Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0397

Kawża T-397/18: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2018 – Hugo’s Hotel vs EUIPO – H’ugo’s (Hugo’s Burger Bar)

OJ C 301, 27.8.2018, p. 40–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/40


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2018 – Hugo’s Hotel vs EUIPO – H’ugo’s (Hugo’s Burger Bar)

(Kawża T-397/18)

(2018/C 301/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hugo’s Hotel Ltd (San Ġiljan, Malta) (rappreżentant: R. Sladden, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: H’ugo’s GmbH (München, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Hugo’s Burger Bar fl-aħmar, iswed u abjad – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 608 806

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Mejju 2018 fil-Każ R 1879/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell;

tiddikjara li n-numru tal-applikazzjoni 014608806 jista’ jiġi rreġistrat

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top