Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016XC0615(02)

Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

C/2016/3666

OJ C 214, 15.6.2016, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 214/22


Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

(2016/C 214/05)

Skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) qed jiġu emendati kif ġej:

Fil-paġna 94, wara t-test tal-intestatura 2103“Zlazi u preparazzjonijiet tagħhom; kondimenti mħalltin u ħwawar imħalltin; dqiq u pasta tal-mustarda u mustarda ppreparata” jiddaħħal it-test li ġej:

“Din l-intestatura tinkludi wkoll prodotti ppreżentati bħala zlazi ħelwin ta’ togħmiet differenti (pereżempju, il-karamella), jekk ma jkunux inklużi taħt intestatura aktar speċifika (pereżempju zlazi li jkun fihom kawkaw tal-intestatura 1806, jew ġuleppijiet taz-zokkor b’togħmiet miżjuda, jew ikkuluriti tal-intestatura 2106). Dawn jistgħu jintużaw inter alia bħala zlazi għad-deżerti jew għal fuq id-deżerti (pereżempju għall-ġelati jew għall-pudini).”


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(2)  ĠU C 76, 4.3.2015, p. 1.


Top