EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0381

Kawżi magħquda T-381/13 u T-382/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 16 ta’ Diċembru 2015 – Perfetti Van Melle vs UASI (DAISY u MARGARITAS) [“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni gġan trade marks verbali Komunitarji DAISY u MARGARITAS — Raġunijiet assoluti għal rifjtu — Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni — Assenza ta’ karattru deskrittiv — Karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

OJ C 48, 8.2.2016, p. 45–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/45


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 16 ta’ Diċembru 2015 – Perfetti Van Melle vs UASI (DAISY u MARGARITAS)

(Kawżi magħquda T-381/13 u T-382/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni gġan trade marks verbali Komunitarji DAISY u MARGARITAS - Raġunijiet assoluti għal rifjtu - Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni - Assenza ta’ karattru deskrittiv - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 048/50)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Perfetti Van Melle SpA (Lainate, l-Italja) (rappreżentant: P. Testa, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ April 2013 (Każ R 427/2012-1 u R 430/2012-1), dwar l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni rispettivament tas-sinjal verbali DAISY u tas-sinjal verbali MARGARITAS bħala trade marks Komunitarji.

Dispożittiv

1)

Iż-żewġ deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazjzoni fis-Suq Intern (UASI) tal-10 ta’ April 2013 (rispettivament il-Każijiet R 427/2012-1 u R 430/2012-1) huma annullati sa fejn dawn ċaħdu l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni, rispettivament, tas-sinjal verbali DAISY u tas-sinjal verbali MARGARITAS bħala trade marks Komunitarji, għall-prodotti li ġejjin: “dolċerija, għaġina, ħelu, karamelli rotob, marshmallows, karamelli, chewing gum, ġelatina (dolċerija), likorizja, lollipops, toffee, pastilla, zokkor, ċikkulata, kakaw”.

2)

L-UASI hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 274, 21.9.2013.


Top