EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FA0088

Kawża F-88/15: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2015 – Bonazzi vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Eżerċizzju ta’ promozzjoni 2014 — Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal — Lista tal-uffiċjali proposti għall-promozzjoni mid-direttorati ġenerali u mid-dipartimenti — Ommissjoni ta’ isem ir-rikorrent — Possibbiltà li tiġi kkontestata l-lista tal-uffiċjali proposti għall-promozzjoni quddiem il-kumitat konġunt għall-promozzjoni — Assenza ta’ adozzjoni ta’ pożizzjoni mill-kumitat konġunt għall-promozzjoni — Eżami komparattiv tal-merti imwettaq mill-Awtorità tal-Ħatra biss)

OJ C 48, 8.2.2016, p. 97–97 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/97


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2015 – Bonazzi vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-88/15) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Eżerċizzju ta’ promozzjoni 2014 - Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal - Lista tal-uffiċjali proposti għall-promozzjoni mid-direttorati ġenerali u mid-dipartimenti - Ommissjoni ta’ isem ir-rikorrent - Possibbiltà li tiġi kkontestata l-lista tal-uffiċjali proposti għall-promozzjoni quddiem il-kumitat konġunt għall-promozzjoni - Assenza ta’ adozzjoni ta’ pożizzjoni mill-kumitat konġunt għall-promozzjoni - Eżami komparattiv tal-merti imwettaq mill-Awtorità tal-Ħatra biss))

(2016/C 048/111)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Matteo Bonazzi (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea [rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad segwenti (AD 12) fl-eżerċizzju ta’ promozzjoni 2014 u talba għal kumpens għad-danni morali allegatament subiti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

M. Bonazzi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 279, 24/08/2015, p. 61.


Top