Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0397

Kawża C-397/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte d’appello di Milano (l-Italja) fit-18 ta’ Lulju 2016 – Acacia Srl vs Fallimento Pneusgarda Srl, Audi AG

OJ C 371, 10.10.2016, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte d’appello di Milano (l-Italja) fit-18 ta’ Lulju 2016 – Acacia Srl vs Fallimento Pneusgarda Srl, Audi AG

(Kawża C-397/16)

(2016/C 371/04)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte d’appello di Milano (l-Italja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Acacia Srl

Konvenuti: Fallimento Pneusgarda Srl u Audi AG

Domandi preliminari

1)

Il-prinċipji ta’ moviment liberu tal-merkanzija u ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi fis-suq intern, b) il-prinċipju ta’ effettività tar-regoli tal-kompetizzjoni Ewropej u ta’ liberalizzazzjoni tas-suq intern, ċ) il-prinċipji tal-effett utli u tal-applikazzjoni uniformi tad-dritt Ewropew fi ħdan l-Unjoni Ewropea, d) id-dispożizzjonijiet tad-dritt sekondarju tal-Unjoni Ewropea, bħad-Direttiva Nru 98/71 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tagħha, l-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 461/2010 (2) u r-Regolament UNECE Nru 124, jipprekludu interpretazzjoni tal-Artikolu 110 tar-Regolament Nru 6/2002 (3), li fih il-klawżola ta’ tiswija, li teskludi r-replika tar-rimm, estetikament identika għar-rimm tat-tagħmir oriġinali, approvata abbażi tar-Regolament UNECE Nru 124 iċċitat iktar 'il fuq, mill-kunċett ta’ parti minn prodott kumpless (karozza) bil-għan li tista’ ssir it-tiswija tal-prodott kumpless u li terġa’ tingħata d-dehra oriġinali tagħha?

2)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, ir-regoli dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fuq il-mudelli rreġistrati, wara li jsir ibbilanċjar tal-interessi msemmija fl-ewwel domanda, jipprekludu l-applikazzjoni tal-klawżola ta’ tiswija fir-rigward ta’ repliki ta’ prodotti komplementari li l-klijent jista’ jagħżel liberament, peress li l-klawżola ta’ tiswija għandha tiġi interpretata b’mod restrittiv u għandha tkun limitata għall-partijiet ta’ bdil li l-forma tagħhom hija marbuta mal-prodott, jiġifieri, partijiet li l-forma tagħhom ġiet iddeterminata b’mod li fundamentalment ma jistax jinbidel meta mqabbla mad-dehra esterna tal-prodott kumpless, bl-esklużjoni ta’ elementi oħra meqjusa interkambjabbli u li jistgħu jiġu mmuntati liberament skont ix-xewqa tal-klijent?

3)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għat-tieni domanda, liema miżuri għandu jieħu l-produttur ta’ repliki ta’ rimmijiet sabiex jiżgura l-moviment leġittimu ta’ prodotti ddestinati li jsewwu l-prodott kumpless u li jerġgħu jagħtuh id-dehra oriġinali tiegħu?


(1)  Direttiva 98/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 1998, dwar il-protezzjoni legali ta’ disinji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 21, p. 120).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 461/2010, tas-27 ta’ Mejju 2010, dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta’ akkordji vertikali u prattiċi miftiehma fis-settur tal-vetturi bil-mutur (ĠU L 129, p. 52).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, tat-12 ta’ Diċembru 2001, dwar id-disinji Komunitarji (ĠU 2002, L 3, p. 1).


Top