Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016FN0039

Kawża F-39/16: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni

OJ C 371, 10.10.2016, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/29


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-39/16)

(2016/C 371/31)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrenti ma tiġix ammessa għall-eżamijiet ta’ selezzjoni tal-kompetizzjoni EPSO/AD/309/15 (AD11) – Tobba għas-siti tal-Lussemburgu u ta’ Ispra u l-kundanna tal-konvenuta għall-ħlas ta’ kumpens għad-danni morali allegatament subiti li jammontaw għal EUR 10 000.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni tal-bord tal-għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AD/309/15 (AD11) – Tobba għas-siti tal-Lussemburgu u ta’ Ispra (Qasam: Tobba Lussemburgu), ikkomunikata fit-28 ta’ Settembru 2015, li r-rikorrenti ma tiġix ammessa għall-eżamijiet ta’ selezzjoni organizzati fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO);

jikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta’ ammont ta’ EUR 10 000 għad-danni morali subiti mir-rikorrenti;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.


Top