Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0443

Kawża T-443/16: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2016 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

OJ C 371, 10.10.2016, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/21


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2016 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-443/16)

(2016/C 371/23)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, P. Gentili, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-Avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali EPSO/AD/323/16 u EPSO/AD/324/16.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tikkontesta quddiem il-Qorti Ġenerali l-Avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali EPSO/AD/323/16 u EPSO/AD/324/16 għall-istabbiliment ta’ lista ta’ riżerva rispettivament, ta’ 40 post sabiex jimtlew il-postijiet vakanti ta’ amministratur (AD7) għall-profil ta’ invesigatur: in-nefqa tal-UE, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, id-dwana u l-kummerċ, tabakk u prodotti foloz u ta’ 10 postijiet ta’ amministraturi (AD9) għall-profil ta’ investigatur: il-mexxejja tat-timijiet, ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tas-26 ta’ Mejju 2016, Numru C 187 A.

L-istess avviżi ta’ kompetizzjonijiet ġenerali huma suġġetti għall-Kawża T-401/16, Spanja vs Il-Kummissjoni.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati f’dik il-kawża.

Hija tinvoka b’mod partikolari l-ksur tal-Artikoi 18, 24 u 342 TFUE, tal-Artikolu 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-ksur tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi, tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tar-regoli sostantivi marbuta man-natura u mal-għan tal-avviżi tal-kompetizzjoni, l-eżistenza ta’ użu ħażin ta’ poter, kif ukoll il-ksur tal-Artikoli 1 u 6 tar-Regolament Nru 1/58.


Top