EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FB0024

Kawża F-24/15: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 – Di Marzio vs Il-Kunsill (Servizz pubbliku — Membru tal-persunal bil-kuntratt — Grupp ta’ funzjonijiet I — Klassifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt f’kuntratt bħala membru tal-persunal temporanju għal żmien indeterminat ta’ grad AST 3, AST 4 jew AST 5 jew f’kuntratt bħala membru tal-persunal bil-kuntratt għal żmien indeterminat tal-grupp ta’ funzjonijiet III — Artikoli 2, 3a, 3b, 80 u 88 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Dmir ta’ premura — Rikors manifestament infondat fid-dritt — Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura)

OJ C 48, 8.2.2016, p. 100–101 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/100


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 – Di Marzio vs Il-Kunsill

(Kawża F-24/15) (1)

((Servizz pubbliku - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Grupp ta’ funzjonijiet I - Klassifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt f’kuntratt bħala membru tal-persunal temporanju għal żmien indeterminat ta’ grad AST 3, AST 4 jew AST 5 jew f’kuntratt bħala membru tal-persunal bil-kuntratt għal żmien indeterminat tal-grupp ta’ funzjonijiet III - Artikoli 2, 3a, 3b, 80 u 88 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Dmir ta’ premura - Rikors manifestament infondat fid-dritt - Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura))

(2016/C 048/116)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Antony Di Marzio (Limelette, il-Belġju) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u M. Veiga, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba tar-rikorrent intiża għall-klassifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt tiegħu bħala membru tal-persunal bil-kuntratt tal-grupp ta’ funzjonijiet I f’kuntratt bħala membru tal-persunal temporanju jew alternattivament f’kuntratt bħala membru tal-persunal bil-kuntratt tal-grupp ta’ funzjonijiet III, kif ukoll it-talba għad-danni għad-dannu morali u materjali allegatament subit.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat.

2)

A. Di Marzio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 127, 20.4.15, p. 43.


Top