Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TB0299

Kawża T-299/18 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2018 – Strabag Belgium vs Il-Parlament (“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Żmien ta’ stennija — Offerta anormalment baxxa — Fumus boni juris — Nuqqas ta’ urġenza”)

OJ C 301, 27.8.2018, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/39


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2018 – Strabag Belgium vs Il-Parlament

(Kawża T-299/18 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Żmien ta’ stennija - Offerta anormalment baxxa - Fumus boni juris - Nuqqas ta’ urġenza”))

(2018/C 301/52)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Strabag Belgium (Antwerpen, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Schoups, K. Lemmens u M. Lahbib, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: P. López-Carceller, Z. Nagy u B. Simon, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament tad-19 ta’ April 2018 li jżomm fis-seħħ id-deċiżjoni tiegħu tal-24 ta’ Novembru 2017 li jiċħad l-offerta tar-rikorrenti u li jagħti lil ħames offerenti l-kuntratt relatat ma’ kuntratt qafas li jinvolvi xogħlijiet ta’ kuntrattur ġenerali għall-binjiet tal-Parlament fi Brussell (il-Belġju) (sejħa għal offerti 06/D 20/2017/M036).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


Top