EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0138

Kawża T-138/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2015 – Chart vs SEAE (“Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Membru tal-persunal lokali assenjat għad-delegazzjoni tal-Unjoni fl-Eġittu — Tmiem tal-kuntratt — Nuqqas tad-delegazzjoni li tipprovdi lill-organu Eġizzjan tas-sigurtà soċjali ċ-ċertifikat ta’ tmiem is-servizz tal-membru tal-persunal u li tirregolarizza ulterjorment is-sitwazzjoni ta’ dan tal-aħħar f’dan ir-rigward — Preskrizzjoni — Dannu kontinwat — Inammissibbiltà parzjali — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Terminu raġonevoli — Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali — Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi — Dannu ċert — Rabta kawżali”)

OJ C 48, 8.2.2016, p. 46–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2015 – Chart vs SEAE

(Kawża T-138/14) (1)

((“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Membru tal-persunal lokali assenjat għad-delegazzjoni tal-Unjoni fl-Eġittu - Tmiem tal-kuntratt - Nuqqas tad-delegazzjoni li tipprovdi lill-organu Eġizzjan tas-sigurtà soċjali ċ-ċertifikat ta’ tmiem is-servizz tal-membru tal-persunal u li tirregolarizza ulterjorment is-sitwazzjoni ta’ dan tal-aħħar f’dan ir-rigward - Preskrizzjoni - Dannu kontinwat - Inammissibbiltà parzjali - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Terminu raġonevoli - Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Dannu ċert - Rabta kawżali”))

(2016/C 048/52)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Randa Chart (Woluwe-Saint-Lambert, il-Belġju) (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Service européen pour l’action extérieure (SEAE) (rappreżentanti: S. Marquardt u M. Silva, aġenti)

Suġġett

Rikors għal danni intiż għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu allegatament sostnut mir-rikorrenti minħabba n-nuqqas tad-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Kajr (l-Eġittu) li tipprovdi, wara r-riżenja tagħha, iċ-ċertifikat tagħha ta’ tmiem is-servizz lill-organu Eġizzjan tas-sigurtà soċjali u li tirregolarizza ulterjorment is-sitwazzjoni tagħha f’dan ir-rigward

Dispożittiv

1)

Is-Service européen pour l’action extérieure (SEAE) (Servizz Ewropew għall-Azzjoni Barranija) huwa kkundannat iħallas kumpens ta’ EUR 25 000 lil R. Chart.

2)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

3)

R. Chart għandha tbati tnejn minn għaxra tal-ispejjeż tagħha u tnejn minn għaxra tal-ispejjeż ta’ SEAE.

4)

Is-SEAE għandu jbati tmienja minn għaxra tal-ispejjeż tiegħu u tmienja minn għaxra tal-ispejjeż ta’ R. Chart.


(1)  ĠU C 159, 26.5.2014


Top