Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016FN0042

Kawża F-42/16: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2016 – ZZ vs BEI

OJ C 371, 10.10.2016, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/30


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2016 – ZZ vs BEI

(Kawża F-42/16)

(2016/C 371/33)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tat-talba għal kumpens imressqa mir-rikorrent għad-danni li huwa jqis li sostna sa minn Novembru 2013.

Talbiet

(1)

jikkundanna lill-BEI jħallas lir-rikorrent somma ugwali għal tmien darbiet is-salarju annwali tiegħu abbażi tal-Artikolu 33a tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 9.1.1 tad-Dispożizzjonijiet amministrattivi applikabbli għall-persunal;

(2)

jannulla d-deċiżjoni tal-BEI, tal-4 ta’ Ġunju 2015, li tagħlaq il-kont tal-iskema komplementari ta’ previdenza (RCVP) tar-rikorrent b’effett mit-28 ta’ Frar 2015 u jikkundanna lill-BEI jħallas lir-rikorrent:

somma ekwivalenti għall-ħlasijiet li l-BEI kien jibqa’ jagħmel fuq il-kont RCVP tar-rikorrent (3 % tas-salarju annwali tar-rikorrent) li kieku l-BEI ma kienx għalaq il-kont tiegħu, u dan mit-28 ta’ Frar 2015 sad-data tal-ftuħ mill-ġdid effettiv tal-kont RCVP tar-rikorrent;

l-interessi li l-kapital fil-kont RCVP tar-rikorrent kien ikompli jipproduċi li kieku l-kont RCVP tiegħu ma kienx ingħalaq fit-28 ta’ Frar 2015 u li kieku r-rikorrent u l-BEI setgħu jkomplu bil-ħlasijiet rispettivi tagħhom ta’ 3 % tas-salarju annwali tar-rikorrent, u dan sad-data ta’ ftuħ mill-ġdid effettiv tal-kont RCVP tar-rikorrent,

(3)

jikkundanna lill-BEI għall-ħlas ta’ danni evalwati ex aequo et bono għal EUR 15 000 bħala kumpens għad-dannu morali sostnut;

(4)

jikkundanna lill-BEI għall-ispejjeż.


Top