Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0394

Kawża C-394/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte di appello di Napoli (l-Italja) fl-14 ta’ Ġunju 2018 – I.G.I. Srl vs Maria Grazia Cicenia et

OJ C 301, 27.8.2018, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte di appello di Napoli (l-Italja) fl-14 ta’ Ġunju 2018 – I.G.I. Srl vs Maria Grazia Cicenia et

(Kawża C-394/18)

(2018/C 301/21)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte di appello di Napoli

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: I.G.I. Srl

Konvenuti: Maria Grazia Cicenia, Mario Di Pierro, Salvatore de Vito, Antonio Raffaele

Domandi preliminari

1)

Il-kredituri tal-kumpannija diviża, li l-interessi ta’ kreditu taghhom huma preċedenti d-diviżjoni, li ma użawx ir-rimedju li jressqu oppożizzjoni skont l-Artikolu 2503 tal-codice civile (il-Kodiċi Ċivili) (u għaldaqstant l-istrument ta’ protezzjoni introdott għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 12 tad-Direttiva [82/891/KEE]) (1), jistgħu jużaw l-azzjoni revokatorja skont l-Artikolu 2901 tal-codice civile wara li tkun ġiet implimentata d-diviżjoni, sabiex din tal-aħħar tiġi ddikjarata ineffettiva fil-konfront tagħhom, u, għaldaqstant, li jkollhom preċedenza fl-azzjoni ta’ eżekuzzjoni fuq il-kredituri tal-kumpanniji benefiċjarji kif ukoll li jkollhom pożizzjoni ta’ preċedenza fuq l-azzjonisti ta’ dawn tal-aħħar?

2)

Il-kunċett ta’ nullità, li huwa previst fl-Artikolu 19 tad-direttiva, jirreferi biss għall-azzjonijiet li jaffettwaw il-validità tal-att ta’ diviżjoni jew anki dawk li, għalkemm ma jaffettwawx il-validità tiegħu, jiddeterminaw il-fatt li jkun ineffikaċi b’mod relattiv jew li ma jkunx infurzabbli?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1982 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(ġ) tat-Trattat dwar id-diviżjoni ta’ kumpanniji b`responsabbilta pubblika limitata (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 50)


Top