Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0013

Kawża T-13/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2018 – Europa Terra Nostra vs Il-Parlament (“Dritt istituzzjonali — Parlament Ewropew — Deċiżjoni li tagħti sussidju lil fondazzjoni politika — Prefinanzjament iffissat għal 33 % tal-ammont massimu tas-sussidju mogħti — Obbligu li tipprovdi garanzija bankarja ta’ prefinanzjament — Regolament Finanzjarju — Regoli li jimplementaw ir-Regolament Finanzjarju — Regolament (KE) Nru 2004/2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f’livell Ewropew — Proporzjonalità — Użu ħażin ta’ poter”)

OJ C 301, 27.8.2018, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2018 – Europa Terra Nostra vs Il-Parlament

(Kawża T-13/17) (1)

((“Dritt istituzzjonali - Parlament Ewropew - Deċiżjoni li tagħti sussidju lil fondazzjoni politika - Prefinanzjament iffissat għal 33 % tal-ammont massimu tas-sussidju mogħti - Obbligu li tipprovdi garanzija bankarja ta’ prefinanzjament - Regolament Finanzjarju - Regoli li jimplementaw ir-Regolament Finanzjarju - Regolament (KE) Nru 2004/2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f’livell Ewropew - Proporzjonalità - Użu ħażin ta’ poter”))

(2018/C 301/36)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Europa Terra Nostra eV (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Richter, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Görlitz, C. Burgos u S. Alves, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew FINS-2017-30 tat-12 ta’ Diċembru 2016 dwar l-għoti ta’ sussidju lir-rikorrenti, sa fejn din id-deċiżjoni tillimita l-prefinanzjament għal 33 % tal-ammont massimu tas-sussidju u tissuġġetta dan il-ħlas għall-provvista ta’ garanzija bankarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Europa Terra Nostra eV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 63, 27.2.2017.


Top