EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0683

Kawża T-683/15: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2015 – Freistaat Bayern vs Il-Kummissjoni

OJ C 48, 8.2.2016, p. 81–82 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/81


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2015 – Freistaat Bayern vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-683/15)

(2016/C 048/89)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Freistaat Bayern (rappreżentanti: U. Soltész u H. Weiß, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn tiddeċiedi li, mill-1 ta’ Jannar 2007, il-Ġermanja, bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE, tat għajnuna mill-Istat favur azjendi fil-qasam tal-ħalib ikkonċernati fil-Bayern għat-testijiet tal-kwalità tal-ħalib fil-Land ta’ Bayern, li hija inkompatibbli mas-suq intern sa mill-1 ta’ Jannar 2007;

tannulla l-Artikoli 2 sa 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn hija tordna lill-azjendi fil-qasam tal-ħalib ikkonċernat fil-Land ta’ Bayern iħallsu lura l-għajnuna miżjuda bl-interessi;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C 2015/6295 final, tat-18 ta’ Settembru 2015, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.35484 (2013/C) [ex SA.35484 (2012/NN)] mogħtija mill-Ġermanja għal testijiet tal-kwalità tal-ħalib skont il-Liġi dwar il-Ħalib u x-Xaħam.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 108(2) TFUE kif ukoll tal-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) 2015/1589 (1)

Fil-kuntest tal-ewwel motiv, huwa sostnut li l-għajnuna allegata mir-riżorsi tal-baġit ġenerali tal-Land ma kinitx suġġetta għad-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE

Ir-rikorrenti ssostni li l-imħaleb ma rċevewx għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE relatata mal-finanzjament tat-testijiet tal-kwalità tal-ħalib, ladarba ma ngħatawx vantaġġ selettiv.

3.

It-tielet motiv (sussidjarju), ibbażat fuq l-assenza ta’ ksur tal-obbligu ta’ notifika

Ir-rikorrenti ssostni li l-miżuri għandhom jitqiesu li huma “għajnuna eżistenti”. Il-ħlas lura għalhekk jikser l-Artikolu 108(1) u (3) TFUE kif ukoll l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2015/1589.

4.

Ir-raba’ motiv (sussidjarju), ibbażat fuq l-argument li l-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern kienet irrifjutata b’mod żbaljat fir-rigward tal-Artikolu 107(3) TFUE

5.

Il-ħames motiv (sussidjarju), ibbażat fuq l-argument li l-ordni ta’ ħlas lura tal-għajnuna tikser il-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi.


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589, tat-13 ta’ Lulju 2015, li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, p. 9).


Top