Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017M8539

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8539 — KPS/DexKo) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

OJ C 212, 1.7.2017, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/22


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8539 — KPS/DexKo)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 212/10)

1.

Fis-16 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha KPS Capital Partners, L.P. (“KPS”, l-Istati Uniti), takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll waħdani ta’ DexKo Global, Inc. (“DexKo”, l-Istati Uniti) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

KPS huwa fond għall-ġestjoni ta’ investiment ibbażat fl-Istati Uniti b’investimenti f’sensiela ta’ industriji, inklużi materjali bażiċi, prodotti tad-ditta għall-konsumatur, prodotti għall-kura tas-saħħa u lussużi, partijiet tal-karozzi, tagħmir kapitali u manifattura ġenerali,

DexKo hija bbażata fl-Istati Uniti u hija disinjatur u manifattur tal-fusijiet ta’ karrijiet u komponenti ta’ materjal tal-karrijiet. Hija toffri fusien u brejkijiet tat-trejlers, hubs u drums, chassis, komponenti ta’ suspension u komponenti oħra.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bl-imejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.8539 — KPS/DexKo, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top