);

(ċ)

metodu bbażat b'kont meħud ta' xejriet tradizzjonali tal-kummerċ (l-użu tal-“metodu tradizzjonali/ġodda”).

Taqsima IV

Trattament speċjali għall-importazzjoni għal pajjiżi terzi

Artikolu 172

Ċertifikati għal prodotti li jibbenefikaw minn trattament speċjali ta' importazzjoni f'pajjiż terz

1.   Meta jkunu esportati prodotti li jistgħu, skond il-ftehim konklużi mill-Kommunità skond l-Artikolu 300 tat-Trattat, jibbenefikaw minn trattament speċjali għall-importazzjoni għal pajjiż terz jekk jiġu rispettati ċerti kondizzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom, fuq talba u wara kontrolli adegwati, joħorġu dokument li jiċċertifika li l-kondizzjonijiet jintlaħqu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.

Taqsima V

Dispożizzjonijiet speċjali għall-pjanti ħajjin

Artikolu 173

Prezzijiet minimi ta' esportazzjoni

1.   Għal kull wieħed mill-prodotti tas-settur tal-pjanti ħajjin li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0601 10, wieħed jew aktar mill-prezzijiet minimi għal esportazzjonijiet għal pajjiżi terzi jistgħu jkunu ffissati mill-Kummissjoni kull sena fi żmien xieraq qabel l-istaġun ta' kummerċjalizzazzjoni.

L-esportazzjoni ta' tali prodotti għandu jkun permess biss b'prezz ugwali għal jew iktar mill-prezz minimu ffissat għall-prodott in kwistjoni.

2.   Għandhom jiġu addottati mill-Kummissjoni regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 li jqisu l-obbligi li ġejjin minn ftehim konkluż skond l-Artikolu 300(2) tat-Trattat.

Taqsima VI

Proċessar passiv

Artikolu 174

Sospensjoni ta' ftehim ta' proċessar passiv

1.   Fejn is-suq Komunitarju huwa mfixkel jew jista' jkun imfixkel minn ftehim ta' proċessar passiv, il-Kummissjoni tista' tissospendi fuq talba ta' Stat Membru jew b'inizjattiva tagħha stess l-użu sħiħ jew parzjali ta' ftehim ta' proċessar passiv għas-setturi tal-prodotti taċ-ċereali, ir-ross, iċ-ċanga u l-vitella, il-laħam tal-majjal, il-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż, u t-tjur. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, hija għandha tieħu deċiżjoni dwarha fi żmien ħamest ijiem ta' ħidma minn meta tirċievi t-talba.

L-Istati Membri għandhom ikunu notifikati b'tali miżuri, li għandhom ikunu applikabbli immedjatament.

Miżuri li dwarhom tkun iddeċidiet il-Kummissjoni skond l-ewwel subparagrafu jistgħu jiġu riferuti lill-Kunsill minn kwalunkwe Stat Membru fi żmien ħamest ijiem ta' ħidma mid-data li fihom ikunu ġew notifikati. Il-Kunsill għandu jiltaqa' mingħajr dewmien. Huwa jista', filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew iħassar il-miżuri in kwistjoni fi żmien xahar wara d-data li fiha jkun ġew riferuti lill-Kunsill.

2.   Safejn meħtieġ għall-funzjonament tajjeb ta' l-OKS, l-użu ta' arranġamenti ta' proċessar attiv għall-prodotti msemmijin fil-paragrafu 1 jista' jkun projbit totalment jew parzjalment mill-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 37(2) tat-Trattat.

PARTI IV

REGOLI TA' KOMPETIZZJONI

KAPITOLU I

Regoli li japplikaw għall-impriżi

Artikolu 175

Applikazzjoni ta' l-Artikoli 81 sa 86 tat-Trattat

Ħlief kif previst mod ieħor f'dan ir-Regolament, l-Artikoli 81 sa 86 tat-Trattat u d-dispożizzjonijiet implimentattivi tagħhom għandhom, skond l-Artikolu 176 ta' dan ir-Regolament, japplikaw għall-ftehim, deċiżjonijiet u prattika kollha msemmijin fl-Artikoli 81(1) u 82 tat-Trattat li għandhom x'jaqsmu mal-produzzjoni jew il-kummerċ tal-prodotti msemmijin fil-punti (a) sa (h), il-punt (k) u l-punti (m) sa (u) ta' l-Artikolu 1(1) u fl-Artikolu 1(3) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 176

Eċċezzjonijiet

1.   L-Artikolu 81(1) tat-Trattat ma għandux japplika għall-ftehim, deċiżjonijiet u prattika msemmija fl-Artikolu 175 ta' dan ir-Regolament li huma parti integrali minn organizzazzjoni tas-suq nazzjonali jew li huma meħtieġa għall-kisba ta' l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 33 tat-Trattat.

B'mod partikolari, l-Artikolu 81(1) tat-Trattat m'għandux japplika għal ftehim, deċiżjonijiet u prattika tal-bdiewa, l-assoċjazzjonijiet tal-bdiewa, jew l- assoċjazzjonijiet ta' tali assoċjazzjonijiet li jappartjenu għal Stat Membru wieħed u li jirrigwardaw il-produzzjoni jew il-bejgħ ta' prodotti agrikoli jew l-użu ta' faċilitajiet konġunti għall-ħażna, trattament jew ipproċessar ta' prodotti agrikoli, u li skondhom ma hemm l-ebda obbligu li jintalbu prezzijiet identiċi, għajr jekk il-Kummissjoni ssib illi l-kompetizzjoni hija b'hekk eskluża jew li l-objettivi ta' l-Artikolu 33 tat-Trattat huma mhedda.

2.   Wara li tikkonsulta lill-Istati Membri u tisma' lill-impriżi jew lill-assoċjazzjonijiet ta' l-impriżi kkonċernati u lil kull persuna fiżika jew ġuridika oħra li tikkonsidra xierqa, il-Kummissjoni għandu jkollha l-kompetenza esklussiva, suġġetta għar-reviżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja, li tistabbilixxi, permezz ta' deċiżjoni li għandha tiġi ppubblikata, liema ftehim, deċiżjonijiet jew prattika jissodisfaw il-kondizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 1.

Il-Kummissjoni għandha timpenja ruħha li tistabilixxi dan jew fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq it-talba ta' awtorità kompetenti ta' Stat Membru jew ta' impriża jew assoċjazzjoni ta' impriżi interessati.

3.   Il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandha tagħti l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni. Għandha tqis l-interess leġittimu ta' l-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.

Artikolu 177

Ftehim u prattika miftiehma fis-settur tat-tabakk

1.   L-Artikolu 81(1) tat-Trattat m'għandux japplika għall-ftehim u prattika miftiehma ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti ta' bejn fergħat fis-settur tat-tabakk, maħsuba sabiex jimplimentaw l-għanijiet imsemmijin fl-Artikolu 121(ċ) ta' dan ir-Regolament sakemm:

(a)

il-ftehim u prattika miftiehma ġew notifikati lill-Kummissjoni;

(b)

il-Kummissjoni, fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi d-dettalji meħtieġa kollha, ma sabitx li dawk il-ftehim jew prattika miftiehma huma nkompatibbli mar-regoli Komunitarji tal-kompetizzjoni.

Il-ftehim u prattika miftiehma ma jistgħux jiġu implimentati matul dawk it-tliet xhur.

2.   Ftehim u prattika miftiehma għandhom ikunu ddikjarati kontra r-regoli ta' kompetizzjoni Komunitarji fil-każijiet li ġejjin fejn:

(a)

jistgħu jwasslu għat-tqassim tas-swieq fi kwalunkwe forma fil-Komunità;

(b)

jistgħu jaffettwaw l-operazzjoni tajjba ta' l-organizzazzjoni tas-suq;

(ċ)

jistgħu joħolqu distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li mhumiex essenzjali fil-kisba ta' l-objettivi tal-politika agrikola komuni segwita mill-miżura ta' organizzazzjoni ta' bejn fergħat;

(d)

jinkludu l-iffissar tal-prezzijiet jew kwoti, mingħajr preġudizzju għal miżuri meħuda minn organiżżazzjonijiet ta' bejn fergħat fl-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet speċifiċi tar-regoli Komunitarji;

(e)

jistgħu joħolqu diskriminazzjoni jew jeliminaw il-kompetizzjoni fir-rigward ta' proporzjon sostanzjali tal-prodotti in kwistjoni.

3.   Jekk, wara l-iskadenza tal-perijodu ta' tliet xhur imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni issib li l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu ma ntlaħqux, hija għandha tieħu deċiżjoni, mingħajr l-assistenza tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 195(1), sabiex tiddikjara li l-Artikolu 81(8) tat-Trattat japplika għall-ftehim jew prattika miftiehma in kwistjoni.

Dik id-deċiżjoni m'għandiex tapplika qabelid-data ta'notifika lill-organizzazzjoni ta' bejn fergħat konċernata, sakemm dik l-organizzazzjoni ta' bejn fergħat ma tkunx tat informazzjoni mhux korretta jew tkun użat skorrettament l-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 1.

Artikolu 178

Effetti li jorbtu ta' ftehim u prattiċi miftehma fuq dawk li mhumiex membri fis-settur tat-tabakk

1.   Organizzazzjonijiet ta' bejn fergħat fis-settur tat-tabakk jistgħu jitolbu li xi ftehim jew prattiċi miftehma minn tagħhom ikunu jorbtu għal perijodu limitat fuq individwi u gruppi fis-settur ekonomiku kkonċernat li mhumiex membri tal-fergħat tal-kummerċ li huma jirrappreżentaw, fl-oqsma li fihom joperaw il-fergħat.

Sabiex ir-regoli tagħhom jiġu estiżi, organizzazzjonijiet ta' bejn fergħat għandhom jirrappreżentaw ta' l-inqas żewġ terzi tal-produzzjoni u/jew il-kummerċ ikkonċernat. Fejn l-estensjoni proposta tar-regoli hi ta' kamp ta' applikazzjoni inter-reġjonali, l-organizzazzjonijiet ta' bejn fergħat għandhom jipprovaw li għandhom grad minimu ta' rappreżentazzjoni, fir-rigward ta' kull wieħed mill-fergħat miġbura, f'kull reġjun kopert.

2.   Ir-regoli li għalihom hi mitluba estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni għandhom ikunu fis-seħħ għal ta' l-inqas sena u għandhom jirrelataw ma waħda mill-objettivi li ġejjin:

(a)

għarfien tal-produzzjoni u s-suq;

(b)

definizzjoni ta' kwalitajiet minimi;

(ċ)

l-użu ta' metodi ta' kultivazzjoni kompatibbli mal-protezzjoni ta' l-ambjent;

(d)

definizzjoni ta' l-istandards minimi ta' ħżin u preżentazzjoni;

(e)

l-użu ta' żerriegħa ċertifikata u monitoraġġ tal-kwalità tal-prodott.

3.   L-estensjoni tar-regoli għandha tkun suġġetta għal approvazzjoni mill-Kummissjoni.

Artikolu 179

Regoli implimentattivi rigward ftehim u prattika miftehma fis-settur tat-tabakk

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 177 u 178 inklużi r-regoli dwar notifiki u pubblikazzjoni.

KAPITOLU II

Regoli ta' Għajnuna Statali

Artikolu 180

Applikazzjoni ta' l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat

Ħlief jekk previst mod ieħor f'dan ir-Regolament, u b'mod partikolari bl-eċċezzjoni ta' l-għajnuna mill-Istat imsemmija fl-Artikolu 182, l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat għandhom japplikaw għall-produzzjoni ta' u l-kummerċ tal-prodotti msemmijin fil-punti (a) sa (h), il-punt (k) u l-punti (m) sa (u) ta' l-Artikolu 1(1) u fl-Artikolu 1(3) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 181

Dispożizzjonijiet speċifiċi għas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib

Suġġett għall-Artikolu 87(2) tat-Trattat, għajnuna li l-ammont tagħha huwa ffissat abbażi tal-prezz jew il-kwantità tal-prodotti elenkati fil-Parti XVI ta' l-Anness I ma' dan ir-Regolament għandha tkun ipprojbita.

Miżuri nazzjonali li jippermettu l-ekwalizzazzjoni bejn il-prezzijiet tal-prodotti elenkati fil-Parti XVI ta' l-Anness I ma' dan ir-Regolament għandhom ikunu projbiti wkoll.

Artikolu 182

Dispożizzjonijiet nazzjonali speċifiċi

1.   Suġġett għal awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni, tista' tingħata għajnuna għall-produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni tar-renna u l-prodotti tar-renna (NM ex 0208 u ex 0210) mill-Finlandja u l-Isvezja sakemm dan ma jinkludix kwalunkwe żieda fil-livelli tradizzjonali ta' produzzjoni.

2.   Suġġetta għal awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni, il-Finlandja tista' tagħti għajnuna rispettivament għal ċerti kwantitajiet ta' żrieragħ u għal ċerti kwantitajiet ta' żerriegħa ta' ċereali li huma prodotti biss fil-Finalandja, minħabba l-kondizzjonijiet klimatiċi speċifiċi tagħha.

3.   L-Istati Membri li jnaqqsu l-kwota taz-zokkor tagħhom b'iktar minn 50 % tal-kwota taz-zokkor stabbilita fl-20 ta' Frar fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jistgħu jagħtu għajnuna Statali temporanja matul il-perijodu li għalih qed titħallas l-għajnuna trasizzjonali għal dawk li jkabbru l-pitravi skond il-Kapitolu 10f tat-Ttitolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Il-Kummissjoni għandha, abbażi ta' applikazzjoni minn kwalunkwe Stat Membru kkonċernat, tiddeċiedi fuq l-ammont totali ta' l-għajnuna Statali disponibbli għal din il-miżura.

Għall-Italja, l-għajnuna temporanja msemmija fl-ewwel subparagrafu, ma għandiex tkun iktar minn total ta' EUR 11 għal kull sena ta' kummerċjalizzazzjoni għal kull tunnellata ta' pitravi li tingħata lil dawk li jkabbru l-pitravi u għat-trasport tal-pitravi.

Il-Finlandja tista tagħti għajnuna sa EUR 350 għal kull ettaru għal kull sena ta' kummerċjalizzazzjoni lil dawk li jkabbru l-pitravi.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni fi żmien 30 jum mit-tmiem ta' kull sena ta' kummerċjalizzazzjoni dwar l-ammont ta' għajnuna Statali effettivament mogħtija f'dik is-sena ta' kummerċjalizzazzjoni.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 88(1) u ta' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 88(3) tat-Trattat, sal-31 ta' Diċembru 2010, il-Ġermanja tista' tagħti għajnuna fil-qafas tal-Monopolju Ġermaniż ta' l-Alkoħol għal prodotti kummerċjalizzati, wara transformazzjoni ulterjuri, mill-Monopolju, bħala alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola stabbiliti fl-Anness I għat-Trattat. L-ammont totali ta' din l-għajnuna ma għandux ikun iktar minn EUR 110 miljun kull sena.

Il-Ġermanja għandha tippreżenta, qabel it-30 ta' Ġunju kull sena, rapport lill-Kummissjoni dwar il-funzjonament tas-sistema.

PARTI V

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAL SETTURI INDIVIDWALI

Artikolu 183

Imposta promozjonali fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat kif previst fl-Artikolu 180 ta' dan ir-Regolament, Stat Membru jista' jimponi imposta promozjonali fuq il-produtturi tal-ħalib tiegħu fir-rigward ta' kwantitajiet kummerċjalizzati ta' ħalib jew ekwivalenti tal-ħalib sabiex jiffinanzja l-miżuri dwar il-promozzjoni tal-konsum fil-Komunità, waqt li jespandi s-swieq għall-ħalib u prodotti tal-ħalib u jtejjeb il-kwalità.

Artikolu 184

Rappurtar fir-rigward ta' ċerti setturi

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport:

1)

qabel it-30 ta' Settembru 2008 lill-Kunsill dwar is-settur ta' l-għalf imnixxef, abbażi ta' evalwazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jinsabu f'dan ir-Regolament, li jittrattaw partikolarment l-iżvilupp ta' oqsma ta' għalf leguminuż u għalf aħdar ieħor, il-produzzjoni ta' għalfa imnixxef u t-tfaddil miksub ta' karburanti fossili. Jekk ikun meħtieġ, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti xierqa;

2)

kull tliet snin u għall-ewwel darba sal-31 ta' Diċembru 2010 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri rigward is-settur ta' l-apikultura stabbiliti fit-Taqsima VI tal-Kapitolu IV tat-Titolu I tal-Parti II.

3)

qabel il-31 ta' Diċembru 2009 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-deroga prevista fl-Artikolu 182(4) fir-rigward tal-Monopolju ta' l-Alkoħol Ġermaniż, inkluż l-evalwazzjoni ta' l-għajnuniet mogħtija fil-qafas ta' dak il-Monopolju, flimkien ma' kwalunkwe proposta xierqa.

Artikolu 185

Reġistrazzjoni ta' kuntratti fis-settur tal-ħops

1.   Kwalunkwe kuntratt għall-provvista tal-ħops prodott fil-Komunità li jiġi konkluż bejn produttur jew organizzazzjoni ta' produtturi min-naħa waħda u xerrej min-naħa l-oħra għandu jiġi rreġistrat mill-korpi maħtura għal dak l-iskop minn kull Stat Membru produttur ikkonċernat.

2.   Kuntratti relatati mal-provvista ta' kwantitajiet speċifiċi bi prezzijiet miftehma għal perijodu li jkun ikopri ħsad wieħed jew aktar u li jiġi konkluż qabel l-1 ta' Awwissu tas-sena ta' l-ewwel ħsad ikkonċernat għandhom ikunu magħrufa bħala “kuntratti konklużi bil-quddiem”. Dawn għandhom jiġu reġistrati separatament.

3.   Id-data li fuqha hija bbażata r-reġistrazzjoni tista' tintuża biss għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

4.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-regoli dettaljati rigward ir-reġistrazzjoni ta' kuntratti għall-provvista tal-ħops.

Artikolu 186

Disturbi fir-rigward ta' prezzijiet tas-suq intern

Il-Kummissjoni tista' tieħu l-miżuri meħtieġa fil-każ tas-sitwazzjonijiet li ġejjin, meta dawk is-sitwazzjonijiet x'aktarx ikomplu, u b'hekk jiddisturbaw jew jheddu li jiddisturbaw is-swieq:

(a)

rigward il-prodotti tas-setturi taz-zokkor, ħops, ċanga u vitella u laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż, fejn il-prezzijiet fis-suq Komunitarju għal kwalunkwe minn dawk il-prodotti jogħla jew jaqa' signifikament;

(b)

rigward il-prodotti tas-setturi tal-laħam tal-majjal, tal-bajd u tat-tjur u, fir-rigward tas-settur taż-żejt taż-żebbuġa, fejn il-prezzijiet fis-suq Komunitarju għal kwalunkwe minn dawk il-prodotti jogħla sinifikament.

Artikolu 187

Disturbi kkawżati minn kwotazzjonijiet jew prezzijiet fis-suq dinji

Fejn, fir-rigward ta' prodotti tas-setturi taċ-ċereali, ross, zokkor u ħalib u prodotti tal-ħalib, il-kwoti jew prezzijiet fis-suq dinji ta' prodott wieħed jew aktar jilħqu livell li jfixkel jew jhedded li jfixkel id-disponibbiltà tal-provvista fis-suq Komunitarju u fejn dik is-sitwazzjoni x'aktarx tkompli jew tmur għall-agħar, il-Kummissjoni tista' tieħu l-miżuri meħtieġa għas-settur ikkonċernat. Tista' b'mod partikolari tissospendi d-dazji ta' importazzjoni parzjalment jew għal kollox għal ċerti kwantitajiet.

Artikolu 188

Kondizzjonijiet għal miżuri li għandhom jiġu applikati f'każijiet ta' disturbi u regoli implimentattivi

1.   Il-miżuri previsti fl-Artikoli 186 u 187 jistgħu jiġu adottati:

(a)

sakemm kwalunkwe miżura oħra disponibbli taħt dan ir-Regolament jidhru insuffiċjenti;

(b)

fir-rigward ta' obbligi li jirriżultaw minn ftehim konklużi skond l-Artikolu 300(2) tat-Trattat.

2.   Il-Kummissjoni tista' tadotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 186 u 187.

Artikolu 189

Komunikazzjonijiet fis-settur ta' l-alkoħol etiliku

1.   Fir-rigward ta' prodotti tas-settur ta' l-alkoħol etiliku, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja:

(a)

produzzjoni ta' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola espressa bħala ettolitri ta' alkoħol pur, maqsum skond il-prodott użat għall-produzzjoni ta' l-alkoħol;

(b)

il-volum ta' alkoħol etiliku mormi ta' oriġini agrikola, espressa bħala ettolitri ta' alkoħol pur, maqsum skond is-settur tad-destinazzjoni;

(ċ)

il-ħażniet ta' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola disponibbli fl-Istat Membru fit-tmiem tas-sena preċedenti;

(d)

produzzjoni mbassra għas-sena attwali.

Regoli għall-komunikazzjoni ta' din l-informazzjoni u, b'mod partikolari, il-frekwenza tal-komunikazzjoni u d-definizzjoni tas-setturi tad-destinazzjoni għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni.

2.   Abbażi ta' l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u ta' kwalunkwe informazzjoni oħra disponibbli, il-Kummissjoni mingħajr l-assistenza tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 195(1), għandha tfassal bilanċ Komunitarju għas-suq fl-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola għas-sena preċedenti u bilanċ ippjanat għas-sena attwali.

Il-bilanċ Komunitarju għandu jinkludi wkoll informazzjoni dwar alkoħol etiliku ta' oriġini mhux agrikola. Il-kontenut preċiż u l-mezzi ta' ġbir ta' tali informazzjoni għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni.

Għall-għanijiet ta' dan il-paragrafu, “alkoħol etiliku ta' oriġini mhux agrikola” għandha tfisser prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2207, 2208 90 91 u 2208 90 99 li mhumiex miksuba minn prodott agrikolu speċifiku mniżżel fl-Anness I għat-Trattat.

3.   Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri dwar il-bilanċi msemmija fil-paragrafu 2.

PARTI VI

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 190

Dispożizzjonijiet finanzjarji

Ir-Regolament (KE) Nru 1290/2005 u d-dispożizzjonijiet adottati għall-implimentazzjoni tiegħu għandhom japplikaw għall-infiq imġarrab mill-Istati Membri fit-twettieq ta' obbligi taħt dan ir-Regolament.

Artikolu 191

Emerġenza

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri li huma kemm neċessarji kif ukoll ġustifikabbli f'emerġenza, sabiex tirrisolvi problemi prattiċi speċifiċi.

Tali miżuri jistgħu jidderogaw minn dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, iżda biss safejn, u għal tali perijodu, li hu neċessarjament meħtieġ.

Artikolu 192

Skambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni

1.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jew għall-monitoraġġ u analiżi tas-suq u għal konformità ma' l-obbligi internazzjonali rigward il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati sabiex tiddetermina x'informazzjoni hija meħtieġa għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1, kif ukoll dik rigward il-forma, kontenut, it-teħid tal-ħin u t-termini ta' skadenza tiegħu u dwar l-arranġamenti għat-trasmissjoni jew li l-informazzjoni u d-dokumenti jsiru disponibbli.

Artikolu 193

Klawsola ta' ċirkomvenzjoni

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni speċifika, l-ebda vantaġġi previsti f'dan ir-Regolament ma għandhom jingħataw favur xi persuna fiżika jew ġuridika li fir-rigward tagħha jiġi stabbilit li l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-kisba ta' tali vantaġġi ġew maħluqa artifiċjalment, kuntrarju għall-objettivi ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 194

Kontrolli u miżuri amministrattivi u pieni amministrattivi u r-rappurtar tagħhom

Il-Kummissjoni għandha tiddetermina:

(a)

ir-regoli rigward il-kontrolli amministrattivi u fiżiċi mwettqa mill-Istati Membri fir-rigward tar-rispett ta' l-obbligi li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament;

(b)

sistema għall-applikazzjoni ta' miżuri amministrattivi u pieni amministrattivi fejn jinsab li hemm non-konformità ma' kwalunkwe minn dawn l-obbligi li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament;

(ċ)

ir-regoli dwar l-irkupru ta' pagamenti mhux dovuti li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament;

(d)

ir-regoli dwar ir-rappurtar tal-kontrolli li jkunu saru kif ukoll ir-riżultati tagħhom.

Il-pieni amministrattivi msemmijin fil-punt (b) għandhom ikunu gradwati skond il-gravità, l-estent, il-permanenza u r-repetizzjoni tan-nuqqas ta' konformità misjuba.

PARTI VII

REGOLI IMPLIMENTATTIVI, TRANSITORJI U FINALI

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet Implimentattivi

Artikolu 195

Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tat-Tmexxija għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perijodu mniżżel fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal xahar wieħed.

Artikolu 196

Organizzazzjoni tal-Kumitat

L-organizzazzjoni tal-laqgħat tal-Kumitat imsemmija fl-Artikolu 195, għandha tieħu kont, b'mod partikolari, tal-kamp ta' applikazzjoni tar-responsabbiltajiet tagħha, l-ispeċifiċitajiet tas-suġġett li għandu jiġi ttrattat, u l-ħtieġa li tkun involuta kompetenza adatta.

KAPITOLU II

Dispożizzjonijiet transitorji u finali

Artikolu 197

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1493/1999

L-Artikoli 74 sa 76 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 huma mħassrin.

Artikolu 198

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 2200/96

L-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 huma mħassrin.

Artikolu 199

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 2201/96

L-Artikoli 29 u 30 tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 huma mħassrin.

Artikolu 200

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1184/2006

Ir-Regolament (KE) Nru 1184/2006 hu emendat kif ġej:

(1)

It-titolu hu mibdul b'dan li ġej:

“Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 ta' l-24 ta' Lulju 2006 li japplika ċerti regoli ta' kompetizzjoni għall-produzzjoni ta' u kummerċ f'ċerti prodotti agrikoli”

(2)

L-Artikolu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi r-regoli li għandhom jiġu applikati fir-rigward ta' l-applikabbiltà ta' l-Artikoli 81 sa 86 u ċerti dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 88 tat-Trattat fir-rigward tal-produzzjoni ta', jew kummerċ fil-prodotti elenkati fl-Anness I għat-Trattat bl-eċċezzjoni tal-prodotti msemmijin fil-punti (a) sa (h), il-punt (k) u l-punti (m) sa (u) ta' l-Artikolu 1(1) u fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (*).

Artikolu 1a

L-Artikoli 81 sa 86 tat-Trattat u d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tagħhom għandhom, suġġetti għall-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament, japplikaw għall-ftehim, deċiżjonijiet u prattika kollha msemmija fl-Artikoli 81(1) u 82 tat-Trattat li huma rigward il-produzzjoni ta' jew għall-kummerċ tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1.

(*)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.”"

(3)

L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 2(1) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-Artikolu 81(1) tat-Trattat ma għandux japplika għal dawk il-ftehim, deċiżjonijiet u prattika msemmija fl-Artikolu 1a ta' dan ir-Regolament li huma parti integrali minn organizzazzjoni tas-suq nazzjonali jew li huma meħtieġa għall-kisba ta' l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 33 tat-Trattat.”

(4)

L-Artikolu 3 huwa mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 3

L-Artikolu 88(1) u ta' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 88(3) tat-Trattat għandhom japplikaw għall-għajnuniet mogħtija għall-produzzjoni ta', jew għall-kummerċ tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1.”

Artikolu 201

Revoki

1.   Suġġett għall-paragrafu 3, ir-Regolamenti li ġejjin huma mħassrin:

(a)

Regolamenti (KEE) Nru 234/68, (KEE) Nru 827/68, (KEE) Nru 2517/69, (KE) Nru 2728/75 (KE) Nru 1055/77, (KE) Nru 2931/79, (KE) Nru 1358/80, (KE) Nru 3730/87, (KE) Nru 4088/87, (KE) Nru 404/93, (KE) Nru 670/2003 u (KE) Nru 797/2004, mill-1 ta' Jannar 2008;

(b)

Regolamenti (KEE) Nru 707/76, (KE) Nru 1786/2003, (KE) Nru 1788/2003 u (KE) Nru 1544/2006 mill-1 ta' April 2008;

(ċ)

Regolamenti (KEE) Nru 315/68, (KEE) Nru 316/68, (KEE) Nru 2729/75, (KEE) Nru 2759/75, (KEE) Nru 2763/75, (KEE) Nru 2771/75, (KEE) Nru 2777/75, (KEE) Nru 2782/75, (KEE) Nru 1898/87, (KEE) Nru 1906/90, (KEE) Nru 2204/90, (KEE) Nru 2075/92, (KEE) Nru 2077/92, (KEE) Nru 2991/94, (KEE) Nru No 2597/97 (KEE) Nru 1254/1999, (KEE) Nru 1255/1999, (KEE) Nru 2250/1999, (KEE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2529/2001, (KEE) Nru 1784/2003, (KEE) Nru 865/2004 u (KEE) Nru 1947/2005, (KEE) Nru 1952/2005 u (KEE) Nru 1028/2006 mill-1 ta' Jannar 2008;

(d)

Regolament (KE) Nru 1785/2003 mill-1 ta' Settembru 2008;

(e)

Regolament (KE) Nru 318/2006 mill-1 ta' Ottubru 2008;

(f)

Regolamenti (KEE) Nru 3220/84, (KEE) Nru 386/90, (KEE) Nru 1186/90, (KEE) Nru 2137/92, u (KE) Nru 1183/2006 mill-1 ta' Jannar 2009;

2.   Id-Deċiżjoni 74/583/KEE hija mħassra mill-1 ta' Jannar 2008.

3.   It-tħassir tar-Regolamenti msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal:

(a)

iż-żamma fis-seħħ ta' atti Komunitarji adottati abbażi ta' dawn ir-Regolamenti; u

(b)

il-validità kontinwa ta' emendi li saru minn dawk ir-Regolamenti għal atti oħra tal- liġi Komunitarja li mhumiex imħassra b'dan ir-Regolament.

Artikolu 202

Kostruzzjoni ta' referenzi

Referenzi għal dispożizzjonijiet u Regolamenti li huma emendi jew imħassra mill-Artikoli 197 sa 201 għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabelli ta' korrelazzjoni stabbiliti fl-Anness XVIII.

Artikolu 203

Regoli transitorji

Il-Kummissjoni tista' tadotta l-miżuri meħtieġa sabiex tiġi ffaċilitata t-transizzjoni mill-arranġamenti msemmija fir-Regolamenti li huma emendati jew imħassra mill-Artikoli 197 sa 201 għal dawk stabbiliti minn dan ir-Regolament.

Artikolu 204

Dħul fis-seħħ

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak li fih ikun ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

2.   Dan ir-Regolament għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2008.

Madankollu, għandu japplika għal:

(a)

fir-rigward tas-setturi taċ-ċereali, iż-żrieragħ, il-ħops, iż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda, il-kittien u l-qanneb, it-tabakk mhux maħdum, iċ-ċanga u l-vitella, il-laħam tal-majjal, il-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż, il-bajd u t-tjur, mill-1 ta' Lulju 2008;

(b)

fir-rigward tas-settur tar-ross, mill-1 ta' Settembru 2008;

(ċ)

fir-rigward tas-settur taz-zokkor, mill-1 ta' Ottubru 2008 bl-eċċezzjoni ta' l-Artikolu 59 li għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2008.

(d)

fir-rigward tas-setturi ta' l-għalf imnixxef u d-dud tal-ħarir, mill-1 ta' April 2008;

(e)

fir-rigward tas-settur ta' l-inbid kif ukoll l-Artikolu 197, mill-1 ta' Awwissu 2008;

(f)

fir-rigward tas-settur tal-ħalib u prodotti tal-ħalib, bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II, mill-1 ta' Lulju 2008;

(g)

fir-rigward tas-sistema tal-limitazzjoni tal-produzzjoni tal-ħalib imwaqqfa fil-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II, mill-1 ta' April 2008;

(h)

fir-rigward ta' l-iskali Komunitarji għall-klassifikazzjoni ta' karkassi msemmijin fl-Artikolu 42(1), mill-1 ta' Jannar 2009;

L-Artikoli 27, 39 u 172 għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2008 u l-Artikoli 149 sa 152 mill-1 ta' Lulju 2008 għall-prodotti kollha konċernati.

3.   Fir-rigward tas-settur taz-zokkor, it-Titolu I tal-Parti II għandhom japplikaw sa l-aħħa tas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2014/2015 għaz-zokkor.

4.   Id-dispożizzjonijiet relatati mas-sistema tal-limitazzjoni tal-produzzjoni tal-ħalib stabbiliti fil-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II għandhom, skond l-Artikolu 66, japplikaw tal-31 ta' Marzu 2015.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 22 ta' Ottubru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SILVA


(1)  Opinjoni ta' l-24 ta' Mejju 2007 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)

(2)  ĠU L 55, 2.3.1968, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(3)  ĠU L 151, 30.6.1968, p. 16. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 865/2004 (ĠU L 161, 30.4.2004, p. 97).

(4)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(5)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 49. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1).

(6)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006.

(7)  ĠU L 215, 30.7.1992, p. 70. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1679/2005 (ĠU L 271, 15.10.2005, p. 1).

(8)  ĠU L 47, 25.2.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2013/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 13).

(9)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1182/2007 (ĠU L 273, 17.10.2007, p. 1).

(10)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 29. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1182/2007.

(11)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005.

(12)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1152/2007 (ĠU L 258, 4.10.2007, p. 3).

(13)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(14)  ĠU L 193, 29.7.2000, p. 16. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 953/2006 (ĠU L 175, 29.6.2006, p. 1).

(15)  ĠU L 341, 22.12.2001, p. 3. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005.

(16)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 735/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 6).

(17)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 797/2006 (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1).

(18)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 114. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 456/2006 (ĠU L 82, 21.3.2006, p. 1).

(19)  ĠU L 161, 30.4.2004, p. 97. Ikkoreġuta bil-ĠU L 206, 9.6.2004, p. 37.

(20)  ĠU L 312, 29.11.2005, p. 3. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1247/2007 (ĠU L 282, 26.10.2007, p. 1).

(21)  ĠU L 314, 30.11.2005, p. 1.

(22)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1).

(23)  ĠU L 97, 15.4.2003, p. 6.

(24)  ĠU L 125, 28.4.2004, p. 1.

(25)  ĠU L 286, 17.10.2006, p. 1.

(26)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2013/2006.

(27)  ĠU L 352, 30.4.2004, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2535/95 (ĠU L 260, 31.12.1994, p. 3).

(28)  ĠU L 214, 30.4.2006, p. 1.

(29)  ĠU L 119, 11.5.1990, p. 32. Ir-Regolament kif emendat bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-1994.

(30)  ĠU L 301, 20.11.1984, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru.3513/93 (ĠU L 320, 22.12.1993, p. 5).

(31)  ĠU L 214, 30.7.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru. 1791/2006.

(32)  ĠU L 270, 21.4.2003, p. 123. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1186/2007 (ĠU L 265, 11.10.2007, p. 22).

(33)  ĠU L 58, 30.4.2004, p. 42. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1261 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 8).

(34)  ĠU L 209, 30.4.2004, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 378/2007 (ĠU L 95, 5.4.2007, p. 1).

(35)  ĠU L 182, 3.7.1987, p. 36. Regolament kif emendat mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-1994.

(36)  ĠU L 351, 23.12.1997, p. 13. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1153/2007 (ĠU L 258, 4.10.2007, p. 6).

(37)  ĠU L 316, 9.12.1994, p. 2.

(38)  ĠU L 186, 7.7.2006, p. 1.

(39)  ĠU L 173, 6.7.1990, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru. 1029/2006 (ĠU L 186, 7.7.2006, p. 6).

(40)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 100. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru. 1791/2006.

(41)  ĠU L 201, 31.7.1990, p. 7. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2583/2001 (ĠU L 345, 29.12.2001, p. 6).

(42)  ĠU L 281, 1.11.1975, p. 18. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 3290/94 (ĠU L 349, 31.12.1994, p. 105).

(43)  ĠU L 214, 4.8.2006, p. 7.

(44)  ĠU L 184, 17.7.1999, P. 23. Deċiżjoni kif emendat mid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(45)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 19.

(46)  ĠU L 84, 31.3.1976, p. 1.

(47)  ĠU L 128, 24.5.1977, p. 1.

(48)  ĠU L 334, 28.12.1979, p. 8.

(49)  ĠU L 42, 16.2.1990, p. 6. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 163/94 (ĠU L 24, 29.1.1994, p. 2).

(50)  ĠU L 215, 30.7.1992, p. 80.

(51)  ĠU L 275, 30.4.2004, p. 4.

(52)  ĠU L 71, 21.3.1968, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 4112/88 (ĠU L 361, 29.12.1988, p. 7).

(53)  ĠU L 71, 21.3.1968, p. 8. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 309/79 (ĠU L 42, 17.2.1979, p. 21).

(54)  ĠU L 318, 18.12.1969, p. 15. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1153/78 (ĠU L 144, 31.5.1978, p. 4).

(55)  ĠU L 281, 1.11.1975, p. 17.

(56)  ĠU L 140, 5.6.1980 p. 4.

(57)  ĠU L 382, 31.12.1987, p. 22. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1300/97 (ĠU L 177, 5.7.1997 p. 1).

(58)  ĠU L 317, 27.11.1974, p. 21.

(59)  ĠU L 197, 30.7.1994, p. 4. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 671/2007 (ĠU L 156, 16.6.2007, p. 1).

(60)  ĠU L 42, 14.2.2006, p. 1.

(61)  ĠU L 244, 29.9.2000, p. 27.

(62)  ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.

(63)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 733/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 1).

(64)  ĠU L 316, 2.12.2005, p. 1.

(65)  ĠU L 169, 30.6.2005, p. 1.

(66)  ĠU L 67, 10.3.1994, p. 89.

(67)  ĠU L 349, 31.12.1994, p. 53.

(68)  ĠU L 318, 20.12.1993, p. 18.


ANNESS I

LISTA TAL-PRODOTTI MSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 1(1)

Parti I: Ċereali

Fir-rigward ta' ċereali, dan ir-Regolament għandu jkopri l-prodotti stabbiliti fit-tabella li ġejja:

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

(a)

0709 90 60

Qamħirrum ħelu, frisk jew imkessaħ

0712 90 19

Qamħirrum imnixxef, sħiħ, maqtugħ, slajsjat, imkisser jew fi trab, iżda mhux preparati ulterjorment, ħlief ibridu għaż-żriegħ

1001 90 91

Żerriegħa tal-qamħ komuni u ta' taħlita ta' ċereali

1001 90 99

Spelt, qamħ komuni u taħlita ta' ċereali minbarra għaż-żriegħ

1002 00 00

Segala

1003 00

Xgħir

1004 00

Ħafur

1005 10 90

Qamħirrun (qamħ) minbarra ibridu

1005 90 00

Qamħirrun minbarra żerriegħa

1007 00 90

Sorgu tal-qamħ, minbarra ibridi għaż-żriegħ

1008

Buckwheat, millieġ, skalora; ċereali oħra

(b)

1001 10

Qamħ durum

(ċ)

1101 00 00

Qamħ jew dqiq ta' taħlita ta' ċereali

1102 10 00

Dqiq tas-segala

1103 11

Xgħir mitħun oħxon u smida tal-qamħ

1107

Xgħir, kemm jekk mixwi u kemm jekk le

(d)

0714

Kassava, ararut, salep, artiċokk ta' Ġerusalem, patata ħelwa u għeruq u tuberi oħrajn simili b'kontenut għoli ta' lamtu jew inulina, friski, imkessħin, iffriżati jew imnixxfin, kemm jew islajsjati u kemm jekk le jew fil-forma ta' pellets; sagu pitt

 

ex 1102

Dqiq taċ-ċereali minbarra qamħ jew taħlita ta' ċereali:

 

1102 20

Dqiq tal-qamħirrun (qamħ)

 

1102 90

Oħrajn:

 

1102 90 10

– –