Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0428

Kawża C-428/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Sofiyski rayonen sad (il-Bulgarija) fl-1 ta’ Awwissu 2016 – FrontEx International EAD vs Emil Yanakiev

OJ C 371, 10.10.2016, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Sofiyski rayonen sad (il-Bulgarija) fl-1 ta’ Awwissu 2016 – FrontEx International EAD vs Emil Yanakiev

(Kawża C-428/16)

(2016/C 371/08)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Sofiyski rayonen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: FrontEx International EAD

Konvenut: Emil Yanakiev

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 101(1) TFUE (projbizzjoni fuq il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni) huwa inkompatibbli mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 36(2) taz-Zakon za advokaturata (liġi dwar l-avukatura), li jistabbilixxu li assoċjazzjoni ta’ impriżi ta’ professjonijiet liberali (kunsill suprem tal-avukatura) għandha s-setgħa diskrezzjonali li tiffissa minn qabel il-prezzijiet minimi previsti għas-servizzi pprovduti minn dawn l-impriżi (onorarji tal-avukati) fuq il-bażi tad-delega mogħtija lilha mill-Istat?

2)

[Fil-każ li t-tweġiba għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv:] Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 78(5) in fine tal-Grazhdanski protsesualen kodeks (kodiċi tal-proċedura ċivili) (sa fejn din id-dispożizzjoni ma tippermettix it-tnaqqis tal-onorarji tal-avukat li jkun inqas minn ammont minimu speċifiku) imorru kontra l-Artikolu 101(1) TFUE?

3)

[Fil-każ li t-tweġiba għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv:] Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 132(5) taz-Zakon za advokaturata [dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 136(1) taz-Zakon za advokaturata] imorru kontra l-Artikolu 101(1) TFUE?

4)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 36(2) taz-Zakon za advokaturata imorru kontra l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56 TFUE (projbizzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi)?

5)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 78(8) tal-Grazhdanski protsesualen kodeks imorru kontra l-Artikolu 101(1) TFUE?

6)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 78(8) tal-Grazhdanski protsesualen kodeks imorru kontra d-Direttiva tal-Kunsill 77/249/KEE (1) (fir-rigward tad-dritt ta’ dawn l-impriżi li jitolbu għall-onorarji tal-avukat għal rappreżentazzjoni mill-konsulenti legali tagħhom)?

7)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2a tad-Digriet Nru 1 imorru kontra d-Direttiva 2006/112/KE (2), li tippermetti li l-VAT tiġi kkunsidrata bħala parti mill-prezz tas-servizzi pprovduti fl-eżerċizzju ta’ prestazzjoni professjonali (fir-rigward tal-inklużjoni tal-VAT bħala parti mill-onorarji tal-avukat li huma dovuti)?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 77/249/KEE, tat-22 ta’ Marzu 1977, biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà biex jiġu pprovduti servizzi minn avukati (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 52).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


Top