Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0482

2007/482/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 9 ta’ Lulju 2007 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE dwar verifki fuq assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3291) Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 180, 10.7.2007, p. 42–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 06 Volume 008 P. 313 - 313

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/482/oj

10.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 180/42


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Lulju 2007

dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE dwar verifki fuq assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3291)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/482/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE ta’ l-24 ta’ April 1972 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar ta’ l-obbligu ta’ assigurazzjoni għal responsabbiltà bħal din (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-30 ta’ Mejju 2002 ġie konkluż ftehim multilaterali, minn hawn il-quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, bejn il-bureaux ta’ l-assiguraturi nazzjonali ta’ l-Istati Membri taż-Żona Ekonomika Ewropea u Stati assoċjati oħrajn. Il-Ftehim huwa mqabbad mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/564/KE tat-28 ta’ Lulju 2003 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE dwar verifiki fuq assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur (2) li permezz tagħha l-Kummissjoni ffissat id-data minn meta l-Istati Membri m'għandhomx jologtu jagħmlu verifikii fuq assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili rigward vetturi li normalment huma bbażati fit-territorju ta’ wieħed mill-Istati Membri li ffirmaw l-Ftehim u li huma suġġetti għall-Ftehim. Il-Ftehim sussegwentement ġie estiż għal aktar pajjiżi bl-adozzjoni ta’ l-Addendum Nri. 1 u 2.

(2)

Fit-8 ta’ Marzu 2007 il-bureaux ta’ l-assiguraturi nazzjonali ta’ l-Istati Membri u dawk ta’ l-Andorra, tal-Kroazja, ta’ l-Iżlanda, tan-Norveġja u ta’ l-Iżvizzera, ffirmaw Addendum Nru. 3 mal-Ftehim li permezz tiegħu il-Ftehim ġie estiż sabiex jinkludi l-uffiċċju ta’ l-assiguraturi nazzjonali tal-Bulgarija u tar-Rumanija. L-Addendum jipprovdi għal arranġamenti prattiċi għat-tneħħija ta’ verifikii fuq l-assigurazzjoni vetturi li huma normalment ibbażati fit-territorju tal-Bulgarija u tar-Rumanija u li huma suġġetti għall-Addendum.

(3)

Għalhekk il-kundizzjonijiet kollha għat-tneħħija tal-verifiki fuq assigurazzjoni tal-vetturi għar-responsabbiltà ċivili skond id-Direttiva 72/166/KEE fir-rigward ta’ vetturi normalment ibbażati fit-territorju tal-Bulgarija u tar-Rumanija huma sodisfatti,-{}-

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Awwissu 2007, l-Istati Membri għandhom iwaqqfu l-verifiki fuq assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili rigward vetturi li huma normalment ibbażati fit-territorju tal-Bulgarija u tar-Rumanija u li huma suġġetti għal Addendum Nru. 3 tat-8 ta’ Marzu 2007 għall-Ftehim Multilaterali bejn il-bureaux ta’ l-assiguraturi nazzjonali ta’ l-Istati Membri u Stati assoċjati oħrajn.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri li ttieħdu biex tiġi applikata din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 103, 2.5.1972, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u l-Kunisll 2005/14/KE (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 14).

(2)  ĠU L 192, 31.7.2003, p. 23.


Top