Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CB0314

Kawża C-314/17: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-23 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad – il-Bulgarija) – “Geocycle Bulgaria” EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Veliko Tarnovo pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ effettività — Sistema ta’ awtolikwidazzjoni — Rifjut tad-dritt li titnaqqas il-VAT tal-input lid-destinatarju tal-fattura — Deċiżjoni tal-awtoritajiet fiskali li tistabbilixxi taxxa għax-xerrej ta’ oġġett)

OJ C 32, 29.1.2018, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/10


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-23 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad – il-Bulgarija) – “Geocycle Bulgaria” EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Veliko Tarnovo pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(Kawża C-314/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ effettività - Sistema ta’ awtolikwidazzjoni - Rifjut tad-dritt li titnaqqas il-VAT tal-input lid-destinatarju tal-fattura - Deċiżjoni tal-awtoritajiet fiskali li tistabbilixxi taxxa għax-xerrej ta’ oġġett))

(2018/C 032/14)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Geocycle Bulgaria” EOOD

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Veliko Tarnovo pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

Dispożittiv

Il-prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ effettività tas-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li Stat Membru jirrifjuta lid-destinatarju ta’ kunsinna d-dritt li jnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input imħallsa, meta, għall-istess kunsinna, it-taxxa fuq il-valur miżjud tinġabar għall-ewwel darba mill-fornitur, peress li huwa semmieha fil-fattura li ħareġ, imbagħad għat-tieni darba mix-xerrej, fil-każ li l-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tipprevedix il-possibbiltà li tiġi rrettifikata t-taxxa fuq il-valur miżjud meta teżisti deċiżjoni ta’ aġġustament tat-taxxa.


(1)  ĠU C 256, 7.8.2017.


Top