Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016FN0043

Kawża F-43/16: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni

OJ C 371, 10.10.2016, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/31


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-43/16)

(2016/C 371/34)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Cornacchia, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni ta’ esklużjoni tar-rikorrent mill-kompetizzjoni EPSO/AST-SC/03/15 minħabba l-fatt li ma avżax lill-EPSO bir-rabta familjari tiegħu ma’ membru tal-Bord tal-Għażla tal-imsemmija kompetizzjoni.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni tad-19 ta’ Mejju 2016 li permezz tagħha l-President tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AST-SC/03/15, meħuda b’risposta għat-talba għal eżami mill-ġdid imressqa mir-rikorrent fil-5 ta’ Novembru 2015, ikkonferma d-deċiżjoni li jiġi eskluż mill-imsemmija kompetizzjoni kif ukoll, jekk ikun il-każ, id-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment u tad-deċiżjoni inizjali;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


Top