EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014FA0095

Kawża F-95/14: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-17 ta’ Diċembru 2015 – Seigneur vs BĊE (Servizz Pubbliku — Persunal tal-BĊE — Membri tal-kumitat tal-persunal — Remunerazzjoni — Salarju — Żieda addizzjonali tas-salarju — Eliġibbiltà)

OJ C 48, 8.2.2016, p. 92–93 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/92


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-17 ta’ Diċembru 2015 – Seigneur vs BĊE

(Kawża F-95/14) (1)

((Servizz Pubbliku - Persunal tal-BĊE - Membri tal-kumitat tal-persunal - Remunerazzjoni - Salarju - Żieda addizzjonali tas-salarju - Eliġibbiltà))

(2016/C 048/104)

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Olivier Seigneur (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: E. Carlini, D. Camilleri Podestà u M. López Torres, aġenti, B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett tal-kawża

It-talba għal annullament tad-deċiżjoni tad-direttorat tal-BĊE li r-rikorrent ma jingħatax “ASA” (żieda addizzjonali tas-salarju), fil-kuntest tal-proċedura ta’ reviżjoni annwali tas-salarji u tal-premji, għas-sena 2014.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tad-direttorat tal-Bank Ċentrali Ewropew, tal-25 ta’ Frar 2014, li O.Seigneur ma jingħatax żieda addizzjonali tas-salarju għas-sena 2014 hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn O.Seigneur.


(1)  ĠU C 421, 24.11.2014, p. 63.


Top