Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0189

Kawża T-189/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-13 ta’ Jannar 2017 – Deza vs ECHA [“Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti miżmuma mill-ECHA li fihom informazzjoni sottomessa fil-kuntest tal-proċedura dwar it-talba għal awtorizzazzjoni ta’ użu tas-sustanza ftalat ta’ Bis (2-etilessil) (DEHP) — Deċiżjoni li tiżvela ċerta informazzjoni kkunsidrata bħala kunfidenzjali mir-rikorrenti — Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali — Kunċett ta’ ħajja privata — Dritt għall-proprjetà — Obbligu ta’ motivazzjoni”]

OJ C 63, 27.2.2017, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-13 ta’ Jannar 2017 – Deza vs ECHA

(Kawża T-189/14) (1)

([“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti miżmuma mill-ECHA li fihom informazzjoni sottomessa fil-kuntest tal-proċedura dwar it-talba għal awtorizzazzjoni ta’ użu tas-sustanza ftalat ta’ Bis (2-etilessil) (DEHP) - Deċiżjoni li tiżvela ċerta informazzjoni kkunsidrata bħala kunfidenzjali mir-rikorrenti - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali - Kunċett ta’ ħajja privata - Dritt għall-proprjetà - Obbligu ta’ motivazzjoni”])

(2017/C 063/31)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Deza, a.s. (Valašské Meziříčí, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: P. Dejl, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: inizjalment A. Iber, T. Zbihlej u M. Heikkilä, aġenti, sussegwentement M. Heikkilä, C. Buchanan u W. Broere, aġenti, assistiti minn M. Mašková, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Clotuche-Duvieusart, P. Ondrůšek u K. Talabér-Ritz, aġenti), u ClientEarth (Londra, ir-Renju Unit), European Environmental Bureau (EEB) (Brussell, il-Belġju), Vereniging Health Care Without Harm Europe (Rijswijk, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: B. Kloostra, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-ECHA, tal-24 ta’ Jannar 2014, li jirrigwardaw l-iżvelar ta’ ċerta informazzjoni sottomessa mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura relatata mat-talba għal awtorizzazzjoni ta’ użu tas-sustanza ftalat ta’ Bis (2-etilessil) (DEHP).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Deza, a.s. għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill- Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), inklużi l-ispejjeż relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

4)

ClientEarth, European Environmental Bureau (EEB) u Vereniging Health Care Without Harm Europe għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 194, 24.6.2014.


Top