Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TB0562

Kawża T-562/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2017 – Federcaccia Toscana et vs Il-Kummissjoni (“Ambjent — Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi — Speċi li jistgħu jkunu suġġetti għall-kaċċa — Kundizzjonijiet li għandhom jiġu osservati mil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali dwar il-kaċċa — Armonizzazzjoni tal-kriterji ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2009/147/KE — Perijodu magħluq għall-kaċċa fit-Toscana”)

OJ C 32, 29.1.2018, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/31


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2017 – Federcaccia Toscana et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-562/15) (1)

((“Ambjent - Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi - Speċi li jistgħu jkunu suġġetti għall-kaċċa - Kundizzjonijiet li għandhom jiġu osservati mil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali dwar il-kaċċa - Armonizzazzjoni tal-kriterji ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2009/147/KE - Perijodu magħluq għall-kaċċa fit-Toscana”))

(2018/C 032/42)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Federcaccia Toscana (Firenze, l-Italja) u l-ħames rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness tad-digriet (rappreżentant: A. Bruni, avocat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u C. Hermes, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni astjeniet illegalment milli taġġorna ċerta data li tirrigwarda l-Italja, li tinsab fid-dokument dwar il-kunċetti ewlenin, redatt mill-Kumitat ORNIS, previst fid-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU 2010, L 20, p. 7), talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ottubru 2014 li tindika li l-estenzjoni fl-Italja tal-istaġun tal-kaċċa għal ċerti speċi ta’ għasafar ma hijiex konformi mal-leġiżlazzjoni Ewropea u talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrenti minħabba l-assenza ta’ aġġornament tad-data li tirrigwarda l-Italja mill-Kummissjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Federcaccia Toscana u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jinsabu fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 381, 16.11.2015.


Top