Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0464

Kawża T-464/16: Appell ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2016 minn HI mis-sentenza mogħtija fl-10 ta’ Ġunju 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-133/15, HI vs Il-Kummissjoni

OJ C 371, 10.10.2016, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/24


Appell ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2016 minn HI mis-sentenza mogħtija fl-10 ta’ Ġunju 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-133/15, HI vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-464/16)

(2016/C 371/26)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: HI (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-10 ta’ Ġunju 2016 mogħtija fil-Kawża F-133/15 u tiddeċiedi l-kawża hija stess;

alternattivament, tirrinvijja l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, ir-rikorrent jinvoka ebra’ aggravji.

1.

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq ksur tad-dritt tal-Unjoni Ewropea marbut mal-obbligu ta’ motivazzjoni u mad-drittijiet tad-difiża, safejn l-Awtorità tal-Ħatra tal-Kummissjoni Ewropea ma speċifikatx b’mod iddettaljat ir-raġunijiet li jiġġustifkaw id-deċiżjoni tagħha li timponi fuq ir-rikorrent, bħala sanzjoni dixxiplinari, tnaqqis ta’ żewġ gradi fl-istess grupp ta’ funzjonijiet.

2.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq ksur tad-dritt tal-Unjoni Ewropea allegatament imwettaq mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (iktar ’il-quddiem it-“TSP”) inkonnessjoni mal-osservanza ta’ terminu raġjonevoli, mad-drittijiet tad-difiża, kif ukoll mal-obbligu ta’ motivazzjoni. Barra minn hekk, it-TSP allegatament żnatura l-fatti u l-provi.

3.

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq żnaturament tal-fatti u tal-provi kif ukoll fuq ksur tad-dritt tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, allegatament mwettqa mit-TSP.

4.

Ir-raba’ aggravju huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità mwettaq mit-TSP.


Top