Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0214

Kawża C-214/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-29 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) – ir-Renju Unit) – C. King vs The Sash Window Workshop Ltd, Richard Dollar (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema — Direttiva 2003/88/KE — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Artikolu 7 — Pagament ta’ benefiċċju bħala kumpens għal leave annwali mhux meħud imħallas fi tmiem ir-relazzjoni ta’ xogħol — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga lill-ħaddiem jieħu l-leave annwali tiegħu mingħajr ma tiġi ddeterminata r-remunerazzjoni għal dan il-leave)

OJ C 32, 29.1.2018, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-29 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) – ir-Renju Unit) – C. King vs The Sash Window Workshop Ltd, Richard Dollar

(Kawża C-214/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema - Direttiva 2003/88/KE - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Artikolu 7 - Pagament ta’ benefiċċju bħala kumpens għal leave annwali mhux meħud imħallas fi tmiem ir-relazzjoni ta’ xogħol - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga lill-ħaddiem jieħu l-leave annwali tiegħu mingħajr ma tiġi ddeterminata r-remunerazzjoni għal dan il-leave))

(2018/C 032/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: C. King

Konvenuti: The Sash Window Workshop Ltd, Richard Dollar

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, kif ukoll id-dritt għal rimedju effettiv, sanċit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ ta’ tilwima bejn ħaddiem u l-persuna li timpjegah dwar il-kwistjoni ta’ jekk il-ħaddiem għandux dritt għal leave annwali mħallas konformament mal-ewwel waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet, jipprekludu li l-ħaddiem għandu l-ewwel jieħu l-leave tiegħu qabel ma jsir jaf jekk għandux dritt għal remunerazzjoni abbażi ta’ dan il-leave.

2)

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet jew prattiki nazzjonali li abbażi tagħhom ħaddiem huwa prekluż milli jirrimanda u, jekk ikun il-każ milli jakkumula, sal-mument ta’ meta r-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu tintemm, drittijiet għal-leave annwali mħallas mhux eżerċitati abbażi ta’ diversi snin tal-leave konsekuttivi, minħabba r-rifjut tal-persuna li timpjega li tirremunera dan il-leave.


(1)  ĠU C 222, 20.06.2016


Top