Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0360

Kawża T-360/16: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2016 – Dimos Athinaion vs Il-Kummisjsoni

OJ C 371, 10.10.2016, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/9


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2016 – Dimos Athinaion vs Il-Kummisjsoni

(Kawża T-360/16)

(2016/C 371/10)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Dimos Athinaion (Comune di Atene) (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: G. Georgakarakos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannnulla r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/646, tal-20 ta’ April 2016, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6) (1) u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu ir-rikorrent jinvoka tliet motivi:

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq allegat ksur tal-Artikolu 191 TFUE, li jistabbilixxi l-għanijiet tal-linja politika tal-Unjoni Ewropea dwar l-ambjent.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq allegat ksur tal-Artikolu 37 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea li fih hemm sanċit id-dritt għal livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali.

3.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq allegat ksur tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Ġunju 2007, dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi. (2)


(1)  ĠU L 109, p. 1

(2)  ĠU L 171, p. 1.


Top