EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0409

Kawża T-409/16: Rikors ippreżentat fit-31 ta’ Lulju 2016 – Makhlouf vs Il-Kunsill

OJ C 371, 10.10.2016, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/12


Rikors ippreżentat fit-31 ta’ Lulju 2016 – Makhlouf vs Il-Kunsill

(Kawża T-409/16)

(2016/C 371/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ehab Makhlouf (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrent ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni (PESK) 2016/850, tas-27 ta’ Mejju 2016 u l-atti ta’ implementazzjoni sussegwenti tagħha, sa fejn jikkonċernaw ir-rikorrent;

tikkundanna l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-410/16, Makhlouf vs Il-Kunsill.


Top