Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TB0784(01)

Kawża T-784/17 RII: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2018 – Strabag Belgium vs Il-Parlament (“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet — Digriet li jagħti s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tiġi miċħuda l-offerta tar-rikorrenti u li l-kuntratt relatat ma’ kuntratt qafas ta’ xogħlijiet ta’ impriża ġenerali għall-bini tal-Parlament fi Brussell jiġi attribwit lil ħames offerenti — Talba għal modifika — Artikolu 159 tar-Regoli tal-Proċedura — Inammissibbiltà”)

OJ C 301, 27.8.2018, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/36


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2018 – Strabag Belgium vs Il-Parlament

(Kawża T-784/17 RII)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Digriet li jagħti s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tiġi miċħuda l-offerta tar-rikorrenti u li l-kuntratt relatat ma’ kuntratt qafas ta’ xogħlijiet ta’ impriża ġenerali għall-bini tal-Parlament fi Brussell jiġi attribwit lil ħames offerenti - Talba għal modifika - Artikolu 159 tar-Regoli tal-Proċedura - Inammissibbiltà”))

(2018/C 301/48)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Strabag Belgium (Antwerpen, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Schoups, K. Lemmens u M. Lahbib, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: Z. Nagy u B. Simon, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 159 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali u intiża għall-modifika tad-digriet tat-18 ta’ Jannar 2018, Strabag Belgium vs Il-Parlament (T-784/17 R, mhux ippubblikat, taħt appell, EU:T:2018:17).

Dispożittiv

1)

It-talba għal modifika tad-digriet tat-18 ta’ Jannar 2018, Strabag Belgium vs Il-Parlament (T-784/17 R, mhux ippubblikat, taħt appell, EU:T:2018:17), hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


Top