Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0465

Kawża T-465/16: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Awwissu 2016 – Cotecnica vs EUIPO – Visán Industrias Zootécnicas (cotecnica OPTIMA)

OJ C 371, 10.10.2016, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/25


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Awwissu 2016 – Cotecnica vs EUIPO – Visán Industrias Zootécnicas (cotecnica OPTIMA)

(Kawża T-465/16)

(2016/C 371/27)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Cotecnica, SCCL (Bellpuig, Spanja) (rappreżentanti: J. Devaureix, J. C. Erdozain López, u J. Galán López, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Visán Industrias Zootécnicas, SL (Arganda, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-elementi verbali “cotenica OPTIMA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 292 479

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Ġunju 2016 fil-Każ R 229/2016-2

Talbiet

tilqa’ l-provi li ġew proposti;

tannulla u tikkonstata mingħajr effett id-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 u tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali, b’mod partikolari, is-sentenza tal-20 ta’ Jannar 2009 fil-Kawża T-427/07, Pioneer Hi-Bred International vs UASI (OPTIMUM).


Top