Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016FN0048

Kawża F-48/16: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni

OJ C 371, 10.10.2016, p. 33–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/33


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-48/16)

(2016/C 371/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: J. Abiks, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni li tistabbilixxi n-numru ta’ annwalitajiet mogħtija fl-iskema tal-pensjoni tal-UE wara talba għal trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni u kumpens għad-dannu kkawżat lir-rikorrent minħabba n-nuqqas, min-naħa tal-konvenuta, li tosserva limitu ta’ żmien raġonevoli fl-ipproċessar ta’ din it-talba.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni tas-6 ta’ Novembru 2015 li permezz tagħha l-Awtorità tal-Ħatra ħadet id-deċiżoni finali li tistabbilixxi l-ammont ittrasferit lejn l-iskema ta’ pensjoni tal-UE għal EUR 135 955,38 minflok għal EUR 155 237,25;

jikkundanna lill-konvenuta tikkumpensa t-telf ta’ EUR 10 739,28 sostnut lir-rikorrent bħala riżultat tal-ksur ta’ amministrazzjoni tajba mid-dipartimenti tal-Kummissjoni;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta’ kumpens, li l-ammont tiegħu jitħalla għad-diskrezzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – mhux inqas mill-ammont ta’ EUR 1 000 – lir-rikorrent għad-danni morali sostnuti bħala riżultat tad-deċiżjoni kkontestata finali;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.


Top