Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CB0162

Kawża C-162/16: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat- Tribunale Amministrativo Regionale per il Molise – L-Italja) – Spinosa Costruzioni Generali SpA, Melfi Srl vs Comune di Monteroduni (Talba għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Kuntratti pubbliċi — Direttiva 2004/18/KE — Direttiva 2014/24/UE — Parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti — Offerent li naqas milli jsemmi fl-offerta n-nefqa tal-impriża fir-rigward tas-sigurtà fuq ix-xogħol — Obbligu mill-qrati li tissemma din in-nefqa — Esklużjoni mill-kuntratt mingħajr il-possibbiltà li jiġi rrettifikat dan in-nuqqas)

OJ C 63, 27.2.2017, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/10


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat- Tribunale Amministrativo Regionale per il Molise – L-Italja) – Spinosa Costruzioni Generali SpA, Melfi Srl vs Comune di Monteroduni

(Kawża C-162/16) (1)

((Talba għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2004/18/KE - Direttiva 2014/24/UE - Parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti - Offerent li naqas milli jsemmi fl-offerta n-nefqa tal-impriża fir-rigward tas-sigurtà fuq ix-xogħol - Obbligu mill-qrati li tissemma din in-nefqa - Esklużjoni mill-kuntratt mingħajr il-possibbiltà li jiġi rrettifikat dan in-nuqqas))

(2017/C 063/15)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Molise

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Spinosa Costruzioni Generali SpA, Melfi Srl

Konvenut: Comune di Monteroduni

Fil-preżenza ta’: I.c.i Impresa Costruzioni Industriali Srl e.a., Alba Costruzioni ScpA, Ottoerre Group Srl

Dispożittiv

Il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u l-obbligu ta’ trasparenza, hekk kif implementati mid-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, provvisti u servizzi], għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-esklużjoni ta’ offerent mill-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku wara n-nuqqas ta’ osservanza min-naħa tiegħu tal-obbligu li jindika b’mod distint fl-offerta n-nefqa tal-impriża fir-rigward tas-sigurtà fuq ix-xogħol – li n-nuqqas ta’ osservanza tiegħu huwa ssanzjonat bl-esklużjoni mill-proċedura – li ma jirriżultax espressament mid-dokumenti tal-kuntratt jew mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, iżda minn interpretazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni u mis-soluzzjoni għal-lakuni li jirriżultaw mill-imsemmija dokumenti, min-naħa tal-qorti nazzjonali li tiddeċiedi fl-aħħar istanza. Il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati wkoll fis-sens li ma jipprekludux il-fatt li tali offerent jingħata l-possibbiltà li jissana s-sitwazzjoni tiegħu u jissodisfa l-imsemmi obbligu f’terminu stabbilit mill-awtorità kontraenti.


(1)  ĠU C 200, 6.6.2016


Top