Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0662

Kawża C-662/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Vrhovno sodišče Republike Slovenije fis-27 ta’ Novembru 2017 – E.G. vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

OJ C 32, 29.1.2018, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Vrhovno sodišče Republike Slovenije fis-27 ta’ Novembru 2017 – E.G. vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

(Kawża C-662/17)

(2018/C 032/22)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Vrhovno sodišče Republike Slovenije

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: E.G.

Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Domandi preliminari

1)

L-interess tal-applikant skont l-Artikolu 46(2) tad-Direttiva dwar il-Proċeduri II (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja ma joffrix l-istess drittijiet u benefiċċji bħall-istatus ta’ refuġjat, meta l-liġi nazzjonali ċertament tagħti l-istess drittijiet u benefiċċji lill-persuna li lilha tingħata l-protezzjoni internazzjonali iżda meta ma tużax l-istess metodu biex tiddefinixxi t-tul u l-waqfien tal-protezzjoni internazzjonali minħabba li r-refuġjat huwa rikonoxxut l-istatus tiegħu għal perjodu indeterminat u dan l-istatus jiġi rtirat jekk iċ-ċirkustanzi li jiġġustifikaw dan ir-rikonoxximent jintemmu filwaqt li l-protezzjoni sussidjarja tingħata għal perjodu speċifiku u hija estiża jekk ikun hemm raġunijiet biex dan isir?

2)

L-interess tal-applikant skont l-Artikolu 46(2) tad-Direttiva dwar il-Proċeduri II għandu jiġi interpretat fis-sens li l-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja ma joffrix l-istess drittijiet u benefiċċji bħall-istatus ta’ refuġjat, meta l-liġi nazzjonali ċertament tagħti l-istess drittijiet u benefiċċji lill-persuna li lilha tingħata l-protezzjoni internazzjonali, iżda meta d-drittijiet anċillari li huma bbażati fuq dawn id-drittijiet u dawn il-benefiċċji ma humiex l-istess?

3)

Meqjusa s-sitwazzjoni individwali tal-applikant, għandu jiġi evalwat jekk, fid-dawl tas-sitwazzjoni konkreta tiegħu, l-għoti ta’ status ta’ refuġjat jagħtihx iktar drittijiet u benefiċċji milli l-għoti tal-protezzjoni sussidjarja jew huwa biżżejjed li sabiex ikun hemm interess skont l-Artikolu 46(2) tad-Direttiva dwar il-Proċeduri II li jkunn hemm leġiżlazzjoni li tagħmel distinzjoni bejn id-drittijiet anċillari bbażati fuq id-drittijiet u l-benefiċċji taż-żewġ forom ta’ protezzjoni internazzjonali?


(1)  Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, 29 ta’ Ġunju 2013, p. 60)


Top