Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0423

Kawża T-423/16: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2016 – De Masi vs Il-Kummissjoni

OJ C 371, 10.10.2016, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/15


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2016 – De Masi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-423/16)

(2016/C 371/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Fabio De Masi (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: Professor A. Fischer-Lescano)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tal-20 ta’ Mejju 2016 dwar applikazzjoni għal aċċess għad-dokumenti tal-grupp Code of Conduct;

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tat-13 ta’ Lulju 2016 dwar applikazzjoni għal aċċess għad-dokumenti tal-grupp Code of Conduct;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-kawża u tal-eventwali intervenjenti skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1)

Ir-rikorrent isostni li d-deċiżjonijiet tal-konvenuta tal-20 ta’ Mejju 2016 u tat-13 ta’ Lulju 2016 jiksru d-dritt għal deċiżjoni xierqa dwar l-applikazzjoni konfermatorja tiegħu, dritt mogħti lilu mid-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 15(3) TFUE moqri flimkien mal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001

Minbarra dan, ir-rikorrent jafferma li meta rrifjutatlu kwalunkwe aċċess għad-dokumenti fir-rigward tal-grupp “kodiċi ta’ kondotta” (fiskalità tal-impriżi) stabbilit mill-Kunsill, il-Kummissjoni kisret ukoll id-dritt tiegħu li jikkonsulta d-dokumenti tagħha, dritt li huwa ggarantit lilu miż-żewġ dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrent isostni li l-eċċezzjonijiet għall-prinċipju ta’ trasparenza previsti mill-Artikolu 4(3) u mir-raba’ inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, ma humiex applikabbli f’dan il-każ.

Barra minn hekk, hemm nuqqas ta’ bilanċ u ta’ motivazzjoni kif ukoll interess pubbliku ikbar fl-iżvelar tad-dokumenti.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).


Top