Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1217

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1217/2007 tat- 18 ta’ Ottubru 2007 li jemenda l-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi

OJ L 275, 19.10.2007, p. 16–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1217/oj

19.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 275/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1217/2007

tat-18 ta’ Ottubru 2007

li jemenda l-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi (1) u b'mod partikolari l-Artikoli 13 u 19 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-10 ta' Ġunju 2005, il-Kummissjoni u l-Ministeru tal-Kummerċ (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “MOFCOM”) tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina ffirmaw il-Memorandum ta' Ftehim (minn issa 'l quddiem imsemmi “MoU”) dwar l-esportazzjoni ta' ċerti prodotti tat-tessuti u l-ilbies lejn il-Komunità. Dan il-MoU daħħal livelli miftehma fuq ċerti kategoriji ta' prodotti tat-tessuti. L-implimentazzjoni tal-livelli miftehma se tiskadi fl-1 ta' Jannar 2008.

(2)

L-MoU jkopri l-importazzjonijiet miċ-Ċina fil-Komunità ta' għaxar kategoriji ta' prodotti tat-tessuti: il-kategorija 2 (tessuti tal-qoton), il-kategorija 4 (T-shirts), il-kategorija 5 (pullovers), il-kategorija 6 (qliezet), il-kategorija 7 (blużi), il-kategorija 20 (bjankerija) il-kategorija 26 (ilbiesi), il-kategorija 31 (riċipetti), il-kategorija 39 (bjankerija tal-mejda u tal-kċina) u l-kategorija 115 (ħjut ta' l-għażel jew tar-rami). Il-kodiċi doganali li jikkorrispondu huma ta' dawk il-prodotti mniżżla fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 3030/93.

(3)

Għandha tkun assigurata tranżizzjoni bla intoppi u fl-ordni lejn suq liberalizzat kollu kemm hu fit-tessuti għall-importazzjonijiet ikkonċernati li joriġinaw miċ-Ċina u li bħalissa jinsabu taħt il-livelli miftiehma fl-MoU. Ibbażat fuq analiżi dettaljata għal kull kategorija tal-MoU li tikkonsisti fl-użu ta' l-imgħoddi u dik attwali, il-livelli ta' l-imgħoddi u dawk attwali li fuqhom hemm qbil, il-livelli ta' l-imgħoddi u attwali tal-kummerċ reali, is-sehem fl-importazzjoni, u sensittivitajiet tal-kategorija tal-prodott speċifiku, il-Kummissjoni u l-MOFCOM waslu għall-konklużjoni li l-introduzzjoni ta' sistema ta' sorveljanza hija meħtieġa, għaliex hemm probabbiltà ragjonevoli li tmienja mill-għaxar kategoriji ta' hawn fuq ta' prodotti tat-tessuti taħt il-livelli miftiehma fl-MoU jistgħu jkunu soġġetti għal pressjoni minn importazzjoni li toriġina miċ-Ċina fl-2008. It-tmien kategoriji ta' prodotti koċernati huma kategorija 4 (T-shirts), kategorija 5 (pullovers), kategorija 6 (qliezet), kategorija 7 (blużi), kategorija 20 (bjankerija), kategorija 26 (ilbiesi), kategorija 31 (riċipetti) u kategorija 115 (ħjut ta' l-għażel jew tar-rami).

(4)

Il-konklużjoni ta' hawn fuq dwar il-ħtieġa ta' sorveljanza saret ukoll billi tqies li swieq oħra kbar tal-konsumatur għandhom restrizzjonijiet kontra importazzjonijiet ta' diversi kategoriji ta' prodotti tat-tessuti li joriġinaw miċ-Ċina sal-31 ta' Diċembru 2008.

(5)

Biex tkun assigurata tranżizzjoni bla intoppi lejn suq liberalizzat kollu kemm hu fit-tessuti huwa meħtieġ li jkunu monitorjati x-xejriet ta' l-importazzjonijiet tat-tmien kategoriji tat-tessuti msemmija hawn fuq elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 3030/93 minn kemm jista’ jkun qabel possibbli permezz tat-twaqqif minn qabel ta' sistema ta' sorveljanza bis-saħħa ta' sistema li tiċċekkja darbtejn dawn il-prodotti applikabbli għal perjodu ta' sena mill-1 ta' Jannar 2008 sal-31 ta' Diċembru 2008.

(6)

Il-gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għarraf lill-Kummissjoni li se jikkoopera taħt is-sorveljanza ta' iċċekkjar doppju għat-tmien kategoriji tal-MoU mill-1 ta' Jannar 2008 sal-31 ta' Diċembru 2008.

(7)

Ir-Regolament (KEE) Nru 3030/93 għandu għalhekk ikun emendat kif jixraq.

(8)

Biex tkun ipprovduta ċarezza u prevedibbiltà tas-sistema ta' l-importazzjoni mill-1 ta' Jannar 2008, dan ir-Regolament għandu jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea fi żmien tajjeb.

(9)

Skond l-Artikolu 14(1) l-Anness III, ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa ta' prodotti li joriġinaw fiċ-Ċina soġġetti għal-livelli miftiehma skond il-MoU u trasportati qabel l-1 ta' Jannar 2008 ikomplu jkunu soġġetti għal dik is-sistema ta' importazzjoni sal-31 ta' Marzu 2008.

Mill-1 ta' April 2008, is-sistema ta' sorveljanza b'iċċekkjar doppju kif stipulata fir-Regolament tkun applikabbli u l-awtorizzazzjonijiet ta' l-importazzjoni jinħarġu skond il-liċenzja ta' l-esportazzjoni maħruġa għal dawk il-prodotti.

(10)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tessuti mwaqqaf mill-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 3030/93,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KEE) Nru 3030/93 huwa emendat kif imniżżel fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2008 sal-31 ta' Diċembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 275, 8.11.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 54/2007 (ĠU L 18, 25.1.2007, p. 1).


ANNESS

L-Anness III, għar-Regolament (KEE) Nru 3030/93, it-tabella A tinbidel b'li ġej:

“Tabella A

Pajjiżi u kategoriji soġġetti għas-sistema ta' sorveljanza b'iċċekkjar doppju

Pajjiż terz

Grupp

Kategorija

Unità

IĊ-ĊINA

GRUPP I B

 

 

4

1 000 biċċa

 

5

1 000 biċċa

 

6

1 000 biċċa

 

7

1 000 biċċa

GROUP II A

 

 

20

tunnellati

GRUPP II B

 

 

26

1 000 biċċa

 

31

1 000 biċċa

GRUPP IV

 

 

115

tunnellati

UZBEKISTAN

GRUPP I A

 

 

1

tunnellati

 

3

tunnellati

GRUPP I B

 

 

4

1 000 biċċa

 

5

1 000 biċċa

 

6

1 000 biċċa

 

7

1 000 biċċa

 

8

1 000 biċċa

GRUPP II B

 

 

26

1 000 biċċa”


Top