Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0785

Kawża T-785/17: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2017 – Ilhan vs EUIPO – Time Gate (SPORTSWEAR COMPANY BIG SAM)

OJ C 32, 29.1.2018, p. 44–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/44


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2017 – Ilhan vs EUIPO – Time Gate (SPORTSWEAR COMPANY BIG SAM)

(Kawża T-785/17)

(2018/C 032/58)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ercan Ilhan (Istanbul, it-Turkija) (rappreżentant: S. Can, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Time Gate GmbH (Köln, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “SPORTSWEAR COMPANY BIG SAM” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 891 276 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Settembru 2017 fil-Każ R 974/2016-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Unjoni Ewropea dwar il-Proprjetà Intellettwali (EUIPO) tat-13 ta’ Settembru 2017 (R 974/2016-5) u għalhekk tippermetti r-reġistrazzjoni tat-trade mark Sportswear Company BIG SAM;

tordna lil Time Gate GmbH tbati l-ispejjeż tagħha;

tordna lill-EUIPO tbati l-ispejjeż tagħha;

Motivi invokati

Tolleranza skont l-Artikolu 54 tar-Regolament Nru 207/2009;

Evalwazzjoni żbaljata tal-probabbiltà ta’ konfużjoni tas-sinjali.


Top