Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017XC0701(04)

Avviż dwar talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE — Sospensjoni ta’ skadenza

OJ C 212, 1.7.2017, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/24


Avviż dwar talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE — Sospensjoni ta’ skadenza

(2017/C 212/12)

Fit-30 ta’ Jannar 2017, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (1). L-ewwel jum tax-xogħol wara li waslet it-talba kien il-31 ta’ Jannar 2017 u l-perjodu inizjali disponibbli għall-Kummissjoni biex tiddeċiedi dwar din it-talba kien ta’ 105 ijiem tax-xogħol.

Din it-talba li għamluha Eneco B.V. u N.V. Nuon Energy, hija relatata mal-bejgħ bl-imnut tal-elettriku u tal-gass fin-Netherlands. L-avviż rilevanti ġie ppubblikat fil-paġna 7 tal-ĠU C 85 tat-18 ta’ Marzu 2017. L-ewwel skadenza kienet is-6 ta’ Lulju 2017.

Skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2014/25/UE, il-Kummissjoni tista’ tirrikjedi li l-Istat Membru jew l-entità kontraenti kkonċernata jew l-awtorità nazzjonali indipendenti kompetenti, jew kwalunkwe awtorità nazzjonali kompetenti oħra, jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa kollha, jew jissupplimentaw jew jiċċaraw l-informazzjoni mogħtija f’limitu ta’ żmien xieraq. Fl-24 ta’ Marzu 2017, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Netherlandiżi biex jipprovdu informazzjoni addizzjonali sas-17 ta’ April 2017.

Fil-każ ta’ tweġibiet li jaslu tard jew li ma jkunux kompluti, l-iskadenza inizjali għandha tiġi sospiża għall-perjodu bejn l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien stabbilit fit-talba għall-informazzjoni, u l-wasla tal-informazzjoni kompluta u korretta.

Għaldaqstant, l-iskadenza finali se tkun wara 53 jum tax-xogħol wara l-wasla tal-informazzjoni kompluta u korretta.


(1)  ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243.


Top