EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0658

Kawża T-658/15: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2015 – García Rey vs Il-Parlament

OJ C 48, 8.2.2016, p. 71–72 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/71


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2015 – García Rey vs Il-Parlament

(Kawża T-658/15)

(2016/C 048/79)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Marcos García Rey (Madrid, Spanja) (rappreżentant: N. Pirc Musar, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

tannulla s-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew A(2015)8661 C, tas-16 ta’ Settembru 2015, li tiċħad l-applikazzjoni konfermatorja tar-rikorrent għall-aċċess għal ċerti dokumenti relatati ma’ informazzjoni dwar l-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-allowances għall-għajxien, l-allowances għall-infiq ġenerali u infiq għall-arranġamenti tal-persunal tal-Membri tal-Parlament Ewropew;

tordna lill-Parlament iħallas l-ispejjeż tar-rikorrent skont l-Artikoli 134 u 140 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, inklużi l-ispejjeż ta’ kull parti intervenjenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv jallega ksur tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001 (1) flimkien mal-Artikolu 8(b) tar-Regolament Nru 45/2001 (2), peress li d-data personali mitluba ma hijiex protetta taħt il-leġiżlazzjoni Komunitarja.

2.

It-tieni motiv jallega ksur tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001 flimkien mal-Artikolu 8(b) tar-Regolament Nru 45/2001, peress li l-aċċess għall-informazzjoni mitluba ġie rrifjutat, minkejja li l-kundizzjonijiet għall-iżvelar ġew sodisfatti.

3.

It-tielet motiv jallega ksur tal-obbligu ġenerali, taħt l-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament Nru 1049/2001 flimkien mal-Artikolu 6(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, li jsir eżami ta’ kull dokument individwali.

4.

Ir-raba’ motiv jallega ksur tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001, peress li r-rifjut li jingħata aċċess parzjali għad-dokumenti mitluba ma kienx iġġustifikat.

5.

Il-ħames motiv jallega ksur tal-obbligu li tingħata raġuni kif stabbilit mill-Artikoli 7(1) u 8(1) tar-Regolament Nru 1049/2001, peress li l-Parlament naqas milli jindirizza l-argumenti kollha tar-rikorrent


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

(2)  Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2000, dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 26, p. 102).


Top