Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016FN0044

Kawża F-44/16: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Awwissu 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni

OJ C 371, 10.10.2016, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/31


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Awwissu 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-44/16)

(2016/C 371/35)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: N. de Montigny u J.-N. Louis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST-SC/01/14 li l-isem tar-rikorrenti ma għandux jiġi inserit fil-lista ta’ riżerva tal-imsemmija kompetizzjoni ġenerali peress li hija ma tissodisfax il-kundizzjonijiet marbuta mad-diploma u mal-esperjenza professjonali, li huma neċessarji għall-parteċipazzjoni f’din il-kompetizzjoni ġenerali.

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-18 ta’ Frar 2015 tal-Kap tad-Diviżjoni tal-Kumitat ta’ Selezzjoni tal-EPSO li biha r-rikorrenti ġiet informata bil-fatt li l-kandidatura tagħha għall-post ta’ segretarja (Nru EPSO/ASTSC/01/14) kienet ġiet miċħuda minħabba l-fatt li ma kellhiex fil-pussess tagħha diploma u l-esperjenza professjonali li bihom setgħet tikseb aċċess għall-kompetizzjoni kkonċernata;

tannulla d-deċiżjoni tat-17 ta’ Settembru 2015 tal-Kap tad-Diviżjoni tal-Kumitat ta’ Selezzjoni tal-EPSO li biha r-rikorrenti ġiet informata biċ-ċaħda tat-talba tagħha għal ezami mill-ġdid u li tikkonferma d-deċiżjoni tat-18 ta’ Frar 2015;

tannulla, safejn dan ikun neċessarju, ir-risposta espliċita taċ-ċaħda tal-ilment tat-12 ta’ Mejju 2016.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


Top