EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0521

Kawża T-521/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2015 – L-Iżveżja vs Il-Kummissjoni [“Regolament (UE) Nru°528/2012 — Prodotti bijoċidali — Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Speċifikazzjoni tal-kriterji xjentifiċi għad-determinazzjoni tal-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali — Nuqqas tal-Kummissjoni milli tadotta atti delegati — Obbligu li wieħed jaġixxi”]

OJ C 48, 8.2.2016, p. 48–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/48


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2015 – L-Iżveżja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-521/14) (1)

([“Regolament (UE) Nruo528/2012 - Prodotti bijoċidali - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Speċifikazzjoni tal-kriterji xjentifiċi għad-determinazzjoni tal-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali - Nuqqas tal-Kummissjoni milli tadotta atti delegati - Obbligu li wieħed jaġixxi”])

(2016/C 048/54)

Lingwa tal-kawża: l-Iżvediż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju tal-Iżvezja (rappreżentanti: A. Falk, K. Sparrman u L. Swedenborg, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Kukovec, aġent, assistit minn M. Johansson, avukat)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrent: ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: C. Thorning u N. Lyshøj, aġenti); ir-Repubblika ta’ Franza (rappreżentanti: D. Colas u S. Ghiandoni, aġenti); ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: inizjalment M. Bulterman u M. Noort, sussegwentement M. Bulterman u C. Schillemans, aġenti); ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: H. Leppo, aġent); il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Neergaard u P. Schonard, aġenti); u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Moore u A. Norberg, aġenti)

Suġġett

Talba intiża tikkonstata li l-Kummissjoni naqqset b’mod illegali milli tadotta atti delegati dwar kriterji xjentiċifi għad-determinazzjoni tal-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali.

Dispożittiv

1)

Il-Kummissjoni Ewropea naqqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nruo528/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2012, dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali, meta naqqset milli tadotta atti delegati għal dak li jirrigwarda l-ispeċifikazzjoni tal-kriterji xjentifiċi għad-determinazzjoni tal-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali.

2)

Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk tar-Renju tal-Iżvezja.

3)

Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika ta’ Franza, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Finlandja, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 431, 1.12.2014.


Top