Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0125

Kawża T-125/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2017 – Léon Van Parys vs Il-Kummissjoni (“Unjoni doganali — Importazzjoni ta’ banana li toriġina mill-Ekwador — Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni — Talba għal maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni — Deċiżjoni adottata wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali ta’ deċiżjoni preċedenti — Terminu raġonevoli”)

OJ C 32, 29.1.2018, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2017 – Léon Van Parys vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-125/16) (1)

((“Unjoni doganali - Importazzjoni ta’ banana li toriġina mill-Ekwador - Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni - Talba għal maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni - Deċiżjoni adottata wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali ta’ deċiżjoni preċedenti - Terminu raġonevoli”))

(2018/C 032/34)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Firma Léon Van Parys NV (Anvers, il-Belġju) (rappreżentanti: P. Vlaemminck, B. Van Vooren, R. Verbeke u J. Auwerx,)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Caeiros, B.-R. Killmann u E. Manhaeve,)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2016) 95 finali, tal-20 ta’ Jannar 2016, li tikkonstata li huwa ġġustifikat li jittieħdu inkunsiderazzjoni a posteriori d-dazji fuq l-importazzjoni u li l-maħfra tad-dazji hija ġġustifkata fir-rigward ta’ debitur, iżda li din hija ġġustifkata għal parti biss fir-rigward ta’ debitur ieħor f’każ partikolari u ma hijiex iġġustifikata għal parti oħra fir-rigward ta’ dan l-istess debitur partikolari, u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 2858 finali, tas-6 ta’ Mejju 2010, u, min-naħa l-oħra, talba intiża sabiex jiġi ddikjarat li l-Artikolu 909 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3), ipproduċa l-effetti tiegħu fir-rigward tar-rikorrenti wara s-sentenza tad-19 ta’ Marzu 2013, Firma Van Parys vs Il-Kummissjoni (T-324/10, EU:T:2013:136).

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(4) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2016) 95 finali, tal-20 ta’ Jannar 2016, li tikkonstata li huwa ġġustifikat li jittieħdu inkunsiderazzjoni a posteriori d-dazji fuq l-importazzjoni u li l-maħfra tad-dazji hija ġġustifkata fir-rigward ta’ debitur, iżda li din hija ġġustifkata għal parti biss fir-rigward ta’ debitur ieħor f’każ partikolari u ma hijiex iġġustifikata għal parti oħra fir-rigward ta’ dan l-istess debitur partikolari, u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 2858 finali, tas-6 ta’ Mejju 2010, huwa annullat.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Firma Léon Van Parys NV.


(1)  ĠU C 175, 17.5.2016.


Top