EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FA0037

Kawża F-37/12: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-18 ta’ Diċembru 2015 – De Nicola vs BEI (Servizz pubbliku — Persunal tal-BEI — Fastidju psikoloġiku — Proċedura ta’ investigazzjoni — Definizzjoni żbaljata ta’ fastidju psikoloġiku — Deċiżjoni tal-President li ma jittiħdux passi fir-rigward ta’ lment — Annulation — Rikors għad-danni)

OJ C 48, 8.2.2016, p. 88–89 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/88


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-18 ta’ Diċembru 2015 – De Nicola vs BEI

(Kawża F-37/12) (1)

((Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Fastidju psikoloġiku - Proċedura ta’ investigazzjoni - Definizzjoni żbaljata ta’ fastidju psikoloġiku - Deċiżjoni tal-President li ma jittiħdux passi fir-rigward ta’ lment - Annulation - Rikors għad-danni))

(2016/C 048/98)

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)

Konvenut: Banque européenne d'investissement (rappreżentanti: G. Nuvoli u T. Gilliams, aġenti, A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett tal-kawża

It-talba ta’ annullament, minn naħa, tal-ittra tal-President tal-BEI li permezz tagħha dan ċaħad, wara l-opinjoni tal-bord “Dignity at work”, l-ilment għal fastidju psikoloġiku mir-rikorrent u, min-naħa l-oħra, il-konklużjonijiet tal-opinjoni tal-imsemmi bord sa fejn dan ma jikkonstatax il-fatti tal-fastidju psikoloġiku.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-20 ta’ Diċembru 2011 li permezz tagħha il-president tal-Bank Ewropew ta’ Investiment ċaħad l-ilment għal fastidju psikoloġiku ta’ C. De Nicola hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Bank Ewropew ta’ Investiment għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti minn C. De Nicola.


(1)  ĠU C 184, 23/06/2012, p. 24.


Top